Għanja 120
Kun Sod bħal Rut
1. Naomi ħeġġet lil Rut biex tmur
Għalkemm fird’ għaliha tkun dulur.
Imma lejn Moab Rut qatt ma ddur
La b’qalbha lil Naomi tħobb żgur.
2. ‘Mingħajrek żgur le ma mmur imkien;
U fejn se tkun int, hemm inkun jien;
U fejn timtedd int se nimtedd jien;
Sa ma mmut miegħek ngħix kullimkien.
3. ‘Niesek ser ikunu niesi lkoll
U Alla tiegħek tiegħi ukoll.
Ħadd dir-rabta tagħna qatt ma jħoll.
Jalla flimkien dejjem nagħmlu x-xogħ’l.’
4. O x’fidi u mħabba Rut weriet!
Mudell nobbli lilna hi ħalliet.
Jalla bħalha jkunu it-tfajliet;
Sodi m’Alla lkoll fit-tjubijiet.