LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • gt kap. 31
  • Jaqtgħu l-Qamħ f’Jum is-Sibt

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Jaqtgħu l-Qamħ f’Jum is-Sibt
  • L-Aqwa Bniedem li Qatt Għex
  • Materjal Simili
  • Jaqtgħu l-qamħ fis-Sabat
    Ġesù—It-triq, il-verità, u l-ħajja
  • Skont il-Liġi x’tistaʼ tagħmel fis-Sabat?
    Ġesù—It-triq, il-verità, u l-ħajja
  • Hemm ħin biex taħdem u ħin biex tistrieħ
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova (Studju)—2019
L-Aqwa Bniedem li Qatt Għex
gt kap. 31

Kapitlu 31

Jaqtgħu l-​Qamħ f’Jum is-​Sibt

ĠESÙ u d-​dixxipli tiegħu ma jdumux ma jitilqu minn Ġerusalemm biex jerġgħu lura lejn il-​Galilija. Huwa żmien ir-​rebbiegħa, u fl-​egħlieqi hemm is-​sbula tal-​qamħ fuq iz-​zkuk. Id-​dixxipli huma bil-​ġuħ. Għalhekk jaqtgħu l-​irjus tal-​qamħ u jieklu. Imma billi huwa jum is-​Sibt, l-​azzjonijiet tagħhom jagħtu f’għajn xi ħadd.

Il-mexxejja reliġjużi f’Ġerusalemm kienu għadhom kif fittxew li joqtlu lil Ġesù għax qal li kiser is-​Sibt. Issa l-​Fariżej iġibu akkuża. “Ħares! Id-​dixxipli tiegħek qed jagħmlu dak li mhux legali li tagħmel f’jum is-​Sibt,” jixlu huma.

Il-Fariżej isostnu li l-​ġbir tal-​qamħ u l-​għorik tiegħu fl-​idejn biex tieklu huwa ħsad u dris. Imma l-​interpretazzjoni stretta tagħhom għal x’inhu dak li jikkostitwixxi xogħol għamlet il-​jum tas-​Sibt piż, meta dan suppost li kien żmien taʼ ferħ u taʼ bini spiritwali. Mela Ġesù jweġibhom b’eżempji Skritturali biex juri li Alla Jehovah qatt ma kellu f’moħħu applikazzjoni stretta bla bżonn daqshekk għal-​liġi Tiegħu tas-​Sibt.

Ġesù jgħid li meta David u l-​irġiel tiegħu kienu bil-​ġuħ, huma waqfu ħdejn it-​tabernaklu u kielu l-​ħobż tal-​preżentazzjoni. Dawk il-​ħobżiet kienu diġà tneħħew minn quddiem Jehovah u f’lokhom kien tqiegħed ħobż frisk, u dawn is-​soltu kienu jinżammu biex jikluhom il-​qassisin. Iżda, taħt iċ-​ċirkustanzi, David u n-​nies tiegħu ma ġewx ikkundannati talli kiluhom.

Biex jagħtihom eżempju ieħor, Ġesù igħid: “Ma qrajtux fil-​Liġi li f’jiem is-​sibt il-​qassisin fit-​tempju jqisu s-​sibt bħala li mhux sagru u jkomplu bla ħtija?” Iva, saħansitra nhar taʼ Sibt il-​qassisin kienu jbiċċru u jagħmlu xogħol ieħor fit-​tempju bit-​tħejjija għas-​sagrifiċċji tal-​annimali! “Imma jien ingħidilkom,” igħid Ġesù, “li xi ħaġa akbar mit-​tempju qiegħda hawn.”

Waqt li jċanfar lill-​Fariżej, Ġesù jissokta: “Kieku kontu fhimtu dan x’ifisser, ‘Irrid ħniena, u mhux sagrifiċċju,’ ma kontux tikkundannaw lil uħud bla ħtija.” Imbagħad jikkonkludi: “Għax Mulej tas-​sibt hu dak li Bin il-​bniedem hu.” X’ried ifisser Ġesù b’dak? Ġesù qed jirreferi għall-​ħakma paċifika tas-​Saltna tiegħu għal elf sena.

Għal 6,000 sena issa, il-​bniedem sofra jasar taʼ xogħol iebes taħt Satana x-​Xitan, fejn il-​vjolenza u l-​gwerer saru ħaġa taʼ kuljum. Mill-​banda l-​oħra l-​ħakma kbira tas-​Sibt taʼ Kristu se tkun żmien taʼ mistrieħ minn kull sofferenza u oppressjoni bħal din. Mattew 12:​1-8; Levitiku 24:​5-9; 1 Samwel 21:​1-6; Numri 28:9; Ħosegħa 6:6.

▪ Liema akkuża ssir kontra d-​dixxipli taʼ Ġesù, u Ġesù kif iweġibha?

▪ Liema nuqqas tal-​Fariżej jidentifika Ġesù?

▪ B’liema mod huwa Ġesù “Mulej tas-​sibt”?

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja