LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • gt kap. 123
  • “Ħares! Ir-Raġel!”

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • “Ħares! Ir-Raġel!”
  • L-Aqwa Bniedem li Qatt Għex
  • Materjal Simili
  • Pilatu jgħid: “Ara! Ir-raġel!”
    Ġesù—It-triq, il-verità, u l-ħajja
  • Min Kien Ponzju Pilatu?
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2005
  • Mingħand Pilatu għal għand Erodi u Lura għal Darb’Oħra
    L-Aqwa Bniedem li Qatt Għex
  • Mogħti f’Idejn Ħaddieħor u Meħud ’il Hemm
    L-Aqwa Bniedem li Qatt Għex
Ara Iżjed
L-Aqwa Bniedem li Qatt Għex
gt kap. 123

Kapitlu 123

“Ħares! Ir-​Raġel!”

BILLI jiġi impressjonat bl-​imġieba taʼ Ġesù u billi jirrikonoxxi l-​innoċenza tiegħu, Pilatu jipprova mod ieħor kif jeħilsu. “Intom għandkom drawwa,” hu jgħid lill-​folol, “li jien għandi neħlesilkom raġel fil-​qbiż.”

Barabba, qattiel magħruf, ukoll qed jinżamm bħala priġunier, u għalhekk Pilatu jistaqsi: “Liema wieħed triduni neħlesilkom, lil Barabba jew lil Ġesù l-​hekk imsejjaħ Kristu?”

Ipperswaduti mill-​qassisin ewlenin li qanqluhom, in-​nies jitolbu biex Barabba jiġi meħlus imma biex Ġesù jiġi maqtul. Billi ma jaqtax qalbu, Pilatu jwieġeb, billi jerġaʼ jistaqsi: “Liema mit-​tnejn triduni neħlesilkom?”

“Lil Barabba,” igħajtu huma.

“X’se nagħmel, mela, b’Ġesù l-​hekk imsejjaħ Kristu?” jistaqsi Pilatu skuraġġit.

B’għajta waħda li ttarrax, huma jwieġbu: “Ħallih jissammar maʼ zokk!” “Sammru maʼ zokk! Sammru maʼ zokk!”

Billi jaf li qed jitolbu l-​mewt taʼ bniedem innoċenti, Pilatu jappella: “Għala, liema ħaġa ħażina għamel dan ir-​raġel? Jien ma sibt xejn fih li jistħoqqlu l-​mewt; għalhekk se nikkastigah bis-​swat u neħilsu.”

Minkejja l-​attentati tiegħu, il-​folla rrabjata, imxewxin mill-​mexxejja reliġjużi tagħhom, jibqgħu jwerżqu: “Ħallih jissammar maʼ zokk!” Billi ġiet imġenna mill-​qassisin, il-​folla trid id-​demm. U meta toqgħod taħseb, ħamest ijiem biss qabel, xi wħud minnhom kienu x’aktarx fost dawk li taw merħba lil Ġesù meta daħal f’Ġerusalemm bħala Sultan! Sadanittant, id-​dixxipli taʼ Ġesù, jekk huma preżenti, jibqgħu siekta u moħbijin.

Pilatu, billi jara li l-​appelli tiegħu ma huma qed jagħmlu ebda ġid imma, minflok, li qed titqanqal rewwixta, jieħu l-​ilma u jaħsel idejh quddiem il-​folla, u jgħid: “Jien innoċenti mid-​demm taʼ dan ir-​raġel. Intom infuskom tridu tieħdu ħsieb.” Għal dan, in-​nies iwieġbu: “Demmu jiġi fuqna u fuq uliedna.”

Mela, fi qbil mat-​talbiet tagħhom​—u billi jixtieq li jissodisfa lill-​folla iktar milli jagħmel dak li jaf li hu sewwa​—Pilatu jeħlesilhom lil Barabba. Hu jieħu lil Ġesù u jġigħelhom ineżżgħuh u mbagħad jifflaġellawh. Dan ma kienx xi swat ordinarju. The Journal of the American Medical Association jiddeskrivi d-​drawwa Rumana tal-​ifflaġellar:

“L-​istrument normali kien frosta qasira (lenza jew flaġell) b’diversi strixxi tal-​ġild minsuġin jew waħda waħda taʼ tulijiet differenti, li fihom blalen żgħar tal-​ħadid jew biċċiet li jaqtgħu taʼ għadam tan-​ngħaġ kienu marbutin bi spazju bejniethom. . . . Hekk kif is-​suldati Rumani kienu jolqtu ripetutament id-​dahar tal-​vittma bil-​forza kollha, il-​blalen tal-​ħadid kienu jikkaġunaw tbenġil profond, u l-​istrixxi tal-​ġild u l-​għadam tan-​ngħaġ kienu jidħlu fil-​ġilda u fit-​tessuti taʼ taħt il-​ġilda. Imbagħad, hekk kif is-​swat kien ikompli, it-​tiċrit kien jippenetra fil-​muskoli skeletali taʼ taħt u jipproduċi strixxi mxenglin taʼ laħam kollu dmija.”

Wara dan is-​swat kollu torturi, Ġesù jittieħed ġewwa l-​palazz tal-​gvernatur, u l-​ġemgħa kollha taʼ suldati tiġi miġbura flimkien. Hemm is-​suldati jgezzu fuqu iktar abbuż billi jinsġu kuruna tax-​xewk u jimbottawha ’l isfel fuq rasu. Huma jpoġġu qasba f’idu l-​leminija, u jlibbsuh libsa vjola, it-​tip li tintlibes minn nies irjali. Imbagħad huma jgħidulu bi tmaqdir: “Il-​jum it-​tajjeb, ja Sultan tal-​Lhud!” Ukoll, huma jobżqulu u jagħtuh bil-​ħarta f’wiċċu. Billi jieħdu l-​qasba iebsa minn idu, huma jużawha biex jagħtuh daqqiet fuq rasu, u b’hekk idaħħlu saħansitra iktar fil-​qorriegħa tiegħu x-​xewk ippuntat tal-​“kuruna” umiljanti tiegħu.

Id-dinjità u s-​saħħa tal-​għaġeb taʼ Ġesù quddiem dan it-​trattament ħażin tant jimpressjonaw lil Pilatu li jiġi mqanqal biex jagħmel attentat ieħor biex jifdih. “Ara! Noħroġulkom barra sabiex tkunu tafu li jien ma nsib ebda ħtija fih,” hu jgħid lill-​folol. Forsi hu jimmaġina li d-​dehra tal-​qagħda ttorturata taʼ Ġesù se trattabilhom qlubhom. Waqt li Ġesù joqgħod bil-​wieqfa quddiem il-​marmalja bla qalb, liebes il-​kuruna tax-​xewk u l-​libsa taʼ fuq vjola u b’wiċċu kollu dmija u mqarras bl-​uġigħ, Pilatu jipproklama: “Ħares! Ir-​raġel!”

Għalkemm imbenġel u mfarrak, hawnhekk hawn bil-​wieqfa l-​figura li tispikka l-​iktar tal-​istorja kollha, verament l-​aqwa bniedem li qatt għex! Iva, Ġesù juri dinjità siekta u kalma li jindikaw kobor li saħansitra Pilatu jrid jirrikonoxxi, għax il-​kelmiet tiegħu huma mid-​dehra taħlita kemm taʼ rispett u kemm taʼ ħasra. Ġwann 18:39–19:5; Mattew 27:​15-17, 20-30; Mark 15:​6-19; Luqa 23:​18-25.

▪ Pilatu b’liema mod jipprova biex Ġesù jiġi meħlus?

▪ Pilatu kif jipprova jeħles lilu nnifsu minn kull responsabbiltà?

▪ X’inhu involut f’li wieħed jiġi fflaġellat?

▪ Ġesù kif jiġi mwaqqaʼ għaċ-​ċajt wara li jiġi fflaġellat?

▪ Pilatu liema attentat ieħor jagħmel biex jeħles lil Ġesù?

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja