Għanja 192
Nagħmlu Magħrufa l-Verita tas-Saltna
1. Kien hemm żmien meta kien mistur
Il-mod kif Kristjan għandu jmur.
Imma Jehovah bagħ’t id-dawl
Bil-verità tas-Saltna l-qawl.
2. Il-privileġġ imbagħ’d rajnieh
Li kulħadd lil Alla jaqdih,
Li nxandru dwar Jehovah l-Kbir
U b’hekk lil ismu ntuh tifħir.
3. Issa ’l kulħadd ngħidu l-aħbar
Minn triq għal triq, minn dar għal dar.
Nistudjaw magħhom ferħanin
Biex b’verità jsiru ħelsin.
4. U nistinkaw biex kullimkien
Inqimu ’l Alla lkoll flimkien.
Nibqgħu inżidu fl-ippridkar
Sakemm jgħid Alla li x-xogħ’l sar.