LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • gt kap. 83
  • Mistieden Minn Fariżew

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Mistieden Minn Fariżew
  • L-Aqwa Bniedem li Qatt Għex
  • Materjal Simili
  • Stediniet għal ikla—⁠Alla lil min jistieden?
    Ġesù—It-triq, il-verità, u l-ħajja
  • Tixbieha tal-Festa tat-Tieġ
    L-Aqwa Bniedem li Qatt Għex
  • Int Dejjem Trid Tkun l-Ewwel?
    Tgħallem mill-Għalliem il-Kbir
  • Ikla sempliċi tgħallimna ħafna dwar Sultan tas-sema
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova (Studju)—2019
Ara Iżjed
L-Aqwa Bniedem li Qatt Għex
gt kap. 83

Kapitlu 83

Mistieden Minn Fariżew

ĠESÙ għadu fid-​dar taʼ Fariżew prominenti u għadu kif fejjaq raġel li kien ibati minn idropsija. Waqt li josserva lil mistednin oħra jagħżlu postijiet prominenti għall-​ikla, hu jgħallem lezzjoni f’dik li hi umiltà.

“Meta tkun mistieden minn xi ħadd għal xi festa taż-​żwieġ,” Ġesù mbagħad jispjega, “timteddx fl-​iktar post prominenti. Forsi xi ħadd iktar distint minnek jistaʼ dak iż-​żmien ikun ġie mistieden minnu, u dak li stieden lilek u lilu se jiġi jgħidlek, ‘Ħa jieħdu dan ir-​raġel il-​post.’ U mbagħad int se titlaq bil-​mistħija biex tokkupa l-​iktar post baxx.”

Mela Ġesù jagħti parir: “Meta tkun mistieden, mur u oqgħod bil-​qiegħda fl-​iktar post baxx, biex meta r-​raġel li stiednek jiġi hu se jgħidlek, ‘Ħabib, itlaʼ iktar ’il fuq.’ Imbagħad int se jkollok unur quddiem il-​mistednin kollha sħabek.” Billi jikkonkludi, Ġesù jgħid: “Għax kulmin igħolli lilu nnifsu se jiġi umiljat u dak li jumilja lilu nnifsu se jiġi mgħolli.”

Wara dan, Ġesù jindirizza lill-​Fariżew li stiednu u jiddeskrivi kif wieħed għandu jagħmel ikla u jkollu mertu veru quddiem Alla. “Meta tagħmel pranzu jew ikla taʼ fil-​għaxija, issejjaħx lil ħbiebek jew lil ħutek jew lil qrabatek jew lil ġirien għonja. Forsi xi darba huma jistgħu wkoll jistednuk lura u dan isir bħala ħlas lura lilek. Imma meta tagħmel festa, stieden nies foqra, magħtubin, zopop, għomja; u int se tkun ferħan, għaliex huma m’għandhom xejn biex ipattulek.”

Li jipprovdi ikla bħal din għal dawk sfortunati se jġib ferħ lil dak li jipprovdiha għaliex, bħalma Ġesù jispjega lil dak li stiednu, “Se jitpatta lilek fl-​irxoxt tat-​twajbin.” Il-​mod kif Ġesù ddeskriva din l-​ikla li għandha mertu jfakkar lil mistieden ieħor dwar ikla taʼ xorta oħra. “Hieni hu min jiekol il-​ħobż fis-​saltna t’Alla,” jgħid dan il-​mistieden. Madankollu, mhux kulħadd japprezza b’mod xieraq dak il-​prospett hieni, bħalma Ġesù jissokta juri permezz taʼ tixbieha.

“Ċertu raġel kien qed jagħmel ikla kbira taʼ fil-​għaxija, u hu stieden lil ħafna. U bagħat lill-​irsir tiegħu . . . biex igħid lill-​mistednin, ‘Ejjew, għaliex l-​affarijiet huma lesti issa.’ Imma lkoll kemm huma bdew iġibu l-​iskużi. L-​ewwel wieħed qallu, ‘Xtrajt għalqa u għandi bżonn noħroġ u naraha; nitolbok, Skużani.’ U ieħor qal, ‘Xtrajt ħames pari baqar u sejjer biex neżaminahom; nitolbok, Skużani.’ Jerġaʼ ieħor qal, ‘Għadni kif iżżewwiġt mara u għal din ir-​raġuni ma nistax niġi.’”

Xi skużi fjakki! Għalqa jew baqar jiġu normalment eżaminati qabel ma jinxtraw, u għalhekk ma teżisti ebda urġenza vera biex wieħed jispezzjonahom wara. Bl-​istess mod, iż-​żwieġ taʼ wieħed m’għandux iżommu milli jaċċetta stedina importanti bħal din. Mela meta jismaʼ dwar dawn l-​iskużi, l-​imgħallem isir irrabjat u jikkmanda lill-​irsir tiegħu:

“‘Oħroġ malajr ġot-​toroq wesgħin u ġol-​isqaqijiet tal-​belt, u ġib hawn ġew il-​foqra u l-​magħtubin u l-​għomja u z-​zopop.’ Maż-​żmien l-​irsir qal, ‘Sidi, dak li ordnajt int sar, u madankollu għad hemm il-​wisgħa.’ U s-​sid qal lill-​irsir, ‘Oħroġ ġot-​toroq u ġol-​postijiet imdawrin biċ-​ċnut, u ġegħilhom jidħlu, biex dari forsi timtela. . . . Ħadd minn dawk l-​irġiel li kienu mistednin ma se jduq mill-​ikla tiegħi taʼ fil-​għaxija.’”

It-tixbieha liema sitwazzjoni tiddeskrivi? Sewwa, “is-​sid” li qed jipprovdi l-​ikla jirrappreżenta lil Alla Jehovah; “l-​irsir” li qed jestendi l-​istedina, Ġesù Kristu; u l-​“ikla kbira taʼ fil-​għaxija,” l-​opportunitajiet biex wieħed ikun fil-​linja għas-​Saltna tas-​smewwiet.

Dawk l-​ewwel li rċevew l-​istedina biex jidħlu fil-​linja għas-​Saltna kienu, fuq l-​oħrajn kollha, il-​mexxejja reliġjużi Lhud taʼ żmien Ġesù. Madankollu, huma rrifjutaw l-​istedina. B’hekk, billi bdiet b’mod partikulari nhar Pentekoste tas-​sena 33 E.K., it-​tieni stedina kienet estiża lil dawk umlin u mżebilħin tal-​ġens Lhudi. Imma ma kienx hemm nies biżżejjed li wieġbu biex jimlew il-​144,000 post fis-​Saltna tas-​sema t’Alla. Mela fis-​sena 36 E.K., tliet snin u nofs wara, it-​tielet u l-​aħħar stedina kienet estiża lil nies li ma kinux Lhud u li ma kinux ċirkonċiżi, u l-​ġbir taʼ wħud bħal dawn kompla sa żmienna. Luqa 14:​1-24.

▪ Ġesù jgħallem liema lezzjoni f’dik li hi umiltà?

▪ Wieħed li jistieden kif jistaʼ jipprovdi ikla li jkollha mertu quddiem Alla, u din għala se ġġiblu l-​ferħ?

▪ L-​iskużi tal-​mistednin għala huma fjakki?

▪ X’inhu rrappreżentat mit-​tixbieha taʼ Ġesù dwar l-​“ikla kbira taʼ fil-​għaxija”?

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja