LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • bh pp. 222-223
  • Għandna Aħna Niċċelebraw il-​Festi?

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Għandna Aħna Niċċelebraw il-​Festi?
  • Il-Bibbja X’Tgħallem Verament?
  • Materjal Simili
  • Ix-Xhieda taʼ Ġeħova Għala Ma Jiċċelebrawx Xi Festi?
    Mistoqsijiet Komuni dwar ix-Xhieda taʼ Ġeħova
  • Iċ-ċelebrazzjonijiet—Kollha jogħġbuh lil Alla?
    Kif tibqa’ fl-imħabba t’Alla
  • Alla Jieħu Pjaċir biċ-Ċelebrazzjonijiet u l-Festi Kollha?
    Għix Ħajja Ferħana għal Dejjem!—Il-Bibbja Turik Kif
  • Il-Bibbja X’Tgħid Dwar l-Għid?
    Mistoqsijiet Dwar il-Bibbja Mweġbin
Ara Iżjed
Il-Bibbja X’Tgħallem Verament?
bh pp. 222-223

APPENDIĊI

Għandna Aħna Niċċelebraw il-​Festi?

IL-​BIBBJA m’hijiex is-​sors li minnu ġejjin il-​festi popolari reliġjużi u sekulari li jiġu ċelebrati f’ħafna partijiet tad-​dinja llum. Mela, allura, dawn iċ-​ċelebrazzjonijiet minfejn joriġinaw? Jekk tistaʼ tmur tagħmel riċerka f’xi librerija, se ssibu interessanti li tara b’għajnejk x’jgħidu l-​kotba taʼ referenza dwar il-​festi li huma komuni fejn toqgħod int. Ikkunsidra ftit eżempji.

L-​Għid. “M’hemm ebda indikazzjoni taċ-​ċelebrazzjoni tal-​festa taʼ l-​Għid fit-​Testment il-​Ġdid,” tistqarr The Encyclopædia Britannica. L-​Għid kif beda? Dan għandu l-​għeruq tiegħu fil-​qima pagana. Filwaqt li din il-​festa suppost tfakkar l-​irxoxt taʼ Ġesù, l-​użanzi assoċjati maʼ l-​istaġun taʼ l-​Għid m’humiex Kristjani. Per eżempju, rigward il-​“fenek taʼ l-​Għid” tant popolari, The Catholic Encyclopedia tgħid: “Il-​fenek huwa simbolu pagan u minn dejjem kien simbolu tal-​fertilità.”

Iċ-​Ċelebrazzjonijiet tas-​Sena l-​Ġdida. Id-​data u l-​użanzi assoċjati maċ-​ċelebrazzjonijiet tas-​Sena l-​Ġdida jvarjaw minn pajjiż għal ieħor. Dwar l-​oriġini taʼ din iċ-​ċelebrazzjoni, The World Book Encyclopedia tgħid: “Il-​ħakkiem Ruman Ġulju Ċesari stabbilixxa l-​1 taʼ Jannar bħala l-​Ewwel Jum tas-​Sena fis-​sena 46 Q.K. Ir-​Rumani ddedikaw din il-​ġurnata lil Ġanu, l-​alla tar-​rixtelli, bibien, u tal-​bidu taʼ l-​affarijiet. Ix-​xahar taʼ Jannar issemma għal Ġanu, li kellu żewġ uċuħ​—wieħed iħares ’il quddiem u ieħor lura.” Għalhekk, iċ-​ċelebrazzjonijiet tas-​Sena l-​Ġdida huma msejsin fuq tradizzjonijiet pagani.

Halloween. The Encyclopedia Americana tgħid: “Il-​karatteristiċi taʼ l-​użanzi konnessi maʼ Halloween ġejjin minn ċerimonja Druwida [saċerdozju Ċeltiku antik] fiż-​żminijiet taʼ qabel il-​Kristjanità. Iċ-​Ċelti kellhom festi għal żewġ allat prinċipali​—alla xemx u alla tal-​mejtin . . . , li l-​festa tiegħu kienet tinżamm fl-​1 taʼ Novembru, il-​bidu tas-​Sena Ġdida Ċeltika. Il-​festa tal-​mejtin bil-​mod il-​mod ġiet imdaħħla fir-​ritwali Kristjani.”

Festi Oħrajn. M’huwiex possibbli li niddiskutu l-​festi kollha li jinżammu madwar id-​dinja. Madankollu, il-​festi li jagħtu ġieħ lill-​bnedmin jew lill-​organizzazzjonijiet magħmulin minnhom m’humiex aċċettabbli għal Ġeħova. (Ġeremija 17:​5-7; Atti 10:​25, 26) Żomm f’moħħok ukoll li l-​oriġini taċ-​ċelebrazzjonijiet reliġjużi tiddetermina jekk dawn jogħġbux lil Alla jew le. (Isaija 52:11; Rivelazzjoni 18:4) Il-​prinċipji tal-​Bibbja msemmijin f’Kapitlu 16 taʼ dan il-​ktieb se jgħinuk tiddetermina kif Alla jħares lejn li wieħed jieħu sehem f’festi sekulari.

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja