LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • pe kap. 1 pp. 7-15
  • Li Tgħix Għal Dejjem M’huwiex Biss Ħolma

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Li Tgħix Għal Dejjem M’huwiex Biss Ħolma
  • Int Tistaʼ Tgħix Għal Dejjem Fil-Ġenna Fuq L-Art
  • Sottitli
  • Materjal Simili
  • GĦALA NISTGĦU NEMMNU
  • IX-​XEWQA LI TGĦIX​—FEJN?
  • IT-​TIP TAʼ ĦAJJA LI TIXTIEQ
  • BARKIET GRANDJUŻI HUMA FIL-​QRIB
  • Id-Dinja l-Ġdida t’Alla Mimlija Paċi—Int Tistaʼ Tgħix Fiha
    Tgħallem mill-Għalliem il-Kbir
  • Nistgħu Ngħixu għal Dejjem
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova (Studju)—2022
  • X’Inhu L-Iskop T’Alla Għall-Art?
    Alla X’Jirrikjedi Minna?
  • Il-Ħajja f’Dinja Ġdida taʼ Paċi
    Il-Ħajja f’Dinja Ġdida taʼ Paċi
Ara Iżjed
Int Tistaʼ Tgħix Għal Dejjem Fil-Ġenna Fuq L-Art
pe kap. 1 pp. 7-15

Kapitlu 1

Li Tgħix Għal Dejjem M’huwiex Biss Ħolma

1, 2. Għala huwa diffiċli temmen li n-​nies jistgħu jgħixu għal dejjem henjin fuq l-​art?

HENA fuq l-​art​—donnu li ma tistax titgawda lanqas saħansitra għal żmien qasir. Il-​mard, ix-​xjuħija, il-​ġuħ, il-​kriminalità​—biex insemmu biss ftit mill-​problemi—​taʼ spiss jagħmlu l-​ħajja miżerabbli. Mela, tistaʼ tgħid int, li titkellem dwar li wieħed jgħix għal dejjem fil-​ġenna fuq l-​art ifisser li tagħlaq għajnejk għall-​verità. Tistaʼ tħoss li huwa ħela taʼ żmien li titkellem dwarha, li l-​ħajja taʼ dejjem hija biss ħolma.

2 Bla dubju l-​maġġoranza tan-​nies jaqblu miegħek. Mela, allura, għala nistgħu nkunu daqshekk ċerti li int tistaʼ tgħix għal dejjem fil-​ġenna fuq l-​art? Għala nistgħu nemmnu li l-​ħajja taʼ dejjem m’hijiex biss ħolma?

GĦALA NISTGĦU NEMMNU

3. X’juri li Alla jrid li l-​bnedmin ikunu henjin fuq l-​art?

3 Nistgħu nemmnu għaliex Qawwa Suprema, Alla li Jistaʼ Kollox, ħejja l-​art b’dak kollu li huwa meħtieġ biex inħossuna sodisfatti. Hu għamel l-​art perfetta għalina! U ħalaq ir-​raġel u l-​mara bl-​aħjar mod biex ikunu jistgħu jgawdu l-​ħajja bis-​sħiħ fuq din l-​art darna​—għal dejjem.​—Salm 115:16.

4. Ix-xjenzati x’tgħallmu dwar il-​ġisem uman li juri li dan ġie magħmul biex jgħix għal dejjem?

4 Ix-xjenzati ilhom jafu dwar il-​qawwa tal-​ġisem uman li jġedded lilu nnifsu. B’mod taʼ l-​għaġeb iċ-​ċelloli tal-​ġisem jiġu mibdulin jew imsewwijin, skond il-​bżonn. U donnu li dan il-​proċess taʼ tiġdid għandu jkompli għal dejjem. Imma ma jkomplix, u din hija xi ħaġa li x-​xjenzati ma jistgħux jispjegaw. Għadhom ma jistgħux jifhmu għalkollox għala n-​nies jixjieħu. Jgħidu li, taħt kundizzjonijiet xierqa, il-​bnedmin għandhom ikunu jistgħu jgħixu għal dejjem.​—Salm 139:14.

5. X’tgħid il-​Bibbja dwar l-​iskop t’Alla għall-​art?

5 Madankollu, huwa verament l-​iskop t’Alla li n-​nies jgħixu henjin fuq l-​art għal dejjem? Jekk inhu hekk, mela l-​ħajja taʼ dejjem m’hijiex biss xewqa jew ħolma​—żgur li trid tiġi! Il-​Bibbja, il-​ktieb li jitkellem dwar l-​iskopijiet t’Alla, x’tgħid dwar dan? Issejjaħ ’l Alla “Dakli sawwar l-​art u Dak li għamilha,” u żżid: “Hu l-​Wieħed li stabbiliha fis-​sod, li ma ħalaqhiex sempliċement għal xejn, li sawwarha saħansitra biex tkun abitata.”​—Isaija 45:18.

6. (a) Kif inhuma l-​kundizzjonijiet fuq l-​art illum? (b) Huwa dan il-​mod kif Alla jridu li jkun?

6 Jidhirlek int li l-​art issa qiegħda tiġi abitata bil-​mod li Alla riedha li tkun? Veru, in-​nies qegħdin jgħixu fi kważi kull parti taʼ l-​art. Imma qegħdin huma jgħixu henjin flimkien bħala familja magħquda, bil-​mod it-​tajjeb li l-​Ħallieq tagħhom ried għalihom? Illum id-​dinja hija maqsuma. Hemm il-​mibgħeda. Hemm il-​kriminalità. Hemm il-​gwerer. Miljuni taʼ nies huma bil-​ġuħ u morda. Oħrajn għandhom inkwiet taʼ kuljum dwar djar, xogħol u spejjeż. U xejn minn dawn l-​affarijiet ma jġib ġieħ ’l Alla. Biċ-​ċar, allura, l-​art m’hijiex tkun abitata bil-​mod li Alla li Jistaʼ Kollox riedha li tkun fil-​bidu.

7. X’kien l-​iskop t’Alla għall-​art meta ħalaq l-​ewwel koppja umana?

7 Wara li ħalaq l-​ewwel koppja umana, Alla poġġiehom f’ġenna taʼ l-​art. Hu riedhom igawdu l-​ħajja fuq l-​art għal dejjem. L-​iskop tiegħu għalihom kien li jifirxu l-​ġenna tagħhom maʼ l-​art kollha. Dan jidher mill-​istruzzjonijiet li tahom: “Agħtu l-​frott u siru ħafna u imlew l-​art u rażżnuha.” (Ġenesi 1:28) Iva, l-​iskop t’Alla kien li maż-​żmien l-​art kollha tinġab taħt il-​kontroll taʼ familja tajba taʼ bnedmin li lkoll jgħixu flimkien fil-​paċi u fl-hena.

8. Għalkemm l-​ewwel koppja m’obdewhx ’l Alla, għala nistgħu nkunu żguri li l-​iskop t’Alla għall-​art ma nbidilx?

8 Għalkemm l-​ewwel koppja umana m’obdewhx ’l Alla u b’hekk taw prova li ma kienx jistħoqqilhom li jgħixu għal dejjem, l-​iskop oriġinali t’Alla ma tbiddilx. Irid jitwettaq! (Isaija 55:11) Il-​Bibbja twiegħed: “It-​twajbin infushom se jkollhom pussess taʼ l-​art, u se jgħammru għal dejjem fuqha.” (Salm 37:29) Il-​Bibbja spiss titkellem dwar l-​arranġament t’Alla li jagħti ħajja taʼ dejjem lill-​bnedmin li jaqduh.​—Ġwann 3:​14-16, 36; Isaija 25:8; Rivelazzjoni 21:​3, 4.

IX-​XEWQA LI TGĦIX​—FEJN?

9. (a) Normalment in-​nies liema xewqa jkollhom? (b) Xi trid tfisser il-​Bibbja meta tgħid ‘Alla poġġa l-​eternità ġewwa mħuħhom’?

9 Nistgħu nkunu tassew henjin li huwa l-​iskop t’Alla li aħna ngħixu għal dejjem. Għax aħseb ftit: Kieku kellek tiddeċiedi, f’liema data kont tagħżel li tmut? Ma tistax tagħżel waħda, hux tassew? Int ma tridx tmut, u lanqas ebda bniedem normali ieħor li jħossu xi naqra b’saħħtu ma jrid imut. Alla għamilna bix-​xewqa li ngħixu, mhux bix-​xewqa li mmutu. Dwar il-​mod li Alla għamel il-​bnedmin, il-​Bibbja tgħid: “Hu saħansitra poġġa l-​eternità ġewwa mħuħhom.” (Ekkleżjasti 3:11, Byington) X’ifisser dan? Ifisser li normalment in-​nies jixtiequ jibqgħu jgħixu u jgħixu, mingħajr ma jmutu. Minħabba din ix-​xewqa għal futur bla tmiem, il-​bnedmin ilhom ħafna jfittxu xi mod kif jistgħu jibqgħu żgħażagħ għal dejjem.

10. (a) Ix-xewqa naturali tal-​bniedem hija li jgħix għal dejjem fejn? (b) Għala nistgħu nkunu fiduċjużi li Alla se jagħmilha possibbli għalina li ngħixu għal dejjem fuq l-​art?

10 Fejn normalment jixtiequ li jgħixu n-​nies għal dejjem? Huwa fejn huma draw jgħixu, hawnhekk fuq l-​art. Il-​bniedem kien magħmul għall-​art, u l-​art għall-​bniedem. (Ġenesi 2:​8, 9, 15) Il-​Bibbja tgħid: “Hu [Alla] sejjes l-​art fuq il-​postijiet stabbiliti tagħha; m’hijiex se tintgħamel tixxengel għal żmien indefinit, jew għal dejjem.” (Salm 104:5) Ladarba l-​art ġiet magħmula biex isservi għal dejjem, allura l-​bniedem ukoll imissu jgħix għal dejjem. Żgur li Alla taʼ mħabba mhux se joħloq il-​bnedmin bix-​xewqa li jgħixu għal dejjem u mbagħad ma jagħmilhiex possibbli li jaqtgħu dik ix-​xewqa!​—1 Ġwann 4:8; Salm 133:3.

IT-​TIP TAʼ ĦAJJA LI TIXTIEQ

11. X’tgħid il-​Bibbja biex turi li n-​nies jistgħu jgħixu għal dejjem f’saħħa perfetta?

11 Ħares lejn il-​paġna li ġejja. X’tip taʼ ħajja qegħdin igawdu dawn in-​nies? Tixtieq tkun wieħed minnhom? Iva, dażgur, tgħid int! Ara kemm jidhru b’saħħithom u fl-​aħjar tagħhom! Kieku jgħidulek li dawn in-​nies ilhom jgħixu għal eluf taʼ snin, kont temmnu dan? Il-​Bibbja tgħidilna li x-​xjuħ jerġgħu jsiru żgħażagħ, il-​morda jfiqu u z-​zopop, l-​għomja, it-​torox u l-​muti se jkollhom il-​mankamenti tagħhom kollha mfejqin. Meta kien fuq l-​art Ġesù Kristu għamel ħafna mirakli billi fejjaq lill-​morda. Billi għamel dan kien qiegħed juri kif, f’dan iż-​żmien glorjuż li m’huwiex ’il bogħod, dawk kollha li jkunu jgħixu se jingħataw mill-​ġdid ħajja perfetta.​—Ġob 33:25; Isaija 33:24; 35:​5, 6; Mattew 15:​30, 31.

12. X’kundizzjonijiet naraw f’dawn l-​istampi?

12 Ara xi ġmiel taʼ ġnien! Bħalma wiegħed Kristu, din hija tassew ġenna, simili għal dik li tilfu l-​ewwel raġel u mara diżubbidjenti. (Luqa 23:43) U innota l-​paċi u l-​armonija li jeżistu. Nies taʼ kull razza​—is-​suwed, il-​bojod, is-​sofor—​qegħdin jgħixu bħala familja waħda. Saħansitra l-​annimali huma mansi. Ara t-​tifel jilgħab maʼ l-​iljun. Imma m’għandux għalfejn jibżaʼ. Rigward dan, il-​Ħallieq jiddikjara: “Mal-​gidi l-​lijupard innifsu se jimtedd, u l-​għoġol u l-​iljun żagħżugħ muxgħar u l-​annimal mitmugħ sewwa lkoll flimkien; u naqra taʼ tifel ċkejken se jkun mexxej fuqhom. . . . U saħansitra l-​iljun se jiekol it-​tiben sewwa sew bħall-​gendus. U t-​tarbija li qiegħda terdaʼ ċertament li se tilgħab fuq il-​ħofra tal-​kobra.”​—Isaija 11:6-9.

13. X’se jispiċċa minn fuq l-​art meta jitwettqu l-​iskopijiet t’Alla?

13 Fil-ġenna li Alla għandu ppjanata għall-​bnedmin, se jkun hemm kull raġuni biex wieħed ikun hieni. L-​art se tipproduċi ħafna affarijiet tajbin għall-​ikel. Ħadd iżjed ma qatt se jkun bil-​ġuħ. (Salm 72:​16; 67:6) Il-​gwerer, il-​kriminalità, il-​vjolenza, saħansitra l-​mibgħeda u l-​egoiżmu, se jkunu affarijiet taʼ l-​imgħoddi. Iva, se jkunu spiċċaw għal dejjem! (Salm 46:​8, 9; 37:​9-11) Temmen int li dan kollu huwa possibbli?

14. X’iġiegħlek temmen li Alla se jġib tmiem għat-​tbatija?

14 Sewwa, aħseb ftit: Kieku kellek il-​poter, kont int ittemm l-​affarijiet kollha li jġibu t-​tbatija fuq il-​bnedmin? U kont int iġġib il-​kundizzjonijiet li għalihom tixxennaq il-​qalb tal-​bniedem? Dażgur li kont. Missierna tas-​sema kollu mħabba se jagħmel preċiżament hekk. Se jissodisfa l-​bżonnijiet u x-​xewqat tagħna, għax Salm 145:​16 jgħid dwar Alla: “Int qiegħed tiftaħ idek u qiegħed tissodisfa x-​xewqa taʼ kull ħaġa ħajja.” Imma dan meta se jseħħ?

BARKIET GRANDJUŻI HUMA FIL-​QRIB

15. (a) L-aħħar tad-​dinja x’se jkun ifisser għall-​art? (b) X’se jkun ifisser għan-​nies ħżiena? (ċ) X’se jkun ifisser għal dawk li jagħmlu r-​rieda t’Alla?

15 Biex jagħmel possibbli dawn il-​barkiet mill-​aħjar fuq l-​art, Alla jwiegħed li se jtemm kemm il-​​ħażen kif ukoll lil dawk li jagħmluh. Fl-​istess waqt, hu se jipproteġi lil dawk li jaqduh, għax il-​Bibbja tgħid: “Id-​dinja qiegħda tgħaddi u l-​istess ix-​xewqa tagħha, imma dak li jagħmel ir-​rieda t’Alla jibqaʼ għal dejjem.” (1 Ġwann 2:17) X’bidla se tkun dik! L-​aħħar tad-​dinja m’huwiex se jkun ifisser it-​tmiem taʼ l-​art tagħna. Minflok, bħalma ġara fid-​dilluvju mad-​dinja kollha taʼ żmien Noè, se jkun ifisser it-​tmiem tan-​nies ħżiena biss u tal-​mod taʼ ħajja tagħhom. Imma dawk li qegħdin jaqdu ’l Alla se jibqgħu ħajjin wara t-​tmiem. Imbagħad, fuq art imnaddfa, se jgawdu libertà minn dawk kollha li jridu jaħqruhom u jgħakksuhom.​—Mattew 24:​3, 37-39; Proverbji 2:​21, 22.

16. Liema ġrajjiet kienu mbassrin għall-​“aħħar jiem”?

16 Imma xi ħadd jistaʼ jgħid: ‘Il-​kundizzjonijiet sejrin għall-​agħar, mhux għall-​aħjar. Kif nistgħu nkunu żguri li din il-​bidla grandjuża hija qrib?’ Ġesù Kristu bassar ħafna affarijiet li s-​segwaċi futuri tiegħu kellhom joqogħdu għassa għalihom biex jindunaw li kien wasal il-​waqt li Alla jġib tmiem għad-​dinja. Ġesù qal li l-​aħħar jiem taʼ din is-​sistema kellhom ikunu mmarkati b’affarijiet bħalma huma gwerer kbar, skarsezzi taʼ ikel, terremoti kbar, żjieda fl-​illegalità u żjieda fin-​nuqqas taʼ mħabba. (Mattew 24:​3-12) Jerġaʼ, il-​Bibbja tgħid ukoll: “Fl-​aħħar jiem żminijiet kritiċi li iebes biex issib tarfhom se jkunu hawnhekk.” (2 Timotew 3:​1-5) M’humiex dawn l-​istess kundizzjonijiet li qegħdin inġarrbu issa?

17. Xi nies li jużaw moħħhom x’kienu qegħdin jgħidu dwar il-​kundizzjonijiet tal-​lum?

17 Ħafna nies li jistudjaw il-​ġrajjiet tad-​dinja jgħidu li bidla kbira qiegħda tifforma ruħha. Per eżempju, l-​editur tal-​Miami, U.S.A., Herald, kiteb: “Kull min għandu naqra sens komun jistaʼ jgħaqqad flimkien il-​ġrajjiet katakliżmiċi tal-​ftit snin li għaddew u jara li d-​dinja tinsab f’xifer storiku. . . . Dan se jbiddel għal dejjem il-​mod taʼ ħajja tal-​bnedmin.” Simili għal dan, il-​kittieb Amerikan Lewis Mumford qal: “Iċ-​ċivilizzazzjoni sejra għan-​niżla. Ħaġa ċerta. . . . Fl-​imgħoddi meta ċ-​ċivilizzazzjonijiet marru għan-​niżla, kien relattivament fenomenu lokali. . . . Issa, li d-​dinja hija iktar marbuta u miżmuma flimkien permezz tal-​komunikazzjonijiet moderni, meta ċ-​ċivilizzazzjoni titlaq għan-​niżla, il-​pjaneta kollha taqaʼ.”

18. (a) Il-kundizzjonijiet tad-​dinja x’juru dwar il-​futur? (b) Liema ħaġa se tieħu post il-​gvernijiet preżenti?

18 L-istess kundizzjonijiet fid-​dinja llum juru li issa qegħdin ngħixu fiż-​żmien meta l-​qerda taʼ din is-​sistema sħiħa t’affarijiet waslet biex isseħħ. Iva, dalwaqt ferm issa Alla se jnaddaf l-​art minn kull min irid jeqridha. (Rivelazzjoni 11:18) Hu se jneħħi l-​gvernijiet preżenti sabiex jiftaħ it-​triq għall-​gvern tiegħu taʼ tjieba biex jaħkem fuq l-​art kollha. Huwa dan il-​gvern tas-​Saltna li għalih Ġesù għallem lis-​segwaċi tiegħu jitolbu.​—Danjel 2:44; Mattew 6:​9, 10.

19. Jekk irridu ngħixu għal dejjem, xi rridu nagħmlu?

19 Jekk tħobb il-​​ħajja u trid tgħix għal dejjem fuq l-​art taħt il-​ħakma t’Alla, allura għandek tgħaġġel biex tieħu għarfien eżatt dwar Alla, l-​iskopijiet tiegħu u l-​ħtiġijiet tiegħu. Ġesù Kristu qal f’talba ’l Alla: “Dan ifisser il-​ħajja taʼ dejjem, li jieħdu għarfien dwarek, l-​uniku Alla veru, u dwar il-​wieħed li int bgħatt, Ġesù Kristu.” (Ġwann 17:3) X’ferħ li nkunu nafu li nistgħu ngħixu għal dejjem​—li dan m’huwiex biss ħolma! Imma biex ingawdu din il-​barka mill-​aħjar mingħand Alla għandna bżonn nitgħallmu dwar għadu li qiegħed jipprova jżommna lura milli ngawdu din il-​barka.

[Stampa f’paġna 8, 9]

Kellu Alla l-​intenzjoni li d-​dinja tkun hekk?

[Stampa ta’ paġna sħiħa f’paġna 11]

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja