LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • gt kap. 27
  • Is-Sejħa taʼ Mattew

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Is-Sejħa taʼ Mattew
  • L-Aqwa Bniedem li Qatt Għex
  • Materjal Simili
  • Mattew jiġi msejjaħ
    Ġesù—It-triq, il-verità, u l-ħajja
  • Lezzjoni importanti dwar l-umiltà
    Ġesù—It-triq, il-verità, u l-ħajja
  • “Tgħallmu Minni”
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2001
  • Ifittex lill-Mitlufin
    L-Aqwa Bniedem li Qatt Għex
L-Aqwa Bniedem li Qatt Għex
gt kap. 27

Kapitlu 27

Is-​Sejħa taʼ Mattew

FTIT wara li jfejjaq lill-​paralitiku, Ġesù joħroġ minn Kapernahum lejn il-​Baħar tal-​Galilija. Jerġgħu l-​folol tan-​nies jiġu għandu, u hu jibda jgħallimhom. Waqt li jkompli miexi, hu jara lil Mattew, li hu msejjaħ ukoll Levi, bil-​qiegħda fl-​uffiċċju tat-​taxxi. “Kun segwaċi tiegħi,” hija l-​istedina taʼ Ġesù.

Wieħed għandu jaħseb li Mattew huwa diġà familjari mat-​tagħlim taʼ Ġesù, saħansitra bħalma kienu Pietru, Indrì, Ġakbu u Ġwanni meta ġew imsejħin huma. U bħalhom, Mattew minnufih iwieġeb għall-​istedina. Hu jqum, iħalli warajh ir-​responsabbiltajiet tiegħu bħala kollettur tat-​taxxi, u jsegwi lil Ġesù.

Iktar tard, forsi biex jiċċelebra l-​fatt li laqaʼ s-​sejħa, Mattew jagħmel riċeviment kbir fid-​dar tiegħu. Flimkien maʼ Ġesù u d-​dixxipli Tiegħu, hemm preżenti wkoll xi ħbieb antiki taʼ Mattew. Dawn in-​nies fil-​biċċa l-​kbira huma mistmerra minn sħabhom Lhud għaliex jiġbru t-​taxxi għall-​awtoritajiet Rumani li huma mibgħudin. Iktar minn hekk, huma kienu spiss jinsistu b’mod diżonest li n-​nies jagħtuhom iktar flus minn kemm suppost.

Meta jaraw lil Ġesù jiffesteġġja maʼ nies bħal dawn, il-​Fariżej jistaqsu lid-​dixxipli tiegħu: “Għala hu li l-​għalliem tagħkom jiekol mal-​kolletturi tat-​taxxi u mal-​midinbin?” Billi din il-​mistoqsija jismagħha hu wkoll, Ġesù jwieġeb lill-​Fariżej: “Persuni f’saħħithom ma jinħtiġux tabib, imma l-​batuti jinħtieġu. Morru, mela, u tgħallmu dan x’ifisser, ‘Irrid ħniena, u mhux sagrifiċċju.’ Għax jien ġejt insejjaħ, mhux lil nies twajbin, imma lil midinbin.”

Milli jidher, Mattew stieden lil dawn il-​kolletturi tat-​taxxi fid-​dar tiegħu biex ikunu jistgħu jisimgħu lil Ġesù u jirċievu l-​fejqan spiritwali. Mela Ġesù jagħmilha magħhom biex jgħinhom jiksbu relazzjoni b’saħħitha maʼ Alla. Ġesù ma jistmerrhomx lil nies bħal dawn, bħalma jagħmlu l-​Fariżej li jqisu lilhom infushom bħala nies sewwa. Minflok, billi hu mqanqal mill-​mogħdrija hu, biex ingħidu hekk, iservi bħala tabib spiritwali għalihom.

B’hekk il-​ħniena li Ġesù jeżerċita lejn il-​midinbin ma tfissirx li hu jaqbel mad-​dnubiet tagħhom imma hi espressjoni tal-​istess sentimenti teneri li wera hu lejn dawk li huma morda fiżikament. Ftakar, per eżempju, meta b’mogħdrija ħareġ idu u mess lill-​imġiddem waqt li qallu: “Irrid! Intgħamel nadif.” Jalla aħna bl-​istess mod nuru ħniena billi ngħinu lil nies fil-​bżonn, speċjalment billi nassistuhom b’mod spiritwali. Mattew 8:3; 9:​9-13; Mark 2:​13-17; Luqa 5:​27-32.

▪ Fejn hu Mattew meta jarah Ġesù?

▪ Mattew x’inhu xogħlu, u nies bħalu għala huma mistmerra mil-​Lhud l-​oħra?

▪ Liema lment isir kontra Ġesù, u hu kif iwieġeb?

▪ Ġesù għala jagħmilha mal-​midinbin?

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja