LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • gm kap. 12 pp. 68-73
  • Sors taʼ Għerf Iktar Għoli

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Sors taʼ Għerf Iktar Għoli
  • Il-Bibbja—Il-Kelma tʼAlla jew tal-Bniedem?
  • Sottitli
  • Materjal Simili
  • Qwiel Għorrief
  • Prinċipji Għorrief
  • Kliem taʼ Beneflċċju
  • Żwieġ u Moralità
  • Prinċipji Li Jaħdmu Verament
  • Il-Kelma t’Alla hi Verità
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1990
  • L-Għerf Veru Jkompli Jgħajjat
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova (Studju)—2022
  • Titqarrqux bl-“għerf taʼ din id-dinja”
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova (Studju)—2019
  • Kif tirnexxi fiż-​żwieġ Kristjan
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova (Studju)—2016
Ara Iżjed
Il-Bibbja—Il-Kelma tʼAlla jew tal-Bniedem?
gm kap. 12 pp. 68-73

Kapitlu 12

Sors taʼ Għerf Iktar Għoli

“Kemm huma kotrana x-xogħlijiet tiegħek, O Jeħovah! Ilkoll kemm huma fil-għerf għamilthom. L-art hija mimlija bil-produzzjonijiet tiegħek.” (Salm 104:24) Iva, mill-ġmiel mill-isbaħ tal-univers vast sal-ġmiel delikat taʼ fjura, il-ħolqien jixhed il-għerf li m’⁠hawnx daqsu tal-Ħallieq tiegħu. It-teknoloġija taʼ dan is-seklu 20 issir insinjifikanti meta tqabbilha max-xogħlijiet t’⁠Alla. Jekk il-Bibbja hija l-Kelma t’⁠Alla, għandna nistennew ukoll li tagħti evidenza taʼ għerf li hu lil hinn mill-kapaċitajiet tal-bniedem. Tagħmel hekk?

1. (Inkludi l-introduzzjoni.) (a) Fejn naraw evidenza tal-għerf li m’⁠hawnx bħalu t’⁠Alla? (b) Il-Bibbja liema parir tagħti rigward il-għerf?

IL-BIBBJA tenfasizza l-importanza tal-għerf. Tgħid: “Il-għerf huwa l-aqwa ħaġa. Ikseb il-għerf; u b’⁠dak kollu li tikseb, ikseb il-fehma.” (Proverbji 4:⁠7) Hi tirrikonoxxi wkoll li aħna l-bnedmin spiss jonqsilna l-għerf, u hi tinkuraġġina: “Jekk xi ħadd minnkom nieqes mill-għerf, ħallih jibqaʼ jitlob lil Alla, għax hu jagħti b’⁠mod ġeneruż lil kulħadd.”−Ġakbu 1:⁠5.

2. Wieħed kif jistaʼ jżid il-għerf tiegħu?

2 Alla kif ‘jagħti l-għerf b’⁠mod ġeneruż’? Mod wieħed hu billi jinkuraġġina biex naqraw il-Bibbja u nitgħallmu minnha. Il-ktieb Bibliku taʼ Proverbji jħeġġeġ: “Ibni, jekk se tirċievi l-qwiel tiegħi u taħżen bħala teżor il-kmandamenti tiegħi stess miegħek innifsek, sabiex tagħti attenzjoni lill-għerf . . . int se tifhem il-biżaʼ taʼ Jehovah, u int se ssib l-istess għarflen t’⁠Alla. Għax Jehovah innifsu jagħti l-għerf.” (Proverbji 2:​1, 2, 5, 6) Meta napplikaw il-parir li hemm fll-Bibbja u naraw kemm hu effettiv, aħna nirrealizzaw li dan verament jirrappreżenta lill-għerf divin.

Qwiel Għorrief

3, 4. (a) Il-Bibbja xi tgħid rigward il-frugħa tal-imħabba tal-flus? (b) Il-Bibbja turi liema bilanċ mill-aħjar f’⁠li tagħtina parir dwar il-valur tal-flus?

3 Biex dan napprezzawh aħjar, ejjew inħarsu lejn ftit versi tal-Bibbja. Ikkunsidra dan il-qawl għaref: “Dawk li huma ddeterminati li jkunu għonja jaqgħu f’⁠tentazzjoni u nassa u ħafna xewqat bla sens u li jweġġgħu . . . Għax l-imħabba tal-flus hija għerq taʼ kull xorta taʼ affarijiet li jagħmlu l-ħsara.” (1 Timotew 6: 9, 10) Qabbel dan mal-opinjoni moderna−għall-inqas fis-soċjetà tal-Punent−li tinkuraġġixxi lin-nies biex jiġru wara l-flus bħala l-mira ewlenija tagħhom. B’⁠dispjaċir, ħafna jiksbu l-għana li jfittxu u xorta għandhom sentiment taʼ vojt u taʼ nuqqas taʼ sodisfazzjon. Psikologu kliniku nnota: “Li ssir in-Nru. 1 u sinjur ma jġegħlikx tħoss li int imwettaq, sodisfatt, rispettat jew maħbub b’⁠mod awtentiku.”​1

4 Mhux li persuna prattika tistaʼ tabbanduna għalkollox il-flus. Il-Bibbja turi għerf ibbilanċjat mill-aħjar meta tgħid: “Il-għerf huwa għal protezzjoni l-istess bħalma l-flus huma għal protezzjoni; imma l-vantaġġ tal-għarfien hu li l-għerf innifsu jżomm ħaj lis-sidien tiegħu.” (Ekkleżjasti 7:12) B’⁠hekk, il-Bibbja tgħinna naraw li l-flus, waqt li huma importanti, m’⁠humiex kollox. Huma biss mezz biex jintlaħaq xi għan, u huma taʼ valur limitat jekk m’⁠għandniex il-għerf biex nużawhom b’⁠mod xieraq.

5, 6. (a) Il-parir tal-Bibbja biex wieħed jevita sħubijiet ħżiena għala huwa għaqli? (b) Kif nibbeneflkaw milli ‘nimxu ma’ nies għorrief’?

5 Din l-istqarrija tal-Bibbja hija vera wkoll: “Dak li qed jimxi ma’ nies għorrief se jsir għaref, imma dak li qed jagħmilha mal-istupidi se jaħbatlu ħażin.” (Proverbji 13:20) Qatt innotajt x’⁠effett qawwi għandhom fuqna l-imseħbin tagħna? Il-pressjoni taʼ sħabhom wasslet lil xi żgħażagħ għas-sokor, l-abbuż tad-drogi, u l-immoralità. Jekk nagħmluha ma’ dawk li jitkellmu pastaż, eventwalment se nsibu ruħna nużaw kliem pastaż. Li nżommu kumpanija ma’ individwi diżonesti għandu t-tendenza li jagħmilna diżonesti. Verament, bħalma l-Bibbja tgħid ukoll, “Sħubijiet ħżiena jħassru drawwiet utli.”−1 Korintin 15:⁠33.

6 Mill-banda l-oħra, sħubijiet tajbin jistgħu jtejjbuna. Billi ‘nimxu ma’ nies għorrief,’ aħna nfusna se nsiru iktar għorrief. Drawwiet tajbin jeffettwawna, sewwa sew bħalma jagħmlu dawk ħżiena. Għal darb’⁠oħra, il-Bibbja turi għerf f’⁠li tinkuraġġina biex nagħżlu l-imseħbin tagħna bil-għaqal.

7. Liema ħaġa tagħmel lill-Bibbja unika bħala sors taʼ parir?

7 Il-Bibbja għandha ħafna preċetti bħal dawn biex igħinuna niggwidaw il-ħajjiet tagħna. Bħala sors taʼ parir, hija unika. Il-parir tagħha huwa dejjem taʼ benefiċċju. Qatt ma hi sempliċement teoretika, u qatt ma taħdem għall-ħsara tagħna. L-ebda ktieb ieħor ma jagħti pariri daqskemm tagħti l-Bibbja. Dawk li japplikawha fil-ħajjiet tagħhom, u li jaraw kif hi dejjem taħdem għall-ġid tagħhom, isiru japprezzaw il-Bibbja bħala sors uniku taʼ għerf.

Prinċipji Għorrief

8. Il-Bibbja kif tistaʼ tgħinna saħansitra meta niffaċċjaw xi sitwazzjoni li mhix imsemmija b’⁠mod speċifiku fiha?

8 X’⁠jiġri, iżda, jekk nifaċċjaw xi sitwazzjoni li mhix imsemmija b’⁠mod speċifiku fil-Bibbja? Spiss, insibu prinċipji estensivi biex jiggwidawna. Per eżempju, ħafna xi darba jew oħra fil-ħajjiet tagħhom jiffaċċjaw deċiżjoni rigward il-vizzju taʼ li jpejpu t-tabakk. Ladarba t-tabakk ma kienx magħruf fil-Lvant Nofsani fi żmien Ġesù, il-Bibbja ma ssemmihx. Madankollu, hemm prinċipji Bibliċi xierqa biex igħinuna nieħdu deċiżjoni għaqlija f’⁠din il-kwistjoni.

9-11. Il-prinċipji tal-Bibbja b’⁠liema mod igħinuna biex naslu għal deċiżjoni għaqlija fil-kwistjoni taʼ l-użu tat-tabakk, u kif nibbenefikaw billi nsegwu dawn il-prinċipji?

9 Li wieħed ipejjep it-tabakk, waqt li huwa rrapportat li huwa taʼ gost, fil-fatt jinvolvi d-dħul taʼ sustanzi mniġġsa u kkonċentrati ġewwa l-pulmuni. Wieħed li jpejjep iniġġes lil ġismu, kif ukoll l-ilbies tiegħu u l-arja taʼ madwaru. Barra minn hekk, it-tipjip huwa vizzju. Nies li jridu jieqfu spiss isibuha diffiċli ferm. B’⁠dan f’⁠moħħna, aħna nistgħu nħarsu lejn il-Bibbja għal għajnuna biex naslu għal konklużjoni għaqlija dwar it-tipjip tat-tabakk.

10 L-ewwel, ikkunsidra l-problema tal-vizzju. Pawlu, meta kien qed jitkellem dwar l-ikel, qal: “Mhux se nħalli lili nnifsi ninġieb taħt awtorità minn kwalunkwe ħaġa.“ (1 Korintin 6:12) Pawlu kien ħieles li jiekol kull xorta taʼ ikel, imma kien jaf li xi nies lura hemmhekk kellhom kuxjenzi sensittivi. Mela hu qal li hu ma kienx daqshekk “ivvizzjat” lejn ċertu ikel li ma setax ma jiklux jekk kellu jagħmel hekk biex ma jagħtix gambetta lil oħrajn. Jekk wieħed ma jistax jieqaf milli jpejjep−jew jomgħod −it-tabakk, huwa qiegħed b’⁠mod de-finittiv ‘taħt l-awtorità tiegħu.’ Mela l-istqarrija taʼ Pawlu fuq il-kwistjoni tal-ikel hija gwida tajba għall-użu tat-tabakk. M’⁠għandniex inħallu lilna nfus-na nsiru rsiera taʼ xi vizzju.

11 It-tieni, ikkunsidra l-kwistjoni tat-tniġġis. Il-Bibbja tgħid: “Ejjew innaddfu lilna nfusna minn kull tniġġis tal-laħam u tal-ispirtu.” (2 Korintin 7:⁠1) It-tipjip huwa bla dubju ħmieġ, jew tniġġis, tal-laħam. Is-serjetà taʼ dan it-tniġġis jidher mill-fatt li, skond l-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa, hu joqtol lil iktar minn miljun nies qabel il-waqt kull sena. Jekk aħna nsegwu l-prinċipju tal-Bibbja dwar li nibqgħu nodfa minn tniġġis tal-laħam, aħna se nkunu protetti mill-perikli serji ta’ saħħa tat-tipjip, kif ukoll drogi u tniġġis ieħor.

Kliem taʼ Beneflċċju

12. Il-parir tal-Bibbja għala huwa dejjem marbut mal-istat tajjeb fiżiku u emozzjonali tagħna?

12 M’⁠għandniex għalfejn niskantaw li jekk insegwu l-parir tal-Bibbja jibbenefikana b’⁠mod flżiku. Il-parir tal-Bibbja jiġi mingħand Alla. Bħala l-Ħallieq tagħna, hu għandu għarflen intimu dwar kif aħna magħmulin u x’⁠għandna bżonn. (Salm 139:​14-16) Il-parir tiegħu huwa dejjem marbut mal-istat tajjeb tagħna flżiku u emozzjonali.

13, 14. Għala hija l-korsa taʼ għerf li ssegwi l-parir tal-Bibbja mhux li tgħid il-gideb?

13 Dan jidher fll-parir biex ma ngħidux gideb. Il-gideb huwa mniżżel fost is-seba’ affarijiet li Jehovah jobgħod, u l-ktieb taʼ Rivelazzjoni jsemmi lill-giddieba fost dawk li ma se jkollhom ebda post fid-dinja ġdida t’⁠Alla. (Proverbji 6:19; Rivelazzjoni 21:⁠8) Minkejja dan, il-gideb huwa mifrux ma’ kullimkien. Rivista waħda tan-negozju tinnota: “L-Istati Uniti qed iġarrbu l-agħar splużjoni taʼ frodi, qerq u abbużi relatati fl-istorja tagħhom.”​2

14 Hu kemm hu komuni, iżda, il-gideb huwa ħażin għas-soċjetà u ħażin għall-individwu. Il-ġurnalista Clifford Longley jinnota b’⁠mod korrett: “Il-gideb iweġġa’ kemm lill-giddieb u kemm lil min tin-għadlu l-gidba, fll-livell l-iktar profond tal-esseri tagħhom, billi jaqtaʼ dak il-kuntatt essenzjali taʼ bejn il-moħħ u r-realtà.”​3 The American Journal ofPsychiatry jistqarr: “L-impatt psikoloġiku fuq persuni li lilhom jingħad il-gideb jis-ta’ jkun qerriedi. Id-deċiżjonijiet il-kbar fll-ħajja jistgħu jkunu bbażati fuq tagħrif falz li wieħed jemmen li hu korrett. Il-gideb jistaʼ jkollu wkoll effetti ħżiena fuq il-giddibin infushom.”​4 Kemm hu aħjar li tgħid il-verità, bħalma tagħti parir il-Bibbja b’⁠mod għaqli!

15, 16. Li nsegwu l-parir tal-Bibbja biex nuru mħabba lejn oħrajn b’⁠liema modi huwa għall-benefiċċju tagħna?

15 F’⁠aspett iktar pożittiv, il-Bibbja tgħidilna li għandna nkunu kkonċernati dwar oħrajn, nuru imħabba lejhom, u ngħinuhom. Il-kliem taʼ Ġesù huwa magħruf sewwa: “L-affarijiet kollha, għalhekk, li tridu lill-bnedmin jagħmlu lilkom, intom ukoll tridu tagħmluhom bl-istess mod lilhom.”−Mattew 7:⁠12.

16 Kemm kienet tkun aħjar id-dinja kieku kulħadd isegwi din ir-regola! Barra minn hekk, skond studju psikoloġiku li sar fl-Istati Uniti, l-individwi kieku jħossuhom aħjar. L-1,700 persuna li sar l-istudju dwarhom irrapportaw li l-fatt li għenu lil ħaddieħor tahom sens taʼ kalma u serħan minn diżordnijiet relatati mal-istress bħalma hu l-uġigħ taʼ ras u t-telf tal-leħen. Ir-rapport jikkonkludi: “Jidher, mela, illi li nieħdu ħsieb ħaddieħor huwa parti min-natura umana daqskemm huwa li nieħdu ħsieb tagħna nfusna.”​5 Dan ifakkarna dwar il-kmand tal-Bibbja: “Trid tħobb lill-ġar tiegħek bħalek innifsek.” (Mattew 22:39; qabbel Ġwann 13:​34, 35.) Hija ħaġa naturali li nħobbu lilna nfusna. Imma għalina biex inkunu b’⁠saħħitna emozzjonalment, il-Bibbja tgħid li rridu nibbilanċjaw dik l-imħabba lejna nfusna ma’ imħabba lejn oħrajn.

Żwieġ u Moralità

17. Il-parir tal-Bibbja kultant għala jidher li hu antikwat?

17 Waqt li l-parir tal-Bibbja jagħti evidenza taʼ għerf profond, hi mhux dejjem tgħid l-affarijiet li n-nies iridu jisimgħu. Spiss, tiġi akkużata li hi antikwata. Għala jiġri dan? Għaliex waqt li l-parir tal-Bibbja huwa għall-ġid dejjiemi tagħna, li napplikawh spiss jirrikjedi dixxiplina u ċaħda tagħna nfusna; u dawn il-kwalitajiet m’⁠humiex popolari llum.

18, 19. X’⁠inhuma l-livelli tal-Bibbja għaż-żwieġ u għall-moralità?

18 Ħu l-kwistjoni taʼ żwieġ u moralità. Il-livelli tal-Bibbja hawn huma stretti ferm. Hi tispeċifika l-monogamija, raġel wieħed għal mara waħda. U waqt li ssemmi każi estremi fejn id-divorzju jew is-separazzjoni jistgħu jkunu possibbli, inġenerali hi tgħid li r-rabta taż-żwieġ hija għall-ħajja kollha. “Ma qrajtux li dak li ħalaqhom mill-bidu għamilhom raġel u mara u qal, ‘Għal din ir-raġuni raġel se jħalli lil missieru u lil ommu u se jingħaqad ma’ martu, u t-tnejn se jkunu laħam wieħed’? Mela m’⁠humiex iżjed tnejn, imma laħam wieħed. Għalhekk, dak li Alla rabat f’⁠madmad flimkien ħa ma jifirdu ebda bniedem.”−Mattew 19: 4-6; 1 Korintin 7:​12-15.

19 Barra minn hekk, il-Bibbja tgħid li l-uniku post għal intimità sesswali huwa ġewwa r-rabta taż-żwieġ. Hi tipprojbixxi intimità kollha bħal din barra ż-żwieġ. Naqraw: “La ż-żienja, la l-idolatri, la l-adulteri, la rġiel miżmumin għal skopijiet mhux naturali, la rġiel li jimteddu ma’ rġiel. . . ma se jirtu s-saltna t’⁠Alla.” −1 Korintin 6:​9, 10.

20. Il-livelli tal-Bibbja dwar il-moralità b’⁠liema modi qed jiġu njorati llum ma’ kullimkien?

20 Illum, dawn il-livelli huma njorati ma’ kullimkien. David Mace, professur tas-soċjoloġija, jinnota: “Matul dan is-seklu l-kultura tagħna għaddiet minn bidliet estensivi, u ħafna drawwiet u istituzzjonijiet antiki ġew mheżhża mill-pedamenti tagħhom. Iż-żwieġ ma kienx eċċezzjoni.”​6 Prattiċi morali laxki huma komuni. Relazzjonijiet sesswali bejn koppji żgħażagħ li jinnamraw spiss jitqiesu bħala normali. Li jgħixu flimkien qabel iż-żwieġ−‘sempliċement biex ikunu żguri’⁠−isir spiss. U ladarba l-koppji jiżżewġu, relazzjonijiet sesswali illeċti huma komuni.

21. X’⁠irriżulta milli l-livelli tal-Bibbja dwar żwieġ u moralità huma njorati ma’ kullimkien?

21 Din il-klima morali iktar laxka ġabet ferħ? Le, ma ġabet xejn ħlief inkwiet−u inkwiet li jiswa l-flus fuq kollox−li rriżulta fi dwejjaq u f’⁠familji miksurin. Hemm ukoll epidemija taʼ mard trażmess sesswalment li ġie ttraċċjat direttament lejn il-moralità laxka. It-tixrid tal-gonorrhea, syphilis, u chlamydia, fost oħrajn, ma jistax jiġi kkontrollat. Fis-snin riċenti, il-prostituzzjoni u l-prattiċi omosesswali ħaffew il-pass tat-tixrid tal-AIDS. Hemm epidemija taʼ xebbiet żgħażagħ li jkollhom it-trabi meta bil-kemm għadhom ħarġu minn tfulithom huma nfushom. Ladies’ Home Journal innota: “L-enfasi fuq is-sess li kienet tipiku tas-snin sittin u tas-snin sebgħin ġabet mhux ferħ uman infinit imma xi miżerja umana serja.”​7

22. Fil-kwistjoni tal-moralità, liema haġa ġġib l-akbar ferħ?

22 Għalhekk, aħna issa nisimgħu kummenti bħal dan li ġej mill-professur tas-soċjoloġija Carlfred B. Broderick:“Forsi aħna mmaturajna biżżejjed biex nikkunsidraw jekk jaqblilniex ilkoll ħafna iktar li ninkuraġġixxu l-astinenza taʼ qabel iż-żwieġ bħala regola li hija l-iktar li twieġeb għall-ħtiġijiet taċ-ċittadini tagħna u għad-dritt tagħhom taʼ libertà: libertà mill-mard, libertà minn tqala mhix mixtieqa.”​8 Verament, il-livell taʼ moralità tal-Bibbja wera, meta tqis kollox, li jġib l-akbar ferħ.

Prinċipji Li Jaħdmu Verament

23. (a) Jekk żwieġ m’⁠huwiex hieni, huwa d-divorzju l-unika soluzzjoni possibbli? (b) X’⁠inhuma tnejn mill-qofol għal żwieġ hieni u stabbli?

23 Ladarba ż-żwieġ huwa maħsub biex idum il-ħajja kollha, għandna bżonn inkunu nafu kif se nagħmlu suċċess minnu. Xi wħud argumentaw li huwa aħjar li wieħed joħroġ minn ġo żwieġ mhux hieni milli joqgħod fih u jkun miżerabbli. Imma hemm alternattiva oħra: li taħdem biex issolvi l-problemi li qed jikkaġunaw in-nuqqas taʼ ferħ. Dan hu aspett ieħor fejn il-Bibbja tgħin. Diġà rajna kif hi tagħtina l-parir biex inkunu lejali lejn is-sieħeb (jew sieħba) tagħna fiż-żwieġ, u dan huwa qofol wieħed għal żwieġ hieni u stabbli. Qofol ieħor huwa li tirrikonoxxi li jistaʼ jkun hemm biss kap wieħed fiż-żwieġ, u l-Bibbja tgħid li jrid ikun ir-raġel. Il-mara tingħata l-parir biex tappoġġja lil żewġha u mhux tisflda l-pożizzjoni tiegħu. Ir-raġel, mill-banda l-oħra, jintqallu biex juża l-pożizzjoni tiegħu għall-ġid taʼ martu u biex ma jkunx egoist.−1 Korintin 11:3; 1 Timotew 2:11-14.

24, 25. Il-Bibbja kif tinkuraġġixxi lil irġiel u nisa miżżewġin biex iwettqu r-rwolijiet xierqa tagħhom fiż-żwieġ?

24 Lir-raġel miżżewweġ, il-Bibbja tgħidlu: “L-irġiel miżżewġin għandhom ikunu qed iħobbu lin-nisa tagħhom bħal ġisimhom stess. Dak li jħobb lil martu jħobb lilu nnifsu, għax ebda raġel ma qatt bagħad lil-laħam tiegħu stess.” (Efesin 5:​28, 29) Ir-raġel miżżewweġ li jħobb jeżerċita l-awtorità tiegħu b’⁠mod taʼ mogħdrija. Hu jiftakar li għalkemm hu l-kap, martu għandha tiġi kkunsidrata u kkonsultata. Iż-żwieġ huwa sħubija, mhux dittatorjat.

25 Il-parir tal-Bibbja għal nisa miżżewġin jinkludi dan il-kliem: “Il-mara miż-żewġa għandha jkollha rispett profond lejn żewġha.” (Efesin 5:33) Hi tirrispetta lil żewġha minħabba fll-pożizzjoni tie-għu, u r-rispett tagħha se jintwera billi tkun qed tappoġġjah, sewwa sew bħalma l-imħabba taʼ żewġha se tintwera billi hu jkun ikkonċernat dwarha. Għal ħafna individwi moderni, parir bħal dan m’⁠huwiex aċċettabbli. Imma sħubijiet li jibbażaw ir-relazzjonijiet tagħhom fuq l-imħabba u r-rispett−bħalma l-Bibbja tagħti parir−huma dejjem henjin.

26. Il-livelli Skritturali għaż-żwieġ jaħdmu verament? Agħti eżempju.

26 Il-fatt li l-parir tal-Bibbja f’⁠dan l-aspett jaħdem tassew jidher f’⁠esperjenza li ġejja mill-Ibħra tan-Nofs in-Nhar. Koppja hemmhekk, wara għaxar snin flimkien, kienu konvinti li ż-żwieġ tagħhom kien falliment. Mela huma bdew jippjanaw biex jisseparaw. Imbagħad il-mara tkellmet ma’ xi ħadd mix-Xhieda taʼ Jehovah. Flimkien, hi u x-Xhud studjaw il-parir tal-Bibbja għal koppji miż-żewġin. Ir-raġel tagħha jirrapporta: “Hekk kif il-mara tiegħi kienet qed titgħallem il-prinċipji tal-Bibbja, hi għamlet sforzi biex tapplikahom fll-ħajja tagħha. Fi ftit ġimgħat, jien bdejt ninnota xi tibdil.” Billi tqanqal bil-kurżità, hu qabel li jissieħeb ma’ martu fl-istudju tal-Bibbja u tgħallem il-parir tal-Bibbja għal irġiel miżżewġa. Ir-riżultat? Hu jgħid: “Issa sibna l-bażi għal ħajja tal-familja verament hienja.”

27. L-applikar taʼ liema prinċipji tal-Bibbja jistaʼ jgħin lill-Kristjani li jsofru minn faqar ekonomiku?

27 Li wieħed ilaħħaq mal-faqar huwa jerġaʼ aspett ieħor fejn il-parir tal-Bibbja wera li hu taʼ għajnuna. Per eżempju, it-tipjip u s-sokor, li t-tnejn huma kontra l-prinċipji tal-Bibbja, jaħlu l-ftit flus li jkollu dak li jkun. (Proverbji 23:​19-21) Iktar minn hekk, il-Bibbja tirrikkmanda l-bżulija, billi wieħed li jaħdem iebes jistaʼ iktar spiss isib mod kif imantni l-familja tiegħu milli jistaʼ wieħed li hu għażżien jew wieħed li jċedi għad-disprament. (Proverbji 6:​6-11; 10:26) Barra minn hekk, li jagħti kas il-parir biex ma ‘jgħirx għal dawk li qed jagħmlu l-ħażen’ iżomm lil dak li jkun milli jagħtiha għal affarijiet bħad-delitti jew il-logħob tal-azzard bħala modi biex itaffi l-faqar. (Salm 37:⁠1) Prattiċi bħal dawn donnhom jidhru li joffru soluzzjoni taʼ malajr għal difflkultajiet finanzjarji, imma l-frott fit-tul tagħhom huwa qares ferm.

28-30. (a) Li tapplika prinċipji tal-Bibbja kif għen lil waħda mara Kristjana biex tlaħħaq mal-faqar? (b) L-esperjenzi taʼ eluf taʼ Kristjani f’⁠ċirkostanzi taʼ faqar ekonomiku jagħtu xiehda dwar liema ħaġa?

28 Igħin tassew dan il-parir lil dawk li huma fqar ferm, jew huwa biss xi teorija idejalistika? It-tweġiba hi, Il-parir jaħdem, bħalma juru ħafna esperjenzi madwar id-dinja. Biex nieħdu biss eżempju wieħed, mara Kristjana fl-Asja saret armla, mingħajr ebda dħul taʼ flus, u b’⁠tifel żgħir biex tieħu ħsiebu. Il-Bibbja kif għenet lilha u lil binha?

29 Hi kienet bieżla, bħalma tagħti parir il-Bibbja, u bdiet tħejt l-ilbiesi u tbiegħhom. Billi kienet onesta u taʼ min jorbot fuqha, bħalma tagħti parir ukoll il-Bibbja, hi malajr kellha klijenti regulari. (Kolossin 3:23) Imbagħad, hi dawret kamra żgħira fid-dar tagħha għal post żgħir tal-ikel u kienet tqum madwar l-erbgħa taʼ fil-għodu kull għodwa biex tħejji l-ikel biex tbiegħu, u dan żied mad-dħul taʼ flus tagħha. “Xorta waħda,” tgħid hi, “irridu ngħixu b’⁠mod sempliċi.” Imma hi tiftakar il-parir tal-Bibbja: “Billi għandna l-manteniment u l-għata, se nkunu kuntenti b’⁠dawn l-affarijiet.”−1 Timotew 6:⁠8.

30 Hi żżid: “Għalkemm nistaʼ ngħid li jien fqira, jien m’⁠inix irrabjata jew għajjura. Il-verità tal-Bibbja timlieni b’⁠ħarsa pożittiva.” Barra minn hekk, hi sabet li wegħda notevoli li Ġesù ta ħadmet verament fil-każ tagħha. Hu qal: “Ibqgħu, mela, fittxu l-ewwel is-saltna u t-tjieba tiegħu, u dawn l-affarijiet [neċessitajiet materjali] l-oħra kollha se jiżdidulkom.” (Mattew 6:33) L-esperjenza tagħha kienet li billi tpoġġi s-servizz tagħha lil Alla l-ewwel fll-ħajja tagħha, hi dejjem tirċievi, b’⁠mod jew ieħor, in-neċessitajiet materjali. L-esperjenzi taʼ din il-mara Kristjana, flimkien ma’ dawk taʼ Kristjani oħra bla għadd li huma foqra ekonomikament, iżidu mat-testimonjanza li l-parir tal-Bibbja tassew jaħdem.

31. X’⁠jiġri meta nsegwu l-parir tal-Bibbja, u dan il-fatt jagħti xiehda għal liema ħaġa?

31 F’⁠dan il-kapitlu, aħna kemm kemm missejna l-għana vasta tal-parir li flha l-Bibbja, u rajna biss ftit każi fejn dan il-parir ħadem. L-esperjenzi li semmejna jistgħu jiġu mmultiplikati għal elf darba. Darba wara l-oħra, meta n-nies isegwu l-Bibbja, jibbenefikaw. Meta jinjorawha, isofru. Ebda ġemgħa oħra taʼ pariri, antika jew moderna, ma hi daqshekk taʼ benefiċċju b’⁠mod konsistenti u tapplika għal nies taʼ kull razza. Parir għaqli bħal dan ma jistax ikun sempliċement għerf tal-bniedem. Il-fatt li l-Bibbja hija maħżen għani taʼ għerf bħal dan huwa evidenza qawwija li hija l-Kelma t’⁠Alla.

[Kumment f’⁠paġna 70]

Attitudni taʼ għajnuna tibbeneflka lil kulħadd

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja