LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • pr sezzjoni 6 pp. 22-25
  • Għala Daqstant Sofferenza u Inġustizzja?

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Għala Daqstant Sofferenza u Inġustizzja?
  • X’Inhu l-Iskop tal-Ħajja? Kif Tista’ Ssibu?
  • Sottitli
  • Materjal Simili
  • Eżempju
  • X’Mar Ħażin
  • Għala Dan iż-​Żmien Kollu?
  • Alla Dalwaqt Jindaħal
  • Iż-Żmien Meta Alla Mhux Se Jippermetti Iktar is-Sofferenza Qed Joqrob
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2001
  • It-Tbatija Kollha Dalwaqt Se Tispiċċa!
    It-Tbatija Kollha Dalwaqt se Tispiċċa!
  • X’Kien ir-​Riżultat tal-​Irvell?
    Veru li Alla Jimpurtah Minna?
  • Għala Alla Ħalliena Nsofru
    Veru li Alla Jimpurtah Minna?
Ara Iżjed
X’Inhu l-Iskop tal-Ħajja? Kif Tista’ Ssibu?
pr sezzjoni 6 pp. 22-25

Sezzjoni 6

Għala Daqstant Sofferenza u Inġustizzja?

1, 2. Meta wieħed iqis l-​esperjenza umana, liema mistoqsijiet jistgħu jitqajmu?

1 Madankollu, jekk l-​Esseri Suprem kellu l-​iskop li nies perfetti jgħixu fuq l-​art għal dejjem fost kundizzjonijiet taʼ ġenna tal-​art u jekk dak għadu l-​iskop tiegħu, għala ma hemm ebda ġenna tal-​art issa? Għala, minflok, ilu l-​bniedem iġarrab tant sekli taʼ sofferenza u inġustizzja?

2 Bla dubju, l-​istorja umana hi mimlija b’miżerja kkaġunata minn gwerer, konkwisti imperjalistiċi, sfruttamenti, inġustizzji, faqar, diżastri, mard, u mewt. Għala ġraw tant affarijiet ħżiena lil tant vittmi innoċenti? Jekk Alla jistaʼ kollox, għala ppermetta dan l-​ammont enormi taʼ sofferenza għal eluf taʼ snin? Ladarba Alla ddisinnja u għamel l-​univers b’tant ordni, għala ħalla d-​diżordni u l-​qerda fuq l-​art?

Eżempju

3-5. (a) Liema tixbieha tistaʼ tgħinna biex nifhmu għala Alla taʼ ordni jippermetti d-​diżordni fuq l-​art? (b) Liema minn diversi alternattivi taqbel mas-​sitwazzjoni rigward l-​art?

3 Ejjew nużaw eżempju biex nagħtu stampa taʼ għala Alla taʼ ordni jħalli d-​diżordni fuq l-​art. Immaġina, jekk jogħġbok, li int miexi f’foresta u tiltaqaʼ maʼ dar. Hekk kif tispezzjona d-​dar, issib li tinsab żdingata. It-​twieqi mkissrin, is-​saqaf għandu ħsara kbira, il-​portiku tal-​injam mimli toqob, il-​bieb imdendel fuq ċappetta waħda, u l-​pajpijiet tal-​ilma miżdudin.

4 Iffaċċjat b’dawn id-​difetti kollha, sejjer int tikkonkludi li ebda disinnjatur intelliġenti ma setaʼ possibilment iddisinnja dik id-​dar? Dak l-​iżdingar jikkonvinċik li kien biss b’kumbinazzjoni li saret dik id-​dar? Jew jekk tikkonkludi li xi ħadd fil-​fatt iddisinnjaha u bnieha, tħoss int li dan mhux xi wieħed tas-​sengħa u li hu wieħed li ma jaħsibhomx?

5 Meta int teżamina iktar bir-​reqqa l-​istruttura, tara li oriġinalment kienet mibnija sewwa u tagħti evidenza taʼ ħsieb bil-​għaqal. Imma issa ġiet sempliċement abbandunata u riesqa lejn ir-​rovina. X’jistgħu jindikaw id-​difetti u l-​problemi? Jistgħu jissuġġerixxu li (1) is-​sid miet; (2) hu bennej taʼ kapaċità imma m’għadux iktar interessat f’dik id-​dar; jew (3) hu kera temporanjament il-​propjetà tiegħu lil xi inkwilini li ma wrewx apprezzament. Din tal-​aħħar hija simili għas-​sitwazzjoni rigward din l-​art.

X’Mar Ħażin

6, 7. Xi ġralhom Adam u Eva meta kisru l-​liġi t’Alla?

6 Mill-​kitba bikrija tal-​Bibbja, nitgħallmu li ma kienx l-​iskop t’Alla għan-​nies li jsofru u jmutu. L-​ewwel ġenituri tagħna, Adam u Eva, mietu biss għaliex m’obdewx lil Alla. (Ġenesi, kapitli 2 u 3) Meta m’obdewx, ma kinux iktar qegħdin jagħmlu r-​rieda t’Alla. Huma rtiraw minn taħt il-​ħarsien t’Alla. Effettivament, huma skonnettjaw ruħhom minn maʼ Alla, “[i]s-sors tal-​ħajja.”​—Salm 36:9.

7 Bħal magna li tibda tbatti u tieqaf meta tiġi skonnettjata minn mas-​sors tal-​enerġija tagħha, l-​iġsma u l-​imħuħ tagħhom bdew jiddeġeneraw. Bħala riżultat, Adam u Eva ddeterjoraw, xjaħu, u eventwalment mietu. Imbagħad x’ġara? Marru lura minfejn ġew: “Trab int u lejn it-​trab se terġaʼ lura.” Alla kien wissiehom li l-​mewt kellha tkun il-​konsegwenza tad-​diżubbidjenza lejn il-​liġijiet tiegħu: “Int żgur li se tmut.”​—Ġenesi 2:17; 3:19.

8. Id-​dnub tal-​ewwel ġenituri tagħna kif effettwaha lill-​familja umana?

8 Mhux biss mietu l-​ewwel ġenituri tagħna imma d-​dixxendenti kollha tagħhom, ir-​razza umana kollha kemm hi, ukoll saru suġġetti għall-​mewt. Għala? Għaliex skond il-​liġijiet tal-​ġenetika, l-​ulied jirtu l-​karatteristiċi tal-​ġenituri tagħhom. U dak li wirtu l-​ulied kollha tal-​ewwel ġenituri tagħna kien l-​imperfezzjoni u l-​mewt. Rumani 5:12 igħidilna: “Permezz taʼ bniedem wieħed [Adam, il-​missier tal-​qedem tal-​bnedmin] id-​dnub daħal fid-​dinja u l-​mewt permezz tad-​dnub, u b’hekk il-​mewt infirxet fuq il-​bnedmin kollha għaliex kollha kienu dinbu [billi wirtu l-​imperfezzjoni, jiġifieri, tendenzi midinbin].” U ladarba d-​dnub, l-​imperfezzjoni, u l-​mewt huma l-​uniċi affarijiet li jafu n-​nies, xi wħud iqisuhom bħala naturali u inevitabbli. Madankollu, il-​bnedmin oriġinali kienu maħluqin bil-​kapaċità u x-​xewqa li jgħixu għal dejjem. Hu għalhekk li ħafna nies huma tant frustrati bil-​prospett taʼ li ħajjithom se tintemm bil-​mewt.

Għala Dan iż-​Żmien Kollu?

9. Alla għala ppermetta s-​sofferenza li ddum għal tant żmien?

9 Alla għala ppermetta lill-​bnedmin li tgħaddi tagħhom għal tant żmien? Għala ppermetta s-​sofferenza li teżisti għal dawn il-​bosta sekli kollha? Raġuni vitali waħda hi li tqajmet kwistjoni importanti ferm: Min għandu d-​dritt li jaħkem? Għandu Alla jkun il-​Ħakkiem tal-​bnedmin, jew setgħu jaħkmu huma stess b’suċċess mingħajru?

10. Liema abbiltà ngħatat lill-​bnedmin, u b’liema responsabbiltà?

10 Il-​bnedmin inħalqu b’rieda ħielsa, jiġifieri, bl-​abbiltà tal-​għażla. Ma ntgħamlux bħal xi robot jew bħall-​annimali, li huma ggwidati prinċipalment mill-​istint. Mela l-​bnedmin jistgħu jagħżlu huma lil min se jaqdu. (Dewteronomju 30:19; 2 Korintin 3:17) B’hekk, il-​Kelma t’Alla tagħti l-​parir: “Kunu bħala nies liberi, u madankollu billi żżommu l-​libertà tagħkom, mhux bħala għata għall-​ħażen, imma bħala rsiera t’Alla.” (1 Pietru 2:16) Madankollu, waqt li l-​bnedmin għandhom il-​għotja tal-​għaġeb tal-​libertà tal-​għażla, iridu jaċċettaw il-​konsegwenzi taʼ dak li jagħżlu li jagħmlu.

11. Liema jkun l-​uniku mod biex tkun taf jekk korsa indipendenti minn Alla tistax tkun taʼ suċċess?

11 L-​ewwel ġenituri tagħna għamlu l-​għażla żbaljata. Għażlu l-​korsa taʼ indipendenza minn Alla. Veru, Alla setaʼ qatel immedjatament lill-​ewwel koppja ribelluża wara li huma wżaw ħażin ir-​rieda ħielsa tagħhom. Imma dak ma kienx ikun wieġeb il-​mistoqsija rigward id-​dritt t’Alla li jaħkem fuq il-​bnedmin. Ladarba l-​ewwel par riedu l-​indipendenza minn Alla, trid tiġi mwieġba l-​mistoqsija: Tistaʼ dik il-​korsa tirriżulta f’ħajja hienja taʼ suċċess? L-​uniku mod kif tinstab it-​tweġiba kien billi l-​ewwel ġenituri tagħna u n-​nisel tagħhom jitħallew imorru għal rashom, ladarba dik kienet il-​għażla tagħhom. Iż-​żmien kellu jagħti parir dwar jekk il-​bnedmin inħalqux biex jiksbu suċċess f’li jaħkmu huma stess indipendentement mill-​Ħallieq tagħhom.

12. Ġeremija kif qiesha l-​ħakma umana, u dan għala hu hekk?

12 Il-​kittieb tal-​Bibbja Ġeremija kien jaf x’kellu jkun ir-​riżultat. Immexxi mill-​ispirtu qaddis u setgħani t’Alla, jew il-​forza attiva, hu kiteb b’verità: “Jien naf sewwa, O Jehovah, li għall-​bniedem tal-​art il-​mogħdija tiegħu ma tappartjenix lilu. Ma jappartjenix lill-​bniedem li miexi saħansitra li jidderieġi l-​pass tiegħu. Ikkorreġini, O Jehovah.” (Ġeremija 10:​23, 24) Hu kien jaf li l-​bnedmin iridu jkollhom il-​gwida tal-​għerf tas-​sema. Għala? Sempliċement għaliex Alla ma ħalaqx lill-​bnedmin biex jiksbu suċċess apparti mill-​gwida tiegħu.

13. Ir-​riżultati taʼ eluf taʼ snin taʼ ħakma umana xi wrew bla ebda dubju?

13 Ir-​riżultati taʼ eluf taʼ snin taʼ ħakma umana juru bla ebda dubju li m’huwiex għall-​bnedmin li jidderieġu l-​affarijiet tagħhom stess apparti mill-​Ħallieq tagħhom. Billi pprovaw jagħmlu dan, huma biss jaħtu għar-​riżultati katastrofiċi. Il-​Bibbja tagħmilha ċara: “Il-​Blata [Alla], perfetta hi l-​attività tiegħu, għax il-​mogħdijiet tiegħu kollha huma ġustizzja. Alla taʼ fedeltà, li miegħu m’hemm ebda inġustizzja; twajjeb u dritt hu. Huma aġixxew b’mod li jġib rovina min-​naħa tagħhom; m’humiex it-​tfal tiegħu, id-​difett hu tagħhom stess.”​—Dewteronomju 32:​4, 5.

Alla Dalwaqt Jindaħal

14. Alla għala mhux se jdum wisq iktar ma jindaħal fl-​affarijiet umani?

14 Billi ppermetta turija biżżejjed tal-​falliment tal-​ħakma umana matul sekli sħaħ taʼ żmien, Alla jistaʼ issa jissokta jindaħal fl-​affarijiet umani u jġib waqfien għas-​sofferenza, in-​niket, il-​mard, u l-​mewt. Billi ppermetta li l-​bnedmin jilħqu l-​quċċata tal-​akkwisti tagħhom fix-​xjenza, fl-​industrija, fil-​mediċina, u f’oqsma oħrajn, ma hemmx iktar ħtieġa li Alla jħalli iktar sekli taʼ żmien biex il-​bnedmin indipendenti mill-​Ħallieq tagħhom juru jekk humiex kapaċi joħolqu dinja taʼ paċi, bħal ġenna tal-​art. La rnexxielhom u lanqas ma se jirnexxilhom. L-​indipendenza minn Alla rriżultat f’dinja li hi tassew kerha, li hi mimlija mibgħeda, u li ġġib il-​mewt.

15. Liema parir tal-​Bibbja nagħmlu sew li nagħtu kasu?

15 Waqt li kien hemm ħakkiema sinċieri li xtaqu jgħinu lill-​bnedmin, l-​isforzi tagħhom ma rnexxewx. Kullimkien illum hemm evidenza taʼ tifrik fil-​ħakma umana. Hu għalhekk li l-​Bibbja tagħti l-​parir: “Tpoġġux il-​fiduċja tagħkom fin-​nobbli, lanqas f’bin il-​bniedem tal-​art, li lilu ma tappartjeni ebda salvazzjoni.”​—Salm 146:3.

[Stampa f’paġna 24, 25]

Anki ħakkiema dinjin sinċieri ma kinux kapaċi jġibu dinja taʼ paċi, bħal ġenna tal-​art

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja