LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • bm taqsima 7 p. 10
  • Alla Jeħles lil Ulied Israel

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Alla Jeħles lil Ulied Israel
  • Il-Bibbja—X’Inhu l-Messaġġ Tagħha?
  • Materjal Simili
  • Tgħallem it-Triqat taʼ Ġeħova
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2005
  • Mosè għażel li jqim lil Ġeħova
    Lezzjonijiet li tista’ titgħallem mill-Bibbja
  • Mosè u Aron Jidħlu Quddiem il-Fargħun
    Il-Ktieb Tiegħi taʼ Stejjer mill-Bibbja
  • Punti Prinċipali mill-Ktieb taʼ l-Eżodu
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2004
Ara Iżjed
Il-Bibbja—X’Inhu l-Messaġġ Tagħha?
bm taqsima 7 p. 10

IS-​7 TAQSIMA

Alla Jeħles lil Ulied Israel

Ġeħova jibgħat il-​kastigi fuq l-​Eġittu, u Mosè jmexxi lil ulied Israel ’il barra minn dik l-​art. Alla jagħti l-​Liġi lil Israel permezz taʼ Mosè

ULIED Israel kienu ilhom ħafna snin jgħixu fl-​Eġittu, jiffjorixxu u jkattru ġidhom. Imma mbagħad beda jaħkem Fargħun ġdid. Dan il-​ħakkiem ma kienx jafu lil Ġużeppi. Kien tirann feroċi li beżaʼ għax l-​Israelin kienu qed joktru fl-​għadd, u għalhekk għamilhom ilsiera u ordna li t-​trabi subien kollha li jitwieldu jiġu mgħarrqin fix-​Xmara Nil. Imma waħda mill-​ommijiet bi qlubija pproteġiet lil binha ċkejken, billi ħbietu f’qoffa qalb il-​qasab. Bint il-​Fargħun sabet lit-​tarbija, semmietu Mosè, u rabbietu fil-​familja rjali Eġizzjana.

Meta Mosè kellu 40 sena ġie fl-​inkwiet għax iddefenda lsir Israeli minn kap Eġizzjan li kien jimponi x-​xogħol. Mosè ħarab lejn art imbiegħda, fejn għex fl-​eżilju. Meta Mosè kellu 80 sena, Ġeħova bagħtu lura l-​Eġittu biex jidher quddiem il-​Fargħun u jgħidlu biex jeħles lill-​poplu t’Alla.

Il-​Fargħun ma ried jismaʼ b’xejn. Għalhekk, Alla laqat lill-​Eġittu b’għaxar kastigi. Kull darba li Mosè deher quddiem il-​Fargħun u offrielu opportunità biex jiskansa l-​kastig li kien imiss, il-​Fargħun webbes rasu u b’diżrispett m’obdiex lil Mosè u l-​Alla tiegħu, Ġeħova. Fl-​aħħar, l-​għaxar kastig ġab il-​mewt fuq l-​ewwel imweldin kollha fil-​pajjiż—minbarra l-​familji li kienu obdew lil Ġeħova billi mmarkaw il-​koxox tal-​bibien tagħhom bid-​demm taʼ ħaruf sagrifikat. L-​anġlu tal-​qerda mibgħut minn Alla qabeż dawk id-​djar. Wara dan, l-​Israelin baqgħu jfakkru dan il-​ħelsien meraviljuż permezz taʼ ċelebrazzjoni taʼ kull sena msejħa l-​Qbiż.

Wara li tilef lil ibnu l-​kbir stess, il-​Fargħun ordna lil Mosè u lill-​Israelin kollha biex jitilqu mill-​Eġittu. Minnufih organizzaw il-​kotra kbira taʼ nies biex joħorġu mill-​Eġittu. Imma l-​Fargħun reġaʼ bdielu u telaq għal warajhom b’ħafna gwerriera u karrijiet. L-​Israelin kienu jidhru maqbudin f’nassa ħdejn ix-​xatt tal-​Baħar l-​Aħmar. Ġeħova feraq il-​Baħar l-​Aħmar, u ħalla lill-​Israelin jaqsmu fuq qiegħ il-​baħar niexef, bejn ħitan taʼ ilmijiet! Meta l-​Eġizzjani ġrew għal warajhom, Alla ħalla l-​ilmijiet jinżlu, u b’hekk il-​Fargħun u l-​armata tiegħu għerqu.

Iktar tard, waqt li l-​Israelin kienu kkampjati ħdejn il-​Muntanja Sinaj, Ġeħova għamel patt magħhom. Billi uża lil Mosè bħala medjatur, Alla ta lil Israel liġijiet biex jipprovdi gwida u protezzjoni fi kważi kull aspett tal-​ħajja. Sakemm l-​Israelin aċċettaw b’fedeltà l-​ħakma t’Alla, Ġeħova kien se jkun magħhom u kien se jagħmel lil dan il-​ġens barka għal oħrajn.

Madankollu, il-​biċċa l-​kbira mill-​Israelin iddiżappuntaw lil Alla għax ma wrewx fidi fih. B’hekk, Ġeħova ħalla lil dik il-​ġenerazzjoni tiġġerra fix-​xagħri għal 40 sena. Imbagħad, Mosè ħatar lir-​raġel rett Ġożwè biex jiħodlu postu. Fl-​aħħar, Israel kien lest biex jidħol fl-​art li Alla kien wiegħed lil Abraham.

—Ibbażat fuq Eżodu; Levitiku; Numri; Dewteronomju; Salm 136:10-​15; Atti 7:17-​36.

  • Alla kif uża lil Mosè biex jeħles lil Israel?

  • X’kienet il-​bażi għaċ-​ċelebrazzjoni tal-​Qbiż?

  • Ġeħova kif ħeles lill-​Israelin mill-​jasar fl-​Eġittu?

L-​AKBAR LIĠI

L-​Għaxar Kmandamenti, imniżżlin f’​Eżodu 20:1-​17, forsi huma l-​iktar liġijiet magħrufin minn madwar is-​600 liġi li ngħataw permezz taʼ Mosè. Madankollu, meta Ġesù Kristu ġie mistoqsi liema waħda mil-​liġijiet t’Alla kienet l-​akbar, hu għażel din: “Ħobb lil Ġeħova Alla tiegħek b’qalbek kollha u b’ruħek kollha u b’moħħok kollu u b’saħħtek kollha.”—Marku 12:28-​30; Dewteronomju 6:5.

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja