Għanja 11
Il-Fdal Xulamita
1. “Għażiża minn Xulam, bi ġmiel taʼ valur,
Virtujiet ferm rari int għandek biex tfur.
Kemm kliemek hu ħelu; sbuħitek bħal fjur,
Sħubitek iżżommni: jien lilek inżur.”
2. Hekk jgħid ir-Ragħ’j Tajjeb, Ġesù il-Mulej.
Hu jridha li tgawdi r-rigal kbir li ġej.
U mbagħ’d xi tgħid hija, li soda bħal sur,
Biex twieġeb lil Sidha, b’eżempju sinjur?
3. “Devota għalkollox għalik lejl u nhar,
B’imħabba li tħeġġeġ ġo fija bħal ġmar.
Imħabbti bħal Xeol ma ċċedi għal xejn.
Bħal nar taʼ Jehovah hi mħabba bejn tnejn.”
4. Il-“fdal” Xulamita, pura għall-għarus;
Għarusa nadifa, għix int b’mod virtuż.
Ix-xebbiet sħab miegħek li jakkumpanjawk
Jifirħu bi triqtek u wkoll jimitawk.