LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • fg lezzjoni 15 mist. 1-4
  • Għala Għandek Tkompli Titgħallem Dwar Ġeħova?

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Għala Għandek Tkompli Titgħallem Dwar Ġeħova?
  • Aħbar Tajba Mingħand Alla!
  • Materjal Simili
  • M’hemmx mod ta’ ħajja aħjar
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2015
  • Kemm hi reali r-relazzjoni li għandek maʼ Ġeħova?
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2015
  • Kif Tista’ Tersaq Qrib t’Alla?
    Aħbar Tajba Mingħand Alla!
  • Li Nersqu Qrib t’Alla Hu taʼ Benefiċċju Għalina!
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova (Studju)—2025
Ara Iżjed
Aħbar Tajba Mingħand Alla!
fg lezzjoni 15 mist. 1-4

LEZZJONI 15

Għala Għandek Tkompli Titgħallem Dwar Ġeħova?

1. Kif se tibbenefika jekk tkompli tistudja l-​Bibbja?

Żewġ nisa jistudjaw il-Bibbja waqt il-brejk tax-xogħol

Din il-​ħarsa ġenerali tat-​tagħlim bażiku tal-​Bibbja żgur li saħħet l-​imħabba tiegħek għal Ġeħova. Għandna nibqgħu naħdmu biex insaħħu din l-​imħabba. (1 Pietru 2:2) It-​tama tiegħek taʼ ħajja taʼ dejjem tiddependi minn jekk tkomplix tersaq qrib t’Alla billi tistudja l-​Kelma tiegħu.​—Aqra Ġwanni 17:3; Ġuda 21.

Int u tkabbar l-​għarfien tiegħek dwar Alla, il-​fidi tiegħek se tissaħħaħ. Il-​fidi se tgħinek togħġob lil Alla. (Ebrej 11:1, 6) Se tqanqlek tindem u tagħmel bidliet taʼ ġid fil-​ħajja tiegħek.​—Aqra Atti 3:19.

2. L-​għarfien tiegħek dwar Alla kif jistaʼ jkun taʼ benefiċċju għal oħrajn?

Mara qed titlob lil Alla

Int tistaʼ tidħol f’relazzjoni speċjali maʼ Ġeħova

Naturalment, se tkun trid taqsam m’oħrajn dak li tgħallimt​—ilkoll kemm aħna nieħdu pjaċir naqsmu aħbar tajba. Hekk kif tkompli tistudja l-​Bibbja, se titgħallem kif tuża l-​Bibbja biex tispjega l-​fidi tiegħek f’Ġeħova u fl-​aħbar tajba.​—Aqra Rumani 10:13-​15.

Il-​biċċa l-​kbira min-​nies jibdew billi jaqsmu l-​aħbar tajba mal-​ħbieb jew mal-​qraba. Uża t-​tattika. Minflok ma tgħidilhom li r-​reliġjon tagħhom hi żbaljata, għidilhom dwar il-​wegħdi t’Alla. Ukoll, tinsiex li n-​nies spiss ikunu iktar impressjonati bl-​imġiba tiegħek taʼ qalb tajba milli b’dak li tgħid.​—Aqra t-​2 Timotju 2:24, 25.

3. Liema relazzjoni m’Alla tistaʼ tgawdi?

Se tiġi megħjun tikber spiritwalment jekk tistudja l-​Kelma t’Alla. Eventwalment, tistaʼ tidħol f’relazzjoni tassew speċjali maʼ Ġeħova. Tistaʼ attwalment tkun tappartjeni lilu bħala membru tal-​familja tiegħu.​—Aqra t-​2 Korintin 6:18.

4. Kif tistaʼ tkompli tagħmel progress?

Tistaʼ tagħmel avanz spiritwali billi tkompli tistudja l-​Kelma t’Alla. (Ebrej 5:13, 14) Staqsi lil xi ħadd mix-​Xhieda taʼ Ġeħova biex jistudja l-​Bibbja miegħek bl-​għajnuna tal-​ktieb Il-​Bibbja X’Tgħallem Verament? Iktar ma titgħallem mill-​Kelma t’Alla, iktar se jkollok suċċess f’ħajtek.​—Aqra Salm 1:1-​3; 73:27, 28.

Ix-Xhieda ta’ Ġeħova joffru studju tal-Bibbja

L-​aħbar tajba ġejja mingħand Ġeħova, l-​Alla l-​hieni. Tistaʼ tersaq eqreb lejh billi tersaq eqreb lejn in-​nies tiegħu. (Ebrej 10:24, 25) Billi tkompli tagħmel sforz biex togħġob lil Ġeħova tkun qed tirsisti għall-​ħajja vera​—il-​ħajja taʼ dejjem. Tabilħaqq, l-​aqwa ħaġa li tistaʼ tagħmel hi li tersaq qrib t’Alla.​—Aqra l-​1 Timotju 1:11; 6:19.

Għal iktar informazzjoni, ara kapitlu 18 tal-​ktieb Il-​Bibbja X’Tgħallem Verament?

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja