LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • gt kap. 57
  • Mogħdrija għall-Imnikktin

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Mogħdrija għall-Imnikktin
  • L-Aqwa Bniedem li Qatt Għex
  • Materjal Simili
  • Ġesù jfejjaq lil tifla u lil raġel trux
    Ġesù—It-triq, il-verità, u l-ħajja
  • Għandek Int il-“Moħħ taʼ Kristu”?
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2000
  • Kif id-Diżabilità Se Tintemm
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2002
  • “Kristu huwa l-qawwa ta’ Alla”
    Ersaq Qrib Lejn Ġeħova
Ara Iżjed
L-Aqwa Bniedem li Qatt Għex
gt kap. 57

Kapitlu 57

Mogħdrija għall-​Imnikktin

WARA li kkundanna lill-​Fariżej għat-​tradizzjonijiet tagħhom li kienu jservu għalihom infushom, Ġesù jitlaq mad-​dixxipli tiegħu. Mhux wisq qabel, forsi tiftakar, l-​attentat tiegħu biex jitlaq ’il hemm magħhom biex jistrieħ ftit ġie interrott meta xi folol sabuhom. Issa, mad-​dixxipli tiegħu, hu jitlaq lejn ir-​reġjuni taʼ Tir u taʼ Sidon, ħafna mili lejn it-​Tramuntana. Dan mid-​dehra hu l-​uniku vjaġġ li Ġesù jagħmel mad-​dixxipli tiegħu lil hinn mill-​fruntieri taʼ Iżrael.

Wara li jsib dar biex joqgħod fiha, Ġesù jordna li ħadd m’għandu jkun jaf fejn qegħdin. Madankollu, saħansitra f’dan it-​territorju mhux Iżraelit, xi ħadd jinduna bih. Mara Griega, imwielda hawnhekk ġo Feniċja tas-​Sirja, issibu u tibda tittallab: “Ikollok ħniena minni, Mulej, Bin David. Binti indemonjata ferm.” Ġesù, madankollu, ma jgħidx kelma waħda bi tweġiba.

Eventwalment, id-​dixxipli tiegħu jgħidu lil Ġesù: “Ibgħatha ’l hemm; għaliex hi tibqaʼ tgħajjat warajna.” Billi jispjega r-​raġuni tiegħu għala ma tax kasha, Ġesù jgħid: “Ma kont mibgħut ’il quddiem għal ħadd ħlief għan-​ngħaġ mitlufa tad-​dar taʼ Iżrael.”

Madankollu, il-​mara ma ċċedix. Hi tersaq lejn Ġesù u tinxteħet wiċċha fl-​art quddiemu. Hi titlob bil-​ħerqa, “Mulej, għinni!”

Kif bil-​fors li ġiet imqanqla qalb Ġesù bl-​appell ħerqan tal-​mara! Madankollu, hu jerġaʼ jipponta lejn l-​ewwel responsabbiltà tiegħu, biex jimministra lill-​poplu t’Alla taʼ Iżrael. Fl-​istess waqt, mid-​dehra biex jittestja l-​fidi tagħha, hu jsemmi kif il-​Lhud iħarsu bi preġudizzju lejn dawk taʼ nazzjonalitajiet oħra, billi jgħid: “Mhux sewwa li tieħu l-​ħobż tat-​tfal u titfgħu lil klieb żgħar.”

Bit-ton taʼ leħen kollu ħniena tiegħu u bl-​espressjoni taʼ wiċċu, Ġesù ċertament jirrivela s-​sentimenti teneri tiegħu lejn dawk li m’humiex Lhud. Hu saħansitra jrattab il-​paragun tal-​Ġentili maʼ klieb billi jirreferi għalihom bħala “klieb żgħar,” jew ġriewi. Minflok ma tieħu għaliha, il-​mara taċċetta r-​referenza taʼ Ġesù għal preġudizzji Lhud u tagħmel l-​osservazzjoni umli: “Iva, Mulej; imma tabilħaqq il-​klieb iż-​żgħar tassew jieklu mill-​frak li jaqgħu mill-​mejda tas-​sidien tagħhom.”

“O mara, kbira hi l-​fidi tiegħek,” iwieġeb Ġesù. “Ħalli jiġri lilek kif tixtieq.” U hekk jiġri! Meta tmur lura lejn darha, hi ssib lil bintha fuq is-​sodda, imfejqa għalkollox.

Mir-reġjun tal-​kosta taʼ Sidon, Ġesù u d-​dixxipli tiegħu jgħaddu minn ġol-​kampanja, lejn in-​naħa taʼ fuq tal-​ilmijiet tax-​Xmara Ġordan. Huma mid-​dehra jaqsmu l-​Ġordan x’imkien ’il fuq mill-​Baħar tal-​Galilija u jidħlu fir-​reġjun tad-​Dekapolis lejn in-​naħa tal-​Lvant tal-​baħar. Hemmhekk huma jitilgħu fuq muntanja, imma l-​folol isibuhom u lil Ġesù jġibulu z-​zopop, l-​immankati, l-​għomja, u t-​torox tagħhom, u lil ħafna li huma morda u sfigurati xort’oħra. Huma jitfgħuhom b’mod ġust f’saqajn Ġesù, u hu jfejjaqhom. In-​nies jistagħġbu, hekk kif jaraw il-​muti jitkellmu, iz-​zopop jimxu, u l-​għomja jaraw; u huma jfaħħru lil Alla taʼ Iżrael.

Ġesù jagħti attenzjoni speċjali lil wieħed raġel li hu trux u li bil-​kemm jistaʼ jitkellem. It-​torox spiss jimbarazzaw ruħhom faċilment, speċjalment ġo folla. Ġesù jistaʼ jinnota n-​nervi partikulari taʼ dan ir-​raġel. Mela Ġesù b’mogħdrija jneħħih minn ġol-​folla privatament. Meta jkunu waħedhom, Ġesù jindika x’se jagħmel hu għalih. Hu jpoġġi subgħajh f’widnejn ir-​raġel u, wara li jobżoq, imisslu lsienu. Imbagħad, waqt li jħares lejn is-​sema, Ġesù jitniehed profondament u jgħid: “Infetaħ.” Għal dan, il-​qawwiet taʼ smigħ tar-​raġel jiġu rrestawrati, u hu jistaʼ jitkellem b’mod normali.

Meta Ġesù jkun wettaq dan il-​ħafna fejqan, il-​folol iwieġbu b’apprezzament. Huma jgħidu: “Hu għamel l-​affarijiet kollha sewwa. Hu saħansitra jagħmel lit-​torox jisimgħu u lill-​​muti jitkellmu.” Mattew 15:​21-31; Mark 7:​24-37.

▪ Ġesù għala ma jfejjaqx mill-​ewwel lit-​tifla tal-​mara Griega?

▪ Wara dan, Ġesù fejn jeħodhom lid-​dixxipli tiegħu?

▪ Ġesù kif jittrattah b’mogħdrija lir-​raġel trux li bil-​kemm jistaʼ jitkellem?

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja