LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • wt kap. 3 pp. 23-31
  • Żomm Qabda Soda mal-Kelma t’Alla

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Żomm Qabda Soda mal-Kelma t’Alla
  • Qim lill-Uniku Alla Veru
  • Sottitli
  • Materjal Simili
  • Għin lil Oħrajn Japprezzawha
  • Il-​Qari Tagħna mill-​Bibbja
  • Il-​Mira Tagħna
  • Żomm Qabda Soda Fuq il-Kelma t’Alla
    Magħqudin fil-Qima Taʼ L-Uniku Alla Veru
  • Nibbenefikaw mill-Qari taʼ Kuljum tal-Bibbja
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1995
  • Il-Qari tal-Bibbja—Taʼ Siwi u Pjaċevoli
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2000
  • Il-Bibbja—Ktieb li Għandu Jinqara
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1994
Ara Iżjed
Qim lill-Uniku Alla Veru
wt kap. 3 pp. 23-31

Kapitlu Tlieta

Żomm Qabda Soda mal-​Kelma t’Alla

1. (a) Iżrael tal-​qedem kif esperjenza l-​verità tal-​kelma t’Alla? (b) Dan għala huwa taʼ interess għalina?

“KUNU afu b’qalbkom kollha u b’ruħkom kollha li ebda waħda mill-​wegħdiet taʼ ġid li għamlilkom il-​Mulej, Alla tagħkom, ma naqset. Kollha seħħulkom.” (Ġożwè 23:​14-16) Hekk qal Ġożwè lill-​irġiel ixjeħ taʼ Iżrael wara li ssetiljaw fl-​Art Imwiegħda. Iva, il-​wegħdi taʼ Jehovah huma taʼ min joqgħod fuqhom. Dan ir-​rakkont—u l-​bqija kollha tal-​Bibbja—ġie merfugħ għalina sabiex “aħna jkollna t-​tama.”—Rumani 15:4.

2. (a) F’liema sens il-​Bibbja hija “mnebbħa minn Alla”? (b) Ladarba nkunu nafu li l-​Bibbja hija mnebbħa b’mod divin, liema responsabbiltà għandna?

2 Għalkemm intużaw xi 40 kittieb biex jiktbu lBibbja, Jehovah innifsu huwa l-​Awtur tagħha. Ifisser dan li hu dderieġa b’mod attiv il-​kitba kollha li fiha? Iva. Hu għamel dan permezz taʼ l-​ispirtu qaddis u qawwi tiegħu, il-​forza attiva tiegħu. L-​appostlu Pawlu qal bil-​verità kollha: “L-​Iskrittura kollha hija mnebbħa minn Alla, . . . biex hekk il-​bniedem taʼ Alla jkun perfett [“kompetenti,” NW], mħejji għal kull ħidma tajba.” In-​nies kullimkien li huma konvinti minn dan jagħtu kas tal-​Bibbja u jgħixu ħajjithom skond it-​tagħlim tagħha.—2 Timotju 3:​16, 17; 1 Tessalonikin 2:13.

Għin lil Oħrajn Japprezzawha

3. X’inhu l-​aħjar mod li bih nistgħu ngħinu lil ħafna nies li m’humiex konvinti li l-​Bibbja hija l-​Kelma t’Alla?

3 Ħafna nies li nitkellmu magħhom m’humiex konvinti bħalna li l-​Bibbja hija l-​Kelma t’Alla. Kif nistgħu ngħinuhom? Taʼ spiss, l-​aħjar mod hu li niftħu l-​Bibbja u nuruhom x’fiha. “Il-​kelma taʼ Alla hi ħajja u qawwija, taqtaʼ aktar minn xabla b’żewġt ixfar; . . . u tgħarbel il-​ħsibijiet u l-​fehmiet tal-​qalb.” (Lhud 4:12) “Il-​kelma taʼ Alla” m’hijiex sempliċement rakkont antik li m’għadux jgħodd għal żmienna; hija ħajja! Il-​wegħdi tal-​Bibbja jitwettqu meta jkun il-​waqt, u ħadd ma jistaʼ jżommhom. L-​influwenza li jkollu l-​messaġġ tal-​Bibbja fuq il-​motivazzjoni vera tal-​qalb taʼ persuna hija iktar qawwija minn kwalunkwe ħaġa li nistgħu ngħidu aħna biex ninkuraġġixxu lil dak li jkun.

4. Liema spjegazzjonijiet taʼ veritajiet tal-​Bibbja biddlu l-​attitudni taʼ xi nies lejn il-​Bibbja, u għala?

4 Il-​fatt li raw l-​isem t’Alla fil-​Bibbja ġagħal lil ħafna jħarsu iktar bir-​reqqa fiha. Oħrajn iddeċidew li jistudjaw il-​Bibbja meta ġew murijin xi tgħid dwar l-​iskop tal-​ħajja, għala Alla jippermetti l-​ħażen, it-​tifsira tal-​ġrajjiet kurrenti, jew it-​tama taʼ ħajja taʼ dejjem fuq l-​art magħmula ġenna. F’pajjiżi fejn il-​prattiċi reliġjużi esponew lin-​nies għall-​moħqrija minn spirti mill-​agħar, l-​ispjegazzjoni tal-​Bibbja dwar x’jikkaġuna dan u dwar kif jinkiseb serħan qajmet l-​interess. Għala dawn il-​punti jimpressjonaw lin-​nies sinċieri? Għax il-​Bibbja hija l-​uniku sors taʼ tagħrif taʼ min joqgħod fuqu dwar dawn il-​kwistjonijiet vitali kollha.—Salm 119:130.

5. (a) Meta n-​nies jgħidu li ma jemmnux fil-​Bibbja, x’jistgħu jkunu r-​raġunijiet? (b) Kif nistgħu ngħinu lil nies bħal dawn?

5 Madankollu, xi ngħidu jekk in-​nies jgħidulna li ma jemmnux fil-​Bibbja? Għandu dan itemm il-​konversazzjoni? Mhux jekk ikunu lesti li jirraġunaw. Għandu mnejn li huma jħarsu lejn il-​Bibbja bħala l-​ktieb tal-​Kristjaneżmu. L-​isem taʼ ipokrisija u ndħil fil-​politika li għamel il-​Kristjaneżmu, kif ukoll il-​kilba tiegħu għall-​flus, jistaʼ jkun il-​kaġun tar-​reazzjoni negattiva li għandhom lejn il-​Bibbja. Għax ma tistaqsihomx jekk hux dan il-​każ? Il-​fatt li l-​Bibbja tikkundanna t-​triqat dinjin tal-​Kristjaneżmu, flimkien maʼ punti taʼ kuntrast li jeżistu bejn il-​Kristjaneżmu u l-​Kristjanità vera, jistaʼ jqanqlilhom l-​interess.—Mikea 3:​11, 12; Mattew 15:​7-9; Ġakbu 4:4.

6. (a) X’jikkonvinċik personalment li l-​Bibbja hija l-​Kelma t’Alla? (b) Liema fatti oħrajn jistgħu jintużaw biex jgħinu lin-​nies japprezzaw li l-​Bibbja tassew ġejja minn Alla?

6 Għal oħrajn, diskussjoni diretta dwar l-​evidenzi li l-​Bibbja hija ispirata minn Alla tistaʼ tkun t’għajnuna. Liema prova ċara għandek li l-​Bibbja ġejja minn Alla Jehovah? Dak li l-​Bibbja nfisha tgħid dwar l-​oriġini tagħha? Jew il-​fatt li l-​Bibbja fiha diversi profeziji li jirriflettu għarfien dettaljat dwar il-​futur, profeziji li bilfors ġew minn sors sovruman? (2 Pietru 1:​20, 21) Forsi li l-​Bibbja taqbel perfettament fil-​partijiet tagħha kollha, għalkemm inkitbet minn 40 raġel differenti matul perijodu taʼ 1,600 sena? Jew l-​eżattezza xjentifika tagħha b’kuntrast maʼ kitbiet oħrajn minn dawk iż-​żminijiet? Jew is-​sinċerità tal-​kittieba tagħha? Jew il-​mod kif ġiet imħarsa minkejja l-​attentati kiefra li saru biex jeqirduha? Kwalunkwe ħaġa li impressjonatek personalment tistaʼ tkun t’għajnuna għal nies oħra.a

Il-​Qari Tagħna mill-​Bibbja

7, 8. (a) X’irridu nkunu qegħdin nagħmlu bil-​Bibbja? (b) X’għandna bżonn iżjed minbarra li naqraw il-​Bibbja personalment? (ċ) Int personalment kif ksibt fehma dwar l-​iskopijiet taʼ Jehovah?

7 Minbarra li ngħinu lil oħrajn jemmnu fil-​Bibbja, għandna bżonn insibu l-​ħin biex naqrawha regolarment aħna stess. Qiegħed tagħmlu dan? Mill-​kotba kollha li qatt ġew pubblikati, dan huwa l-​iktar wieħed importanti. M’għandniex xi ngħidu, dan ma jfissirx li jekk naqrawha waħedna, m’għandna bżonn xejn iktar. L-​Iskrittura twissina biex ma ninqatgħux għalina. M’għandniex naħsbu li nistgħu nsibu t-​tweġiba għal kollox permezz taʼ riċerka indipendenti. Kemm l-​istudju persunali u kemm l-​attendenza regulari fil-​laqgħat tan-​nies t’Alla huma bżonnjużi jekk irridu nkunu Kristjani bilanċjati.—Proverbji 18:1; Lhud 10:​24, 25.

8 Rigward dan, il-​Bibbja tgħidilna dwar uffiċjal Etjopjan li kien qed jaqra mill-​profezija taʼ Isaija. Anġlu dderieġa lill-​evanġelizzatur Kristjan Filippu biex jistaqsi lir-​raġel: “Dan li qed taqra qiegħed tifhmu?” B’umiltà, l-​Etjopjan wieġeb: “Kif nistaʼ nifhem jekk xi ħadd ma jurinix?” Hu talab bil-​ħerqa lil Filippu biex jispjegalu s-​silta mill-​Iskrittura. Issa, Filippu ma kienx sempliċement qarrej indipendenti tal-​Bibbja li kien jagħti l-​opinjoni tiegħu fuq l-​Iskrittura. Hu żamm kuntatt mill-​qrib maʼ l-​organizzazzjoni viżibbli t’Alla. Għalhekk, hu setaʼ jgħin lill-​Etjopjan biex jibbenefika mill-​istruzzjoni li Jehovah kien qed jagħti permezz taʼ din l-​organizzazzjoni. (Atti 6:​5, 6; 8:​5, 26-​35) L-​istess illum, ħadd ma jasal waħdu biex jifhem eżatt x’inhuma l-​iskopijiet taʼ Jehovah. Ilkoll għandna bżonn l-​għajnuna li Jehovah jipprovdi b’imħabba permezz taʼ l-​organizzazzjoni viżibbli tiegħu.

9. Liema programm taʼ qari tal-​Bibbja jistaʼ jkun taʼ benefiċċju għalina lkoll?

9 Biex tgħinna nifhmu l-​Bibbja, l-​organizzazzjoni taʼ Jehovah tipprovdi materjal Skritturali eċċellenti b’diversi pubblikazzjonijiet. Iżjed minn hekk, għandna disponibbli skeda regulari għall-​qari tal-​Bibbja li għandha x’taqsam maʼ l-​Iskola tal-​Ministeru Teokratiku li ssir fil-​kongregazzjonijiet kollha tax-​Xhieda taʼ Jehovah mad-​dinja kollha. Jistaʼ jkun taʼ benefiċċju kbir meta neżaminaw personalment l-​Iskrittura Mqaddsa. (Salm 1:​1-3; 19:​8, 9 [19:​7, 8, NW]) Agħmel sforz speċjali biex taqra l-​Bibbja regolarment. Anki jekk ma tifhimx kollox bid-​dettall, li jkollok ħarsa ġenerali taʼ l-​Iskrittura se jkun taʼ valur kbir. Per eżempju, jekk taqra erbaʼ jew ħames paġni kuljum, tistaʼ tlesti l-​Bibbja kollha f’madwar sena.

10. (a) Meta tagħmlu l-​qari tiegħek mill-​Bibbja? (b) Min iktar għandu jiġi inkluż meta taqra l-​Bibbja, u għala huwa importanti li dan isir regolarment?

10 Meta tistaʼ tagħmel il-​qari tiegħek mill-​Bibbja? Jekk twarrab saħansitra 10 minuti jew kwarta kuljum għal dan, int se tibbenefika bil-​kbir. Jekk le, għallinqas iffissa ħin regulari kull ġimgħa, u mbagħad żomm maʼ din l-​iskeda. Jekk int miżżewweġ, int u s-​sieħba tiegħek tistgħu tieħdu pjaċir taqraw il-​Bibbja lil xulxin b’leħen għoli. Jekk għandek tfal kbar biżżejjed li jafu jaqraw, jistgħu jaqraw b’leħen għoli darba kull wieħed. Il-​qari tal-​Bibbja għandu jkun drawwa għal matul ħajjitna kollha, bħall-​ikel. Bħalma taf, jekk persuna ma tikolx biżżejjed, saħħitha se tmur lura. L-​istess is-​saħħa spiritwali tagħna, u għaldaqstant il-​ħajja eterna tagħna, tiddependi milli niġu mantnuti regolarment “b’kull kelma li toħroġ minn fomm Alla.”—Mattew 4:4.

Il-​Mira Tagħna

11. X’għandha tkun il-​mira tagħna meta naqraw il-​Bibbja?

11 X’għandha tkun il-​mira tagħna meta naqraw il-​Bibbja? Il-​mira tagħna m’għandhiex tkun biss li naqraw ċertu ammont taʼ paġni. Il-​motiv tagħna għandu jkun li nsiru nafu aħjar lil Alla sabiex nistgħu nżidu l-​imħabba tagħna għalih u nqimuh b’mod aċċettabbli. (Ġwann 5:​39-42) L-​attitudni tagħna għandha tkun bħal dik tal-​kittieb Bibliku li qal: “Triqatek, Mulej, għarrafni, il-​mogħdijiet tiegħek għallimni.”—Salm 25:4.

12. (a) Għala huwa neċessarju li niksbu għarfien eżatt, u xi sforz jistaʼ jkun meħtieġ meta wieħed jaqra sabiex jikseb dan l-​għarfien? (b) Billi nużaw liema erbaʼ punti nistgħu nanalizzaw u jkollna benefiċċju minn dak li naqraw fil-​Bibbja? (Ara l-​kaxxa f’paġna 30.) (ċ) Agħti eżempju taʼ dawn il-​punti billi twieġeb il-​mistoqsijiet provduti f’dan il-​paragrafu. Fittex l-​iskritturi ċitati imma mhux kwotati.

12 Hekk kif nirċievu t-​tagħlim mingħand Jehovah, għandha tkun ix-​xewqa tagħna li niksbu għarfien eżatt. Mingħajru, kif nistgħu napplikaw bix-​xieraq il-​Kelma t’Alla f’ħajjitna stess jew nispjegawha sew lil oħrajn? (Kolossin 3:10; 2 Timotju 2:15) Li niksbu l-​għarfien eżatt jirrikjedi li naqraw bir-​reqqa, u jekk ikun hemm xi porzjon diffiċli, għandu mnejn ikollna bżonn naqrawh iktar minn darba sabiex nieħdu s-​sens tiegħu. Se nibbenefikaw ukoll jekk nieħdu l-​ħin biex nimmeditaw fuq il-​materjal, billi naħsbu dwaru minn ħarsiet differenti. F’paġna 30 hemm erbaʼ punti siewja kif nistgħu nanalizzaw il-​porzjon tal-​qari. Ħafna partijiet mill-​Iskrittura jistgħu jiġu analizzati u jkollna benefiċċju minnhom billi nużaw wieħed jew iktar minn dawn il-​punti. Hekk kif twieġeb il-​mistoqsijiet fil-​paġni li ġejjin, se tara kif dan hu minnu.

(1) Taʼ spiss, il-​porzjon taʼ l-​Iskrittura li tkun qed taqra jistaʼ jgħidlek xi ħaġa dwar il-​kwalitajiet taʼ Jehovah. Per eżempju, f’Salm 139:​13, 14 nitgħallmu dwar l-​interess kbir t’Alla f’min għadu ma twelidx: “F’ġuf ommi inti nsiġtni. Nroddlok ħajr, għax b’mod taʼ l-​għaġeb għamiltni: taʼ l-​għaġeb huma l-​għemejjel tiegħek. U ’l ruħi inti tafha tajjeb.” Kemm hu meraviljuż ix-​xogħol tal-​ħolqien taʼ Jehovah! Il-​mod kif inhuma magħmulin il-​bnedmin jagħti prova taʼ l-​imħabba kbira tiegħu lejna.

Meta nqisu dak li jintqal fi Ġwann 14:​9, 10, u meta naqraw kif Ġesù ttratta m’oħrajn, inkunu fil-​fatt qed naraw kif Jehovah innifsu jaġixxi. B’dan f’moħħna, x’nistgħu nikkonkludu dwar Jehovah mill-​ġrajjiet imsemmijin f’Luqa 5:​12, 13 u f’Luqa 7:​11-15?

(2) Ikkunsidra kif ir-​rakkont għandu x’jaqsam mat-​tema tal-​Bibbja: l-​ivvindikar tas-​sovranità taʼ Jehovah u t-​taqdis taʼ ismu permezz tas-​Saltna taħt Ġesù Kristu, in-​Nisel imwiegħed.

It-​tema tal-​Bibbja kif ġiet enfasizzata minn Eżekjel u Danjel? (Eżekjel 38:​21-23; Danjel 2:44; 4:14 [4:​17, NW]; 7:​9-14)

Il-​Bibbja kif tidentifikah b’mod ċar lil Ġesù bħala n-​Nisel imwiegħed? (Galatin 3:16)

Il-​ktieb taʼ l-​Apokalissi kif jiddeskrivi l-​quċċata grandjuża tat-​tema tas-​Saltna? (Apokalissi 11:15; 12:​7-10; 17:​16-18; 19:​11-16; 20:​1-3; 21:​1-5)

(3) Staqsi lilek innifsek kif tistaʼ tapplika personalment dak li qed taqra. Per eżempju, minn Eżodu sa Dewteronomju naqraw dwar l-​immoralità u r-​ribelljoni taʼ Iżrael. Nitgħallmu li dawk l-​attitudnijiet u l-​azzjonijiet ġabu konsegwenzi koroh. B’hekk, għandna nitqanqlu biex nogħġbu lil Jehovah u ma nimitawx l-​eżempju ħażin taʼ Iżrael. “Dan kollu ġralhom b’eżempju, u nkiteb bi twiddiba għalina li fuqna wasal tmiem iż-​żminijiet.”—1 Korintin 10:11.

Liema lezzjoni nistgħu nieħdu mir-​rakkont dwar meta Kajjin qatel lil Abel? (Ġenesi 4:​3-12; Lhud 11:4; 1 Ġwann 3:​10-15; 4:​20, 21)

Il-​Bibbja fiha pariri għall-​Kristjani li għandhom it-​tama għas-​sema. Japplikaw dawn ukoll għal dawk bit-​tama taʼ ħajja taʼ dejjem fuq l-​art? (Numri 15:16; Ġwann 10:16)

Għalkemm għandna l-​approvazzjoni tal-​kongregazzjoni Kristjana, għala hemm bżonn li nikkunsidraw kif napplikaw iktar bis-​sħiħ il-​pariri Bibliċi li diġà nafu? (2 Korintin 13:5; 1 Tessalonikin 4:1)

(4) Aħseb dwar kif tistaʼ tuża dak li tkun qed taqra biex tgħin lil oħrajn. In-​nies kollha huma inkwetati dwar il-​problemi tas-​saħħa, u għalhekk nistgħu naqrawlhom x’għamel Ġesù biex juri x’se jagħmel fuq skala akbar meta jkollu s-​setgħa bħala Sultan: “Bdew resqin lejh ġemgħat kbar taʼ nies, li kellhom magħhom zopop, għomja, mmankati, mbikkmin, u ħafna oħrajn; . . . u hu fejjaqhom.”—Mattew 15:30.

Min jistaʼ jiġi megħjun mir-​rakkont taʼ l-​irxoxt tat-​tifla taʼ Ġajru? (Luqa 8:​41, 42, 49-56)

13. Liema riżultati nistgħu nistennew minn programm kontinwu taʼ qari tal-​Bibbja u studju maʼ l-​organizzazzjoni taʼ Jehovah?

13 Kemm ikun taʼ barka kbira l-​qari tal-​Bibbja meta nikkunsidraw l-​erbaʼ punti msemmijin hawn fuq! Biex ngħidu kollox, il-​qari tal-​Bibbja huwa sfida. Imma jistaʼ jkun taʼ benefiċċju għalina tul ħajjitna kollha, għax hekk kif naqraw l-​Iskrittura, se nsiru iktar b’saħħitna spiritwalment. Il-​qari regulari tal-​Bibbja se jressaqna eqreb lejn Missierna kollu mħabba, Jehovah, u lejn ħutna l-​Kristjani. Se jgħinna nagħtu kas tal-​parir biex inżommu qabda soda mal-​“kelma tal-​ħajja.”—Filippin 2:16.

[Nota taʼ taħt]

a Għal diskussjoni dwar għala l-​Bibbja jistħoqqilha li tiġi kunsidrata, ara l-​browxer Ktieb għan-​Nies Kollha, pubblikat mix-​Xhieda taʼ Jehovah.

Diskussjoni Bħala Reviżjoni

• Il-​Bibbja għala nkitbet u baqgħet imħarsa sa żmienna?

• Kif nistgħu ngħinu lil oħrajn japprezzaw il-​Bibbja?

• Għala huwa taʼ siwi l-​qari persunali tal-​Bibbja b’mod regulari? Billi nużaw liema erbaʼ punti nistgħu nanalizzaw u jkollna benefiċċju minn dak li naqraw?

[Kaxxa/Stampa f’paġna 30]

META TAQRA PORZJON MILL-​BIBBJA, IKKUNSIDRA

X’jgħidlek dwar Jehovah bħala persuna

Kif għandu x’jaqsam mat-​tema ġenerali tal-​Bibbja

Kif għandu jeffettwa lil ħajtek stess

Kif tistaʼ tużah biex tgħin lil oħrajn

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja