LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • be studju 28 p. 179-p. 180 para. 8
  • Stil Konversazzjonali

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Stil Konversazzjonali
  • Ibbenefika mill-Edukazzjoni tal-Iskola tal-Ministeru Teokratiku
  • Materjal Simili
  • Kif Wieħed Ikun Naturali
    Ibbenefika mill-Edukazzjoni tal-Iskola tal-Ministeru Teokratiku
  • Kun naturali
    Irsisti fil-qari u t-tagħlim
  • Taħdita Mogħtija b’Mod Fluwenti
    Ibbenefika mill-Edukazzjoni tal-Iskola tal-Ministeru Teokratiku
  • Għidu Dak li “Hu Tajjeb Biex Jibni”
    “Żommu Ruħkom fl-Imħabba t’Alla”
Ara Iżjed
Ibbenefika mill-Edukazzjoni tal-Iskola tal-Ministeru Teokratiku
be studju 28 p. 179-p. 180 para. 8

STUDJU 28

Stil Konversazzjonali

X’hemm bżonn tagħmel?

Tkellem bħalma titkellem fil-​konversazzjonijiet taʼ kuljum imma b’mod adattat għall-​udjenza tiegħek.

Għala importanti?

Stil konversazzjonali xieraq fil-​kliem jagħmel lill-​ udjenza tiegħek tħossha komda u jgħinha taċċetta dak li tgħid.

IN-​NIES ġeneralment iħossuhom rilassati meta jitkellmu maʼ sħabhom. Dak li jgħidu jkun spontanju. Xi individwi huma vivaċi; oħrajn huma iktar riservati. Minkejja dan, in-​naturalezza taʼ taħdit bħal dan tiġbed lil oħrajn.

Madankollu, meta tkellem stranġier ma jkunx xieraq li titkellem b’tali mod li hu familjari jew informali żżejjed. Fil-​fatt, f’xi kulturi l-​konversazzjonijiet kollha mal-​istranġieri jibdew b’mod formali ħafna. Imbagħad, wara li jintwera r-​rispett dovut, jistaʼ jkun mixtieq li bid-​dehen tintuża lingwa inqas formali u stil iktar konversazzjonali.

Meta titkellem minn fuq il-​platform, trid toqgħod attent ukoll. Jekk tkun informali żżejjed tistaʼ tnaqqas mid-​dinjità tal-​laqgħa Kristjana u mis-​serjetà taʼ dak li jintqal. F’xi lingwi, ċerti espressjonijiet huma meħtiġin meta jiġi indirizzat individwu akbar fl-​età, għalliem, uffiċjal, jew ġenitur. (Innota t-​termini użati f’Atti 7:2 u 13:16.) Jintużaw espressjonijiet differenti meta jiġi indirizzat sieħeb jew sieħba fiż-​żwieġ jew ħabib tal-​qalb. Waqt li l-​istil tat-​taħdit tagħna m’għandux ikun formali żżejjed, dan għandu juri rispett.

Madankollu, hemm fatturi li jistgħu jikkaġunaw li mingħajr bżonn it-​taħdita tinstemaʼ sforzata jew formali. Raġuni waħda hi l-​mod kif jiġu fformati s-​sentenzi, jew il-​frażijiet. Tinqalaʼ problema meta kelliemi jipprova jirripeti l-​espressjonijiet eżatt kif jidhru fil-​paġna stampata. Ġeneralment, il-​kelma miktuba hi differenti mhux ħażin minn dik mitkellma. Huwa minnu li r-​riċerka bħala tħejjija għal taħdita ġeneralment issir minn fuq materjal stampat. Jistaʼ jkun li outline stampat jipprovdi l-​bażi għal taħdita. Imma jekk tesprimi l-​ħsibijiet eżatt kif jidhru stampati jew taqrahom direttament minn outline stampat matul it-​taħdita tiegħek, x’aktarx li kliemek mhux se jinstemaʼ konversazzjonali. Biex iżżomm stil konversazzjonali, esprimi l-​ħsibijiet fi kliemek u evita li tifforma sentenzi b’mod komplikat.

Fattur ieħor hu l-​varjazzjoni fir-​ritmu. Taħdit li hu sforzat u formali spiss jinvolvi li titkellem bl-​istess ammont taʼ spazju bejn kelma u oħra u pass li jkun il-​ħin kollu l-​istess. Fil-​konversazzjoni normali jkun hemm bidla fil-​pass u pawsi frekwenti taʼ tul differenti.

M’għandniex xi ngħidu, meta tkellem udjenza kbira jrid ikollok stil konversazzjonali tat-​taħdit b’vuċi iktar għolja u b’iktar intensità u entużjażmu ħalli żżomm l-​attenzjoni taʼ dawk fl-​udjenza.

Sabiex ikollok stil konversazzjonali li hu xieraq għall-​ministeru, trid tiħodha drawwa li titkellem sew kuljum. Dan ma jfissirx li jrid ikollok edukazzjoni għolja. Imma huwa tajjeb li tikkultiva drawwiet tat-​taħdit li se jikkaġunaw li oħrajn jisimgħu dak li tgħid b’rispett. B’dan f’moħħok, ikkunsidra jekk għandekx bżonn taħdem fuq il-​punti li ġejjin fil-​konversazzjoni tiegħek taʼ kuljum.

  1. Evita espressjonijiet li jmorru kontra l-​grammatika tajba jew li għandhom it-​tendenza li jġibuk tidher bħal nies li l-​istil taʼ ħajjithom imur kontra l-​livelli taʼ Alla. Fi qbil mal-​pariri f’Kolossin 3:8 evita li titħaddet b’mod goff u offensiv. Mill-​banda l-​oħra, konversazzjoni komuni għall-​ħajja taʼ kuljum mhijiex oġġezzjonabbli. L-​espressjonijiet li jintużaw fil-​lingwa taʼ kuljum mhumiex formali imma jikkonformaw mal-​livelli aċċettati tat-​taħdit.

  2. Evita ripetizzjoni kontinwa tal-​istess espressjonijiet u frażijiet biex twassal kull ħsieb differenti li jistaʼ jkollok. Tgħallem uża kliem li jesprimi b’mod ċar dak li trid tgħid.

  3. Evita li toqgħod tirripeti għalxejn dak li tkun għadek kif għedt billi tara li jkollok stampa ċara taʼ dak li trid tgħid; imbagħad ibda tkellem.

  4. Evita li taħbi ħsibijiet tajbin minħabba li tuża wisq kliem. Ħudha drawwa li tgħid ċar u tond f’sentenza sempliċi l-​punt li tkun tridu jibqaʼ f’moħħ dak li jkun.

  5. Tkellem b’tali mod li juri rispett lejn l-​oħrajn.

KIF TIŻVILUPPA DIN L-​ABBILTÀ

  • Ibda billi taħdem fuq il-​ħarsa tiegħek lejn dawk fl-​udjenza. Ħares lejhom bħala ħbieb, imma tkunx familjari żżejjed. Ittrattahom b’rispett.

  • Tkellem b’mod spontanju. Tipprovax tuża kliem eżatt minn materjal stampat. Poġġi l-​ideat fi kliemek. Uża sentenzi qosra, u varja l-​pass tiegħek.

  • Ikkonċentra fuq ix-​xewqa li tikkomunika. Tkellem mill-​qalb. Dak li hu importanti hu l-​messaġġ, mhux l-​impressjoni li qed tagħti lill-​oħrajn.

  • Tejjeb il-​konversazzjoni tiegħek taʼ kuljum. Aħdem fuq is-​suġġerimenti li huma offruti f’din il-​paġna wieħed wieħed.

TAĦRIĠ: Iċċekkja kif int imdorri titkellem. Aħdem fuq il-​ħames punti mniżżlin hawn fuq, ikkonċentra fuqhom wieħed wieħed, billi tiffoka fuq wieħed biss għal ġurnata sħiħa. Kull meta tieħu żball, erġaʼ esprimi l-​ħsieb tiegħek, għallinqas f’moħħok stess, u agħmel dan b’mod korrett.

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja