LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • gt kap. 34
  • Jagħżel lill-Appostli Tiegħu

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Jagħżel lill-Appostli Tiegħu
  • L-Aqwa Bniedem li Qatt Għex
  • Materjal Simili
  • Ġesù jagħżel 12-il appostlu
    Ġesù—It-triq, il-verità, u l-ħajja
  • Ġesù Jgħallem fuq Muntanja
    Il-Ktieb Tiegħi taʼ Stejjer mill-Bibbja
  • Ġesù jagħżel tnax-il appostlu
    Lezzjonijiet li tista’ titgħallem mill-Bibbja
  • Dawk li Saru d-Dixxipli taʼ Ġesù
    Tgħallem mill-Għalliem il-Kbir
Ara Iżjed
L-Aqwa Bniedem li Qatt Għex
gt kap. 34

Kapitlu 34

Jagħżel lill-​Appostli Tiegħu

GĦADDEW kważi sena u nofs minn mindu Ġwanni l-​Għammied introduċa lil Ġesù bħala l-​Ħaruf t’Alla u Ġesù beda l-​ministeru pubbliku tiegħu. F’dak iż-​żmien Indri̇̀, Xmun Pietru, Ġwanni, u forsi Ġakbu (ħu Ġwanni), kif ukoll Filippu u Natanjel (imsejjaħ ukoll Bartolomew), kienu saru l-​ewwel dixxipli tiegħu. Maż-​żmien, ħafna oħrajn ingħaqdu magħhom f’li jsegwu lil Kristu.

Issa Ġesù huwa lest biex jagħżel lill-​appostli tiegħu. Dawn se jkunu l-​ħbieb intimi tiegħu li se jingħataw taħriġ speċjali. Imma qabel ma jagħżilhom, Ġesù jmur fuq muntanja u jqattaʼ lejl sħiħ jitlob, probabbilment biex jitlob għall-​għerf u għall-​barka t’Alla. Meta jisbaħ, hu jsejjaħ lid-​dixxipli tiegħu u minn fosthom jagħżel 12. Madankollu, minħabba li huma għadhom qed jiġu mgħallmin minnu huma xorta għadhom jissejħu dixxipli wkoll.

Sitta li Ġesù jagħżel, imsemmijin hawn fuq, huma dawk li saru l-​ewwel dixxipli tiegħu. Mattew, li Ġesù sejjaħlu mill-​uffiċċju tiegħu tat-​taxxi, ukoll jintgħażel. Il-​ħamsa l-​oħra li ntgħażlu huma Ġuda (imsejjaħ ukoll Taddeus), Ġuda l-​Iskarjota, Xmun il-​Kananean, Tumas, u Ġakbu iben Alfeus. Dan Ġakbu huwa msejjaħ ukoll Ġakbu ż-​Żgħir, forsi minħabba li kien iqsar jew iżgħar fl-​età mill-​appostlu Ġakbu l-​ieħor.

S’issa dawn it-​12 kienu ilhom maʼ Ġesù għal xi żmien u hu sar jafhom tajjeb. Fil-​fatt, xi wħud minnhom jiġu minnu. Ġakbu u ħuh Ġwanni jidhru li huma l-​primi kuġini taʼ Ġesù. U hu probabbli li Alfeus kien ħu Ġużeppi, il-​missier li adotta lil Ġesù. Għalhekk bin Alfeus, l-​appostlu Ġakbu, kien ukoll kuġin taʼ Ġesù.

Ġesù, naturalment, m’għandux problema biex jiftakar l-​ismijiet tal-​appostli tiegħu. Imma int tistaʼ tiftakarhom? Tajjeb, ftakar biss li hemm tnejn jisimhom Xmun, tnejn jisimhom Ġakbu, u tnejn jisimhom Ġuda, u li Xmun għandu ħuh jismu Indrì, u li Ġakbu għandu ħuh Ġwanni. Dak hu l-​qofol biex tiftakar tmien appostli. L-​erbgħa l-​oħra jinkludu kollettur tat-​taxxi (Mattew), wieħed li iktar tard iddubita (Tumas), wieħed imsejjaħ minn taħt siġra (Natanjel), u ħabibu Filippu.

Ħdax mill-​appostli huma mill-​Galilija, it-​territorju fejn trabba Ġesù. Natanjel hu minn Kana. Filippu, Pietru, u Indrì huma oriġinalment minn Betsajda, għalkemm Pietru u Indrì iktar tard marru joqogħdu Kapernahum fejn jidher li kien joqgħod Mattew. Ġakbu u Ġwanni kienu sajjieda u aktarx ukoll kienu joqogħdu f’Kapernahum jew viċin. Jidher li Ġuda l-​Iskarjota, li iktar tard ittradixxa lil Ġesù, hu l-​uniku appostlu mill-​Ġudea. Mark 3:​13-19; Luqa 6:​12-16.

▪ Liema appostli setgħu kienu jiġu minn Ġesù?

▪ Min huma l-​appostli taʼ Ġesù, u kif tistaʼ tiftakar x’jisimhom?

▪ L-​appostli minn liema territorji ġew?

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja