LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • gt kap. 41
  • F’Nofs Kontroversja

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • F’Nofs Kontroversja
  • L-Aqwa Bniedem li Qatt Għex
  • Materjal Simili
  • Il-mirakli—Bil-qawwa taʼ min?
    Ġesù—It-triq, il-verità, u l-ħajja
  • “Qatt Ħadd Ma Tkellem Bħalu, Dan il-Bniedem!”
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2002
  • “Tgħallmu Minni”
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2001
  • Ġesù jfejjaq fis-Sabat
    Lezzjonijiet li tista’ titgħallem mill-Bibbja
Ara Iżjed
L-Aqwa Bniedem li Qatt Għex
gt kap. 41

Kapitlu 41

F’Nofs Kontroversja

FTIT wara li jkun mistieden fid-​dar taʼ Xmun, Ġesù jibda t-​tieni dawra taʼ ppridkar fil-​Galilija. Fl-​ewwel dawra tiegħu hu kien akkumpanjat mill-​ewwel dixxipli tiegħu, Pietru, Indri̇̀, Ġakbu, u Ġwanni. Imma issa t-​12-il appostlu, kif ukoll xi nisa, jakkumpanjawh. Dawn jinkludu lil Marija Maddalena, Susanna, u Ġovanna, li żewġha huwa uffiċjal tas-​Sultan Erodi.

Iktar ma Ġesù jintensifika l-​pass tal-​ministeru tiegħu, iktar tikber il-​kontroversja rigward l-​attività tiegħu. Raġel ippossessat minn demonju, u li hu agħma u mutu, jinġieb għand Ġesù. Malli Ġesù jfejqu, b’mod li jinħeles mill-​kontroll tad-​demonju u jistaʼ kemm jitkellem u kemm jara, l-​folol jibqgħu mbellhin. Jibdew igħidu: “Jistax dan forsi jkun Bin David?”

Il-folol jinġabru f’għadd tant kbir madwar id-​dar fejn qed joqgħod Ġesù li hu u d-​dixxipli tiegħu lanqas biss jistgħu jieklu ikla. Minbarra dawk li jqisuh bħala forsi li hu l-​imwiegħed “Bin David,” hemm ukoll skribi u Fariżej li ġew it-​triq kollha minn Ġerusalemm biex joħorġuh taʼ giddieb. Meta l-​qraba taʼ Ġesù jisimgħu dwar dan il-​għagħa kollu madwar Ġesù, jiġu biex jaħtfuh. Għal liema raġuni?

Sewwa, saħansitra ħut Ġesù stess għadhom ma jemmnux li hu l-​Iben t’Alla. Ukoll, it-​tqanqil pubbliku u l-​inkwiet li ħoloq ma kien jixbah xejn lill-​karattru taʼ Ġesù li kienu jafu huma meta kien għadu qed jikber f’Nazzaret. Għalhekk, huma jemmnu li hemm xi ħaġa serjament ħażina f’moħħ Ġesù. “Tilef moħħu,” huma jikkonkludu, u jridu jaħtfuh biex jiħduh lil hemm.

Iżda l-​evidenza hi ċara li Ġesù fejjaq lir-​raġel indemonjat. L-​iskribi u l-​Fariżej jafu li ma jistgħux jiċħdu l-​fatt li dan ġara. Mela biex igiddbu lil Ġesù huma jgħidu lin-​nies: “Dan il-​baħbuħ ma jkeċċix lid-​demonji ħlief permezz taʼ Belżebub, il-​ħakkiem tad-​demonji.”

Billi jaf x’qed jaħsbu, Ġesù jsejjaħ lill-​iskribi u l-​Fariżej għandu u jgħidilhom: “Kull saltna maqsuma kontra tagħha nfisha tiġi f’ħerba, u kull belt jew dar maqsuma kontra tagħha nfisha mhix se tieqaf. Bl-​istess mod, jekk Satana jkeċċi lil Satana, hu sar maqsum kontra tiegħu nnifsu; kif, mela, se tieqaf saltnatu?”

X’loġika tal-​għaġeb! Peress li l-​Fariżej igħidu li xi nies minn fosthom ġieli keċċew demonji, Ġesù jistaqsi wkoll: “Jekk inkeċċi lid-​demonji permezz taʼ Belżebub, permezz taʼ min ikeċċuhom uliedkom?” Fi kliem ieħor, l-​akkuża li għamlu huma kontra Ġesù għandha sewwa sew tiġi applikata għalihom iktar milli għalih. Ġesù mbagħad iwissi: “Imma jekk hu permezz tal-​ispirtu t’Alla li jien inkeċċi lid-​demonji, is-​saltna t’Alla tassew għaddietkom.”

Biex juri b’tixbieha li t-​tkeċċija tiegħu tad-​demonji hi evidenza tal-​qawwa tiegħu fuq Satana, Ġesù jgħid: “Kif jistaʼ xi ħadd jinvadi d-​dar taʼ raġel b’saħħtu u jaħtaf l-​affarijiet li jistgħu jitħarrku tiegħu, jekk l-​ewwel ma jorbotx lir-​raġel b’saħħtu? U mbagħad se jisraq mid-​dar tiegħu. Dak li mhux fuq in-​naħa tiegħi huwa kontra tiegħi, u dak li ma jiġborx miegħi jxerred.” Huwa ċar li l-​Fariżej huma kontra Ġesù, u b’hekk juru li huma l-​aġenti taʼ Satana. Huma qegħdin ixerrdu lill-​Iżraeliti ’l bogħod minnu.

Għaldaqstant, Ġesù jwissi lil dawn l-​opponenti sataniċi li “d-​dagħa kontra l-​ispirtu mhux se jinħafer.” Hu jispjega: “Kulmin ilissen kelma kontra Bin il-​bniedem, se jinħafirlu; imma kulmin jitkellem kontra l-​ispirtu qaddis, mhux se jinħafirlu, le, mhux f’din is-​sistema taʼ affarijiet u lanqas f’dik li ġejja.” Dawk l-​iskribi u l-​Fariżej ikkommettew dak id-​dnub li ma jinħafirx billi attribwew b’mod malizzjuż lil Satana dak li jidher ċar li sar bl-​operazzjoni mirakoluża tal-​ispirtu qaddis t’Alla. Mattew 12:​22-32; Mark 3:​19-30; Ġwann 7:5.

▪ It-​tieni dawra taʼ Ġesù kif inhi differenti mill-​ewwel waħda?

▪ Il-​qraba taʼ Ġesù għala jippruvaw jaħtfuh?

▪ Il-​Fariżej kif jippruvaw igiddbu l-​mirakli taʼ Ġesù, u Ġesù kif jiċħad dak li jgħidu?

▪ Taʼ liema ħaġa huma ħatja dawk il-​Fariżej, u għala?

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja