LINJA KRONOLOĠIKA
“Fil-bidu . . . ”
4026 Q.E.K. Jinħalaq Adam
3096 Q.E.K. Adam imut
2370 Q.E.K. Jibda d-Dilluvju
2018 Q.E.K. Jitwieled Abraham
1943 Q.E.K. Patt Abrahamiku
1750 Q.E.K. Ġużeppi jinbiegħ bħala lsir
qabel 1613 Q.E.K. Il-prova taʼ Ġob
1513 Q.E.K. Il-ħruġ mill-Eġittu
1473 Q.E.K. Israel jidħol f’Kangħan immexxi minn Ġożwè
1467 Q.E.K. Tintrebaħ il-biċċa l-kbira minn Kangħan
1117 Q.E.K. Sawl jinħatar bħala sultan
1070 Q.E.K. Alla jagħmel wegħda lil David dwar Saltna
1037 Q.E.K. Salamun isir sultan
1027 Q.E.K. Jitlesta t-tempju f’Ġerusalemm
ċirka 1020 Q.E.K. Titlesta l-Għanja taʼ Salamun
997 Q.E.K. Israel jinqasam f’żewġ saltniet
ċirka 717 Q.E.K. Titlesta l-ġabra taʼ Proverbji
607 Q.E.K. Tinqered Ġerusalemm; jibda l-eżilju f’Babilonja
539 Q.E.K. Babilonja tintrebaħ minn Ċiru
537 Q.E.K. L-eżiljati Lhud jerġgħu lura Ġerusalemm
455 Q.E.K. Is-swar taʼ Ġerusalemm jinbnew mill-ġdid; jibdew id-69 ġimgħa taʼ snin
Wara 443 Q.E.K. Malakija jlesti l-ktieb profetiku tiegħu
ċirka 2 Q.E.K. It-twelid taʼ Ġesù
29 E.K. Ġesù jitgħammed u jibda jipprietka dwar is-Saltna t’Alla
31 E.K. Ġesù jagħżel lit-12-il appostlu; jagħmel il-Prietka taʼ fuq il-Muntanja
32 E.K. Ġesù jirxoxta lil Lazzru
14 taʼ Nisan, 33 E.K. Ġesù msammar maʼ zokk (Nisan jiġi parti minn Marzu u parti minn April)
16 taʼ Nisan, 33 E.K. Ġesù jiġi rxoxtat
6 taʼ Siwan, 33 E.K. Pentekoste; jitferraʼ l-ispirtu qaddis (Siwan jiġi parti minn Mejju u parti minn Ġunju)
36 E.K. Kornelju jsir Kristjan
ċirka 47-48 E.K. L-ewwel vjaġġ taʼ ppritkar taʼ Pawlu
ċirka 49-52 E.K. It-tieni vjaġġ taʼ ppritkar taʼ Pawlu
ċirka 52-56 E.K. It-tielet vjaġġ taʼ ppritkar taʼ Pawlu
ċirka 60-61 E.K. Pawlu jikteb xi ittri mill-ħabs f’Ruma
qabel 62 E.K. Ġakbu, ħu Ġesù mill-omm, jikteb l-ittra tiegħu
66 E.K. Il-Lhud jirvellaw kontra Ruma
70 E.K. Ir-Rumani jeqirdu lil Ġerusalemm u t-tempju tagħha
ċirka 96 E.K. Ġwanni jikteb il-ktieb tar-Rivelazzjoni
ċirka 100 E.K. Imut Ġwanni, l-aħħar mill-appostli