LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • rq lezzjoni 11 pp. 22-23
  • Twemmin u Drawwiet Li Ma Jogħġbux Lil Alla

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Twemmin u Drawwiet Li Ma Jogħġbux Lil Alla
  • Alla X’Jirrikjedi Minna?
  • Materjal Simili
  • Agħżel li tqim lil Alla
    X’nistgħu nitgħallmu mill-Bibbja?
  • Ix-Xhieda ta’ Ġeħova Għala Ma Jiċċelebrawx l-Għid?
    Mistoqsijiet Komuni dwar ix-Xhieda taʼ Ġeħova
  • Iċ-ċelebrazzjonijiet—Kollha jogħġbuh lil Alla?
    Kif tibqa’ fl-imħabba t’Alla
  • Ċelebrazzjonijiet li Ma Jogħġbux lil Alla
    “Żommu Ruħkom fl-Imħabba t’Alla”
Ara Iżjed
Alla X’Jirrikjedi Minna?
rq lezzjoni 11 pp. 22-23

Lezzjoni Nru. 11

Twemmin u Drawwiet Li Ma Jogħġbux Lil Alla

Liema tipi taʼ twemmin u drawwiet huma ħżiena? (1)

Għandhom il-​Kristjani jemmnu li Alla hu Trinità? (2)

Il-​veri Kristjani għala ma jiċċelebrawx il-​Milied, l-​Għid, jew għeluq sninhom? (3, 4)

Jistgħu l-​mejtin jagħmlu ħsara lill-​ħajjin? (5)

Ġesù fuq salib miet? (6)

Kemm huwa importanti li nogħġbu ’l Alla? (7)

1. Mhux it-​twemmin u d-​drawwiet kollha huma ħżiena. Imma Alla ma japprovahomx jekk jiġu minn reliġjon falza jew huma kontra t-​tagħlim tal-​Bibbja.—Mattew 15:6.

2. It-​Trinità: Huwa Jehovah xi Trinità—tliet persuni f’Alla wieħed? Le! Jehovah, il-​Missier, hu ‘Alla waħdu veru.’ (Ġwann 17:3; Mark 12:29) Ġesù hu l-​Iben l-​ewwel imwieled Tiegħu, u hu suġġett lejn Alla. (1 Korintin 11:3) Il-​Missier hu akbar mill-​Iben. (Ġwann 14:28) L-​ispirtu qaddis m’huwiex persuna; huwa l-​forza attiva t’Alla.—Ġenesi 1:2; Atti 2:18.

3. Il-​Milied u l-​Għid: Ġesù ma twelidx fil-​25 taʼ Diċembru. Twieled bejn wieħed u ieħor fl-​ewwel t’Ottubru, fi żmien tas-​sena meta r-​rgħajja kienu jżommu l-​merħliet tagħhom barra matul il-​lejl. (Luqa 2:8-12) Ġesù qatt ma kkmanda lill-​Kristjani biex jiċċelebraw it-​twelid tiegħu. Minflok, qal lid-​dixxipli biex jikkommemoraw, jew jiftakru, il-​mewt tiegħu. (Luqa 22:19, 20) Il-​Milied u d-​drawwiet marbutin miegħu ġejjin minn reliġjonijiet foloz tal-​qedem. L-​istess nistgħu ngħidu dwar id-​drawwiet marbutin maʼ l-​Għid, bħall-​użu tal-​bajd u l-​fniek. Il-​Kristjani bikrin ma kinux jiċċelebraw il-​Milied jew l-​Għid, u lanqas il-​veri Kristjani llum.

4. Jum Għeluq is-​Snin: L-​uniċi żewġ ċelebrazzjonijiet t’għeluq is-​snin li dwarhom titkellem il-​Bibbja kienu ċċelebrati minn persuni li ma kinux iqimu lil Jehovah. (Ġenesi 40:20-22; Mark 6:21, 22, 24-27) Il-​Kristjani bikrin ma kinux jiċċelebraw għeluq sninhom. Id-​drawwa taʼ li wieħed jiċċelebra għeluq sninu ġejja minn reliġjonijiet foloz tal-​qedem. Il-​veri Kristjani jagħtu r-​rigali u jieħdu pjaċir flimkien f’okkażjonijiet oħrajn matul is-​sena.

5. Il-​Biżaʼ mill-​Mejtin: Il-​mejtin ma jistgħu jagħmlu jew iħossu xejn. Aħna ma nistgħux ngħinuhom, u huma ma jistgħux iweġġgħuna. (Salm 146:4; Koħèlet 9:5, 10) Ir-​ruħ tmut; ma tibqax tgħix wara l-​mewt. (Eżekjel 18:4, KŻ) Imma xi kultant anġli mill-​agħar, imsejħin demonji, jagħmlu taʼ bir-​ruħhom li huma spirti tal-​mejtin. Kwalunkwe drawwa li għandha x’taqsam mal-​biżaʼ jew mal-​qima tal-​mejtin hi ħażina.—Isaija 8:19, Saydon.

6. Is-​Salib: Ġesù ma mietx fuq salib. Hu miet fuq arblu, jew zokk. Il-​kelma Griega tradotta “salib” f’ħafna Bibbji kienet tfisser biss biċċa njama waħda. Is-​simbolu tas-​salib ġej minn reliġjonijiet foloz tal-​qedem. Is-​salib ma kienx użat jew meqjum mill-​Kristjani bikrin. Għalhekk, taħseb int li tkun ħaġa sewwa li tuża xi salib fil-​qima?—Dewteronomju 7:26; 1 Korintin 10:14.

7. Jistaʼ jkun diffiċli ferm biex tabbanduna xi wħud minn dan it-​twemmin u dawn id-​drawwiet. Xi qraba u ħbieb forsi jipprovaw jikkonvinċuk biex ma tbiddilx twemminek. Imma li togħġob ’l Alla huwa iktar importanti milli togħġob lill-​bnedmin.—Proverbji 29:25; Mattew 10:36, 37.

[Stampa f’paġna 22]

Alla m’huwiex Trinità

[Stampa f’paġna 23]

Il-​Milied u l-​Għid ġejjin minn reliġjonijiet foloz tal-​qedem

[Stampa f’paġna 23]

M’hemm ebda raġuni għala tqim lill-​mejtin jew tibżaʼ minnhom

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja