Kapitlu 13
“Il-Kelma t’Alla Hi Ħajja”
Fil-kapitlu taʼ qabel, rajna li l-parir tal-Bibbja jistaʼ jgħinna biex insolvu problemi u nevitaw l-iżballji. Il-għerf etern tal-parir tal-Bibbja huwa evidenza qawwija taʼ ispirazzjoni. fl-Bibbja nfisha tgħid: “L-Iskrittura kollha hija mnebbħa minn Alla u taʼ benefieċju għat-tagħlim, għat-twiddib, biex tiddritta l-affarijiet, biex tiddixxiplina fit-tjieba.” (2 Timotew 3:16) Imma l-Bibbja tagħmel iktar milli tagħtina parir għaqli. Bħala l-Kelma t’Alla, hi attwalment tbiddel lin-nies.
1-3. (a) Il-Bibbja kif tenfasizza l-ħtieġa taʼ bidliet fil-personalità? (b) Liema esperjenza turi l-qawwa tal-Bibbja biex tbiddel personalitajiet?
TISTAʼ l-Bibbja tassew tbiddel lin-nies? Iva, tistaʼ saħansitra tbiddel il-personalità tagħhom. Ikkunsidra dan il-parir irrekordjat fil-Bibbja: “Għandkom tinżgħu l-personalità l-qadima li taqbel mal-korsa taʼ kondotta li kellkom qabel u li qed tiġi korrotta skond ix-xewqat qarrieqa tiegħu; imma . . . għandkom tintgħamlu ġodda fil-qawwa li tħaddem lil moħħkom, u għandkom til-bsu l-personalità ġdida li kienet maħluqa skond ir-rieda t’Alla fit-tjieba vera u l-lejaltà.”−Efesin 4:22-24.
2 Huwa verament possibbli li tilbes personalità ġdida? Iva, huwa! Fil-fatt, li ssir Kristjan kultant jinvolvi aġġustamenti drammatiċi mhux ħażin fil-personalità. (1 Korintin 6:9-11) Per eżempju, tifel fl-Amerka t’Isfel sar orfni fl-età taʼ disaʼ snin. Billi kiber mingħajr il-gwida tal-ġenituri, hu żviluppa problemi ħorox fil-personalità. Hu jirrakkonta: “Meta kelli 18-il sena, kont ivvizzjat għalkollox bid-drogi u kont diġà qattajt xi żmien fll-ħabs minħabba li sraqt biex inkun nistaʼ nżomm il-vizzju.” Zijtu, iżda, kienet waħda mix-Xhieda taʼ Jehovah, u eventwalment setgħet tgħinu.
3 Hu jispjega: “Zijti bdiet tistudja l-Bibbja miegħi, u wara seba’ xhur stajt nitlaq il-vizzju tad-drogi.” Hu telaq ukoll lil sħabu li kellu qabel u għamel ħbieb ġodda fost ix-Xhieda taʼ Jehovah. Hu jissokta: “Dawn l-imseħbin ġodda, flimkien mal-istudju regulari tiegħi tal-Bibbja, għenuni biex nagħmel progress u finalment biex niddedika ħajti biex naqdi lil Alla.” Iva, dan li qabel kien ivvizzjat bid-drogi u kien ħalliel sar Kristjan attiv, u din il-bidla radikali ġiet imwettqa permezz tal-qawwa tal-Bibbja. Tabilħaqq, bħalma jgħid l-appostlu Pawlu, “Il-kelma t’Alla hi ħajja u teżerċita qawwa.”−Ebrej 4:12.
Mibdul Permezz tal-Għarflen
4, 5. Skond Kolossin 3:8-10, x’inhu meħtieġ sabiex tikkultiva l-personalità ġdida?
4 Il-Bibbja kif tbiddilhom lin-nies? It-tweġiba tidher f’dan il-passaġġ fil-Bibbja: “Warrbuhom kollha lil hinn minnkom, il-għadab, ir-rabja, il-ħażen, id-diskors abużiv, u l-kliem oxxen li joħroġ minn fommkom. Tigdbux lil xulxin. Inżgħu l-personalità l-qadima bil-prattiċi tagħha, u tlibbsu bil-personalità ġdida, li permezz tal-għarfien eżatt qiegħda tiġġedded skond ix-xbiha taʼ Dak li ħalaqha.”−Kolossin 3:8-10.
5 Innota l-parti importanti li għandu l-għarfien eżatt tal-Bibbja. Il-Bibbja tispjega liema karatteristiċi rridu neħilsu minnhom u liema għandna nikkultivaw. Għarfien bħal dan jistaʼ minnu nnifsu jkollu effett qawwi, bħalma sab wieħed żagħżugħ fl-Ewropa t’Isfel. Hu kellu problema rejali: kien jitlagħlu u jsir vjolenti. Waqt li kien qed jikber, hu kien dejjem isib ruħu f’xi ġlieda, u bħala żvog għall-vjolenza tiegħu, hu beda jilgħab il-‘boxing’; imma xorta ma setax jikkontrolla n-natura vjolenti tiegħu. Meta kien fl-armata, hu daħal fl-inkwiet għax sawwat lil suldat sieħbu. Wara li telaq mill-armata, hu żżewweġ imma mbagħad beda jsawwat lil martu. F’argument fll-familja, hu saħansitra sawwat lil missieru stess, billi middu mal-art. Verament żagħżugħ irrabjat u vjolenti!
6, 7. Għarflen eżatt dwar il-Bibbja kif għen lil żagħżugħ fl-Ewropa t’Isfel biex ibiddel il-personalità tiegħu?
6 Eventwalment, iżda, hu studja l-Bibbja max-Xhieda taʼ Jehovah u sama’ pariri bħal dan li ġej: “Troddu ħażen għal ħażen lil ħadd. . . . Jekk inhu possibbli, sakemm jiddependi minnkom, żommu l-paċi mal-bnedmin kollha. Tivvendikawx irwieħkom, maħbubin, imma ċedu għall-korla.” (Rumani 12:17-19) Dan għenu biex jirrealizza kemm il-karattru vjolenti tiegħu kien djuflja ħażina. Hu telaq il-‘boxing’, li rrealizza li ma kienx kompatibbli mal-personalità Kristjana taʼ paċi. Imma xorta kellu taqbida rejali man-natura vjolenti tiegħu.
7 Hu kien mgħejjun, madankollu, permezz tal-għarfien tiegħu li kien qed jiżdied dwar il-prinċipji tal-Bibbja. Dan irfina lill-kuxjenza tiegħu, li mill-banda l-oħra aġixxiet biex ma tħallix lit-tempra tiegħu titlagħlu malajr. Darba minnhom, wara li kien għamel xi ftit progress fl-istudji tiegħu tal-Bibbja, wieħed barrani rrabja u beda jinsultah. Iż-żagħżugħ ħass ir-rabja tas-soltu tbaqbaq ġo flh. Imbagħad, hu ħass forza oħra: sens taʼ mistħija; u dan żammu milli jċedi għar-rabja tiegħu. Minflok ma ‘radd ħażen għal ħażen,’ hu kkontrolla l-ispirtu tiegħu. Issa, huwa persuna mibdula, bil-personalità ġdida, grazzi għal għarflen eżatt mill-Bibbja.
Insiru Nafu lil Alla
8. (a) Il-personalità ġdida flx-xbiha taʼ min hija magħmula? (b) Il-għarflen eżatt li jsawwar il-personalità ġdida jrid jinkludi għarflen dwar min?
8 Veru, ħafna nies jafu x’għandhom jagħmlu, imma jċedu għad-djufijiet tal-laħam. Biċ-ċar, li wieħed ikollu sempliċement għarfien eżatt dwar x’inhu tajjeb u x’inhu ħażin m’huwiex dak kollu li huwa meħtieġ. Xi ħaġa oħra għenet liż-żewġ individwi deskritti hawn fuq biex jitbiddlu. X’kienet? L-iskrittura li rreferejna għalija qabel qalet: “Tlibbsu bil-personalità ġdida, li permezz tal-għarfien eżatt qiegħda tiġġedded skond ix-xbiha taʼ Dak li ħalaqha.” (Kolossin 3:10) Innota li, sewwa sew bħalma Adam kien magħmul oriġinalment fix-xbiha t’Alla, hekk ukoll il-personalità ġdida hija magħmula fix-xbiha t’Alla. (Ġenesi 1:26) Għalhekk, il-għarfien eżatt li għen lil dawn iż-żewġ żgħażagħ irġiel kellu jinkludi għarfien dwar Alla. Dan ifakkarna dwar il-kliem taʼ Ġesù: “Dan ifisser il-ħajja taʼ dejjem, li jieħdu għarfien dwarek, l-uniku veru Alla, u dwar dak li inti bgħatt, Ġesù Kristu.”−Ġwann 17:3.
9. Għarflen dwar Alla kif igħinna nbiddlu l-personalità tagħna?
9 Għarfien dwar Alla kif igħinna biex inbiddlu l-personalità tagħna? Jagħtina mottiv biex nagħmlu hekk. Meta nsiru nafu lil Alla billi nistudjaw il-Bibbja, aħna nitgħallmu dwar il-kwalitajiet divini tiegħu u naraw l-imħabba li hu wera għalina. Dan iwassalna biex aħna nħobbuh mill-banda l-oħra. (1 Ġwann 4:19) Imbagħad, aħna nistgħu nobdu dak li Ġesù qal li kien l-ewwel u l-akbar kmandament: “Trid tħobb lil Jehovah Alla tiegħek b’qalbek kollha u b’ruħek kollha u b’moħħok kollu.” (Mattew 22:37) Li nħobbu lil Alla jagħmilna nkunu rridu li nilbsu l-personalità ġdida li togħġob lilu. Jagħmilna nkunu rridu li nkunu iktar bħalu, ikollna kemm ikollna nissieltu iebes biex nagħmlu hekk.
Djufijiet b’Għeruq Ħoxnin fil-Fond
10, 11. Għarflen eżatt kif għen lil mara żagħżugħa fl-Amerka taʼ Fuq biex tibda tbiddel il-personalità tagħha?
10 F’xi każi, tkun verament battalja. Mara żagħżugħa fl-Amerka taʼ Fuq kellha tiġġieled iebes ferm biex tinbidel. Billi kienet vittma taʼ abbuż sesswali meta kienet tifla, hi trabbiet ġewwa familja vjolenti u eventwalment daret għad-drogi. Id-drogi kienu jiswew il-flus, iżda, u għalhekk hi kellha tbiegħ lilha nflsha bħala prostituta biex tħallas għall-vizzju. Hi wkoll dejqet u serqet lit-turisti u spiċċat tqattaʼ iktar żmien f’ħabsijiet u fl ħwienet tax-xogħol milli qattgħet fid-dar.
11 Meta x-Xhieda taʼ Jehovah iltaqgħu magħha, hi kienet−wara diversi aborti−saret l-omm taʼ tarbija illeġittima. Madankollu, għoġobha dak li semgħet mill-Bibbja u bdiet tistudjaha. Fi żmien qasir hi kienet qed tibni relazzjoni m’Alla u tagħmel aġġustamenti fil-ħajja tagħha.
12, 13. Iddeskrivi kif il-għarflen eżatt, ladarba imħawwel, jaġixxi bħala forza biex ibiddel.
12 Ġlieda iebsa kellha quddiemha, madankollu, għaliex il-personalità l-qadima kellha għeruq ħoxnin fil-fond. Darba minnhom, ħadet għaliha b’xi parir mogħti bi skop tajjeb, waqfet milli tistudja l-Bibbja, u marret lura lejn il-modi mhux nodfa tagħha. Imma ma setgħetx tinsa l-verità tal-Bibbja li kienet ġiet imħawla ġewwa fiha, u hi tammetti: “Kultant kien ikolli sentimenti taʼ ħtija, u l-kliem tat-2 Pietru 2:22 kien igħaddi jiġri minn ġo moħħi: ‘Il-kelb imur lura għall-vomtu tiegħu stess u l-ħanżira maħsula lejn il-ħama.’”
13 Eventwalment, dan il-għarfien qanqalha biex tagħmel sforz determinat ieħor. Hi tgħid: “Jien bdejt niftaħ il-bieb għal Jehovah u nitlob spiss għall-għajnuna.” Din id-darba, il-personalità ġdida saret iktar imħawla fis-sod, għalkemm xorta kellha tissielet iebes. Darba minnhom, f’mument taʼ djufija, hi reġgħet waqgħet għas-sokor u għall-immoralità. Din id-darba, iżda, ir-reazzjoni tagħha wriet li hi kienet qiegħda verament tinbidel. Hi kienet iddiżgustata ferm biha nfisha u tgħid: “Għamilt ħafna u ħafna talb u studju.” Eventwalment, il-Kelma t’Alla tant tefgħet qawwa ġewwa l-ħajja tagħha li hi saret Kristjana attiva, tgħix ħajja nadifa li ġġib unur. Għal diversi snin issa, hi kienet u għadha persuna totalment differenti minn dik l-individwa abbużata, ivvizzjata bid-drogi, b’ħajja immorali, li kienet qabel.
Poplu Mibdul Permezz tal-Kelma t’Alla
14, 15. (a) Liema forza mingħand Alla taħdem permezz tal-Bibbja? (b) X’inhuma xi karatteristiċi tal-veri Kristjani llum?
14 Il-qawwa li l-Bibbja tefgħet fil-ħajjiet taʼ individwi umlin turi li hija iktar minn sempliċement xogħol uman. Bħala l-Kelma mnebbħa t’Alla, hija mezz taʼ komunikazzjoni biex l-ispirtu t’Alla jkun jistaʼ jopera. L-istess spirtu li għamel possibbli l-mirakli li Ġesù wettaq igħinna llum biex nikkonkwistaw kwalitajiet ħżiena u niżżviluppaw personalità Kristjana. Tabilħaqq, il-kwalitajiet bażiċi li l-Kristjani għandhom bżonn jikkultivaw−imħabba, ferħ, paċi, sabar flt-tul, qalb tajba, tjubija, fldi, ħlewwa, u rażna −huma msejħin fll-Bibbja “l-frott tal-ispirtu.”−Galatin 5:22, 23.
15 Illum, dan l-ispirtu qed jaħdem mhux biss fuq ftit individwi imma fuq miljuni li ġew ‘imgħallmin minn Jehovah’ u jgawdu ‘paċi abbundanti’ mingħandU. (Isaija 54:13) Min huma dawn? Ġesù ta mod wieħed kif nistgħu nidentiflkawhom, billi qal: “B’dan kulħadd se jkun jaf li intom dixxipli tiegħi, jekk għandkom l-imħabba bejnietkom.” (Ġwann 13:35) L-imħabba Kristjana hija frott tal-ispirtu u parti importanti ferm tal-personalità ġdida Kristjana. Hemm xi grupp taʼ nies li qed juru imħabba bil-mod kif qal Ġesù?
16, 17. Ikkwota xi kummenti tal-gazzetti li jgħinu biex jiġu identifikati dawk li huma “mgħallmin minn Jehovah” u li jgawdu ‘paċi abbundanti.’
16 Sewwa, ismaʼ din is-silta minn ittra miktuba lin-New Haven Register, gazzetta fl-Amerka taʼ Fuq: “Għalkemm forsi ġejt imgħaddab jew irrabjat, bħalma ġrali jien, għax ġew jippruvaw jikkonvertuk, trid tammira d-dedikazzjoni tagħhom, is-saħħa morali tagħhom, l-eżempju li jispikka tagħhom taʼ mġieba umana u għixien li jagħti s-saħħa.” Il-gazzetta Ġermaniża Münchner Merkur kienet qed titkellem dwar l-istess grupp meta qalet: “Huma l-iktar nies li jħallsu t-taxxi b’mod onest u b’mod puntwali fir-Repubblika Federali [tal-Ġermanja]. L-ubbidjenza tagħhom lejn il-liġijiet tistaʼ tidher fil-mod kif isuqu kif ukoll fl-istatistika kriminali.”
17 Dawn iż-żewġ gazzetti dwar min kienu qed jitkellmu? L-istess grupp li kien diskuss fil-Herald taʼ Buenos Aires, l-Arġentina. Din il-gazzetta qalet: “Ix-Xhieda taʼ Jehovah urew matul is-snin li huma ċittadini li jaħdmu iebes, moderati, jibżgħu għall-flus, jibżgħu minn Alla, tax-xorta li l-ġens b’mod ċar għandu bżonn.” Studju soċjoloġiku minn Zambja ppubblikat fl-American Ethnologist jirreferi għall-istess grupp. Igħid: “Ix-Xhieda taʼ Jehovah iġarrbu suċċess akbar minn membri taʼ denominazzjonijiet oħra f’li jżommu għaqda taʼ żwieġ stabbli.”
18, 19. Ix-Xhieda taʼ Jehovah fl-Italja u fl-Afrika t’Isfel kif ġew deskritti?
18 Il-gazzetta La Stampa fl-Italja kienet ukoll qed titkellem dwar ix-Xhieda taʼ Jehovah meta qalet: “Huma l-iktar ċittadini lejali li xi ħadd jistaʼ jixtieq: huma ma jaħarbux mit-taxxi jew iflttxu li jevadu liġijiet inkonvenjenti għall-vantaġġ tagħhom stess. L-idejali morali taʼ mħabba lejn il-proxxmu, irrifjutar taʼ poter, nuqqas taʼ vjolenza u onestà persunali (li għall-biċċa l-kbira tal-Kristjani huma ‘regoli taʼ nhar taʼ Ħadd’ tajbin biss biex jiġu ppridkati minn fuq il-pulptu) jidħlu fil-mod taʼ ħajja taʼ ‘kuljum’ tagħhom.”
19 Professur tal-università fl-Afrika t’Isfel li ġarrab diskriminazzjoni taħt il-liġijiet razzjali taʼ dak il-pajjiż isejjaħ lix-Xhieda taʼ Jehovah “poplu edukat mil-livelli għoljin tal-Bibbja biex ikun verament ‘ma jarax bil-kulur.’” Billi spjega dan, hu żied: “Hawn nies li jaraw il-ġewwieni taʼ dak li jkun, mhux biss il-kulur tal-ġilda tiegħu. Ix-Xhieda taʼ Jehovah illum jiffurmaw l-unika fratellanza vera tal-umanità.”
20. Ix-Xhieda taʼ Jehovah għala jispikkaw bħala differenti?
20 Dawn il-kummenti juru li hemm ġemgħa taʼ nies li fetħu l-qlub tagħhom għall-Bibbja u li fuqhom l-ispirtu t’Alla kien u għadu attiv. Taʼ min jinnota li dawn huma l-istess nies li iktar kmieni identifikajniehom bħala li qed jobdu l-kmand taʼ Ġesù biex jippridkaw l-aħbar tajba tas-Saltna madwar id-dinja. (Mattew 24:14) Ix-Xhieda taʼ Jehovah għala jispikkaw b’dan il-mod? F’ħafna aspetti m’humiex differenti minn nies oħra. Huma għandhom l-istess djufijiet tal-laħam, l-istess problemi ekonomiċi, u l-istess ħtiġijiet bażiċi. Imma bħala grupp, huma jħobbu ’l Alla, jieħdu l-Bibbja bis-serjetà, u jħalluha teżerċita qawwa fil-ħajjiet tagħhom.
21. X’jiġi ppruvat mill-fatt li poplu bħalma huma x-Xhieda taʼ Jehovah jistaʼ jeżisti fid-dinja tal-lum li hija mimlija mibgħeda?
21 Miljuni taʼ Xhieda taʼ Jehovah jinstabu f’iktar minn 200 pajjiż. Huma jinkludu nies taʼ kull razza, lingwa, u stat soċjali immaġinabbli. Madankollu huma fratellanza internazzjonali, magħquda, u taʼ paċi. Huma ċittadini tajbin hu x’innu l-pajjiż li jgħixu fih, imma l-ewwel u qabel kollox, huma sudditi tas-Saltna t’Alla, u huma lkoll attivi ferm f’li jgħidu lil oħrajn l-aħbar tajba taʼ dik is-Saltna. Hija ħaġa verament tal-għaġeb li f’din id-dinja maqsuma u mimlija mibgħeda, grupp bħalma huma x-Xhieda taʼ Jehovah jistaʼ saħansitra jeżisti. Il-fatt li jeżistu huwa evidenza qawwija li l-ispirtu t’Alla għadu attiv fost l-umanità. U huwa prova li l-Bibbja hija tabilħaqq “ħajja u teżerċita qawwa.”
[Kumment f’paġna 74]
Il-Bibbja attwalment tbiddel lin-nies
[Kumment f’paġna 75]
Għarflen dwar Alla jagħmel persuna tkun trid li ssir bħalu