Għanja 182
“Balzmu f’Gilead”
1. Hemm balzmu ġewwa Gilead;
Hekk jgħid taʼ Alla l-Kliem.
Iġib wens lil qlub imnikktin
U jgħin iġib is-sliem.
Iserraħna meta mġarrbin
Jew meta imdejqin
Jew tlifna lil xi maħbubin
Li fil-mewt mistriħin.
2. Ftakar li “Alla mħabba hu,”
Veru, għaref, setgħan.
Dak kollu li jipprovdi hu
Ikun taʼ ġid kotran.
Hekk lil dan Alla kellem spiss,
Indirizzah bit-talb;
Ferragħlu ruħek; lura żżommx;
Għidlu xi tħoss mill-qalb.
3. Ftakar li ħafn’ affarijiet
Li żmien ilu seħħew
Inkitbu f’Kelmet Alla biex
Nitgħallmu nistennew.
Umlin, ukoll, ej’ naċċettaw
Parir li ningħataw
Minn aħwa maturi w għaqlin
Biex jgħinuna nkampaw.
4. Ħsibt int, ukoll, li hemm oħrajn
Li bħalek imnikktin;
Li bl-istess mod fl-integrità
Qed jiġu imġarrbin?
Sibhom u farraġ lilhom int
Sabiex qalbhom hekk tfur;
B’dal-modi kollha bil-balzmu
Taʼ Gilead tfiq żgur.