LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • gt kap. 66
  • Fil-Festa tal-Egħrejjex

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Fil-Festa tal-Egħrejjex
  • L-Aqwa Bniedem li Qatt Għex
  • Materjal Simili
  • F’Ġerusalemm għall-Festa tal-Għerejjex
    Ġesù—It-triq, il-verità, u l-ħajja
  • “Is-Siegħa Tiegħu Kienet Għadha Ma Waslitx”
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2000
  • “Qatt ma kien hawn bniedem ieħor li tkellem bħalu”
    Ġesù—It-triq, il-verità, u l-ħajja
  • Jgħallem waqt vjaġġ lejn Ġerusalemm
    Ġesù—It-triq, il-verità, u l-ħajja
Ara Iżjed
L-Aqwa Bniedem li Qatt Għex
gt kap. 66

Kapitlu 66

Fil-​Festa tal-​Egħrejjex

ĠESÙ sar famuż matul il-​kważi tliet snin mill-​magħmudija tiegħu ’l hawn. Ħafna eluf raw il-​mirakli tiegħu, u rapporti dwar l-​attivitajiet tiegħu xterdu mal-​pajjiż kollu. Issa, hekk kif in-​nies jinġabru għall-​Festa tal-​Egħrejjex f’Ġerusalemm, huma jfittxuh hemmhekk. “Fejn hu dak ir-​raġel?” huma jridu jkunu jafu.

Ġesù sar suġġett taʼ kontroversja. “Huwa raġel tajjeb,” igħidu xi wħud. “M’huwiex, imma hu jqarraq bil-​folla,” igħidu oħrajn. Hemm ħafna diskors taʼ din ix-​xorta minn taħt l-​ilsien matul l-​ewwel ġranet tal-​festa. Iżda ħadd m’għandu l-​kuraġġ li jitkellem fil-​beraħ favur Ġesù. Dan hu għaliex in-​nies jibżgħu li l-​mexxejja Lhud ipattuhielhom.

F’nofs il-​festa jasal Ġesù. Hu jitlaʼ lejn it-​tempju, fejn in-​nies jibqgħu mgħaġġbin bil-​mod meraviljuż li bih huwa jgħallem. Ladarba Ġesù qatt ma mar fl-​iskejjel tar-​Rabbini, il-​Lhud jibdew jistagħġbu: “Dan ir-​raġel kif għandu għarfien tal-​ittri, meta ma studjax fl-​iskejjel?”

“Dak li ngħallem m’huwiex tiegħi,” jispjega Ġesù, “imma jappartjeni lil dak li bagħatni. Jekk xi ħadd jixtieq jagħmel ir-​rieda Tiegħu, se jkun jaf rigward it-​tagħlim jekk hux minn Alla jew jekk nitkellimx minn żniedi.” It-​tagħlim taʼ Ġesù jaqbel ħafna mal-​liġi t’Alla. B’hekk, huwa ovvju li hu qed ifittex il-​glorja t’Alla, mhux tiegħu stess. “Mosè takom il-​Liġi, mhux hekk?” jistaqsi Ġesù. U biex iċanfarhom, hu jgħid: “Ħadd minnkom ma jobdiha l-​Liġi.”

“Għala qegħdin tfittxu biex toqtluni?” jistaqsi mbagħad Ġesù.

In-nies fil-​folla, li x’aktarx huma viżitaturi għall-​festa, ma jafux b’dawn l-​isforzi. Huma jaħsbu li ma jistax ikun li xi ħadd irid joqtol għalliem tal-​għaġeb bħal dan. Għalhekk huma jemmnu li Ġesù mhux f’sikktu biex jaħseb din il-​ħaġa. “Int għandek demonju,” igħidu huma. “Min qed ifittex biex joqtlok?”

Il-mexxejja Lhud iridu li Ġesù jiġi maqtul, saħansitra jekk il-​folla dan ma jirrealizzawhx. Meta Ġesù fejjaq raġel f’jum is-​Sibt sena u nofs qabel, il-​mexxejja ppruvaw joqtluh. Mela Ġesù issa jenfasizza n-​nuqqas taʼ raġuni tagħhom billi jistaqsihom: “Jekk raġel issirlu ċirkonċiżjoni f’jum taʼ sibt sabiex il-​liġi taʼ Mosè tistaʼ ma tinkisirx, intom irrabjati b’mod vjolenti għalija għaliex jien fejjaqt għalkollox lil raġel f’jum taʼ sibt? Ieqfu milli tiġġudikaw minn dak li jidher minn barra, imma ġġudikaw b’ġudizzju taʼ tjieba.”

Xi abitanti taʼ Ġerusalemm, li jafu bis-​sitwazzjoni, issa jgħidu: “Dan hu r-​raġel li qegħdin ifittxu biex joqtlu, mhux hekk? U madankollu, ara! qiegħed jitkellem fil-​pubbliku, u huma ma jgħidulu xejn. Il-​ħakkiema ma sarux jafu fiċ-​ċert li dan huwa l-​Kristu, hux hekk?” Dawn ir-​residenti taʼ Ġerusalemm jispjegaw għala huma ma jemmnux li Ġesù huwa l-​Kristu: “Aħna nafu minfejn hu dan ir-​raġel; madankollu meta l-​Kristu jiġi, ħadd ma għandu jkun jaf minfejn hu.”

Iwieġeb Ġesù: “Intom tafu kemm lili u kemm minfejn jien. Ukoll, jien ma ġejtx minn rajja, imma dak li bagħatni huwa rejali, u intom ma tafuhx. Jien nafu, għaliex jien rappreżentant mingħandu, u Dak bagħatni.” Għal dan huma jippruvaw jaqbduh, forsi biex jitfgħuh fil-​ħabs jew biex joqtluh. Iżda ma jirnexxilhomx għaliex għadu ma wasalx iż-​żmien għal Ġesù biex imut.

Xorta waħda, ħafna jpoġġu l-​fidi f’Ġesù, kif tabilħaqq għandhom jagħmlu. Hu mexa fuq l-​ilma, ikkalma l-​irjieħ, ikkwieta l-​ibħra mqallbin, tema b’mod mirakoluż lil eluf bi ftit ħobż u ħut, fejjaq lill-​morda, liz-​zopop għamilhom jimxu, fetaħ għajnejn il-​għomja, fejjaq lill-​imġiddmin, u saħansitra qajjem lill-​mejtin. Mela huma jistaqsu: “Meta l-​Kristu jasal, hu mhux se jwettaq iktar sinjali milli wettaq dan ir-​raġel, hux hekk?”

Meta l-​Fariżej jisimgħu lill-​folla jgħidu dawn l-​affarijiet minn taħt l-​ilsien, huma u l-​qassisin ewlenin jibagħtu lil xi uffiċjali biex jarrestaw lil Ġesù. Ġwann 7:11-32.

▪ Ġesù meta jasal għall-​festa, u x’qed igħidu n-​nies dwaru?

▪ Għala jistaʼ jkun li xi wħud igħidu li Ġesù għandu demonju?

▪ Xi abitanti taʼ Ġerusalemm x’opinjoni għandhom dwar Ġesù?

▪ Għala ħafna jpoġġu fidi f’Ġesù?

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja