LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • jl lezzjoni 5
  • X’Se Ssib fil-Laqgħat Kristjani Tagħna?

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • X’Se Ssib fil-Laqgħat Kristjani Tagħna?
  • Min Qed Jagħmel ir-Rieda taʼ Ġeħova Llum?
  • Materjal Simili
  • Kif Jistgħu Jgħinuk il-Laqgħat tax-Xhieda ta’ Ġeħova?
    Għix Ħajja Ferħana għal Dejjem!—Il-Bibbja Turik Kif
  • Għala għandna niltaqgħu flimkien għall-qima?
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova (Studju)—2016
  • Kif Niksbu Iktar Ferħ mil-Laqgħat
    Il-Ministeru tas-Saltna—1999
  • Għala Niltaqgħu Flimkien?
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2007
Ara Iżjed
Min Qed Jagħmel ir-Rieda taʼ Ġeħova Llum?
jl lezzjoni 5

LEZZJONI 5

X’Se Ssib fil-​Laqgħat Kristjani Tagħna?

Xhieda taʼ Ġeħova f’Sala tas-Saltna fl-Arġentina

L-Arġentina

Laqgħa tax-Xhieda taʼ Ġeħova f’ Sierra Leone

Sierra Leone

Laqgħa tax-Xhieda taʼ Ġeħova fil-Belġju

Il-Belġju

Laqgħa tax-Xhieda taʼ Ġeħova fil-Malasja

Il-Malasja

Ħafna nies waqfu jattendu servizzi reliġjużi għax ma sabu ebda gwida jew faraġ spiritwali. Allura, għala għandek tattendi l-​laqgħat Kristjani li huma organizzati mix-​Xhieda taʼ Ġeħova? X’se ssib hemmhekk?

Il-​ferħ li tkun fost nies li jħobbu u li jimpurtahom. Fl-​ewwel seklu, il-​Kristjani kienu organizzati f’kongregazzjonijiet, u kienu jagħmlu laqgħat biex iqimu ’l Alla, jistudjaw l-​Iskrittura, u jinkuraġġixxu wieħed lil ieħor. (Ebrej 10:24, 25) Minħabba li kienu jiltaqgħu f’ambjent mimli mħabba, huma kienu jħossu li qegħdin fost ħbieb taʼ veru—ħuthom spiritwali. (2 Tessalonikin 1:3; 3 Ġwanni 14) Aħna nsegwu l-​eżempju tal-​Kristjani tal-​ewwel seklu u nesperjenzaw ferħ simili.

Il-​benefiċċju li titgħallem kif tapplika prinċipji Bibliċi. Illum, bħalma kien minnu fi żminijiet Bibliċi, l-​irġiel, in-​nisa, u t-​tfal ilkoll jiltaqgħu flimkien. Għalliema kwalifikati jużaw il-​Bibbja biex jgħinuna nagħrfu kif għandna napplikaw il-​prinċipji Bibliċi fil-​ħajja taʼ kuljum. (Dewteronomju 31:12; Neħemija 8:8) Ilkoll nistgħu nipparteċipaw f’diskussjonijiet mal-​udjenza u fil-​kant, u b’hekk inkunu nistgħu nesprimu t-​tama Kristjana tagħna.—Ebrej 10:23.

Il-​barka li l-​fidi tiegħek f’Alla tissaħħaħ. L-​appostlu Pawlu qal lil waħda mill-​kongregazzjonijiet taʼ żmienu: “Għandi xewqa kbira li narakom, . . . biex ninkuraġġixxu lil xulxin bil-​fidi tagħna, intom lili u jien lilkom.” (Rumani 1:11, 12) Fil-​laqgħat, il-​kuntatt regulari maʼ sħabna fit-​twemmin isaħħilna l-​fidi u d-​determinazzjoni biex ngħixu f’armonija mal-​prinċipji Bibliċi.

Għala ma taċċettax din l-​istedina biex tattendi l-​laqgħa li jmiss fil-​kongregazzjoni tagħna u tesperjenza dawn l-​affarijiet għalik innifsek? Se tingħata merħba mill-​qalb. Il-​laqgħat huma kollha bla ħlas—ma jsir ebda ġbir.

  • Il-​laqgħat tal-​kongregazzjoni tagħna, liema eżempju jsegwu?

  • Kif nistgħu nibbenefikaw billi nattendu l-​laqgħat Kristjani?

SIR AF IKTAR

Jekk tixtieq tara s-​Sala tas-​Saltna lokali minn ġewwa qabel ma tattendi waħda mil-​laqgħat tagħna, staqsi lil wieħed mix-​Xhieda taʼ Ġeħova biex jieħdok u jurihielek.

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja