LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • T-32 pp. 1-4
  • X’Inhu s-Sigriet għall-Familja Ferħana?

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • X’Inhu s-Sigriet għall-Familja Ferħana?
  • X’inhu s-​sigriet għall-​familja ferħana?
  • Materjal Simili
  • Int Kif Tħares Lejn il-Futur?
    Int kif tħares lejn il-futur?
  • It-Tbatija Qatt Se Tintemm?
    It-tbatija qatt se tintemm?
  • Jistgħu l-Mejtin Verament Jerġgħu Jgħixu?
    Jistgħu l-mejtin verament jerġgħu jgħixu?
  • Int Kif Tħares Lejn il-Bibbja?
    Int kif tħares lejn il-Bibbja?
Ara Iżjed
X’inhu s-​sigriet għall-​familja ferħana?
T-32 pp. 1-4

X’Inhu s-​Sigriet għall-​Familja Ferħana?

Taħseb li hu . . .

  • l-​imħabba?

  • l-​flus?

  • xi ħaġa oħra?

X’TGĦID IL-​BIBBJA?

“Henjin dawk li jisimgħu l-​kelma t’Alla u jħarsuha!”—Luqa 11:28, Traduzzjoni tad-​Dinja l-​Ġdida.

X’JISTAʼ JFISSER DAN GĦALIK?

Issib l-​imħabba vera.—Efesin 5:28, 29.

Tgawdi rispett ġenwin.—Efesin 5:33.

Ikollok sigurtà vera.—Marku 10:6-​9.

Xeni taʼ familja ferħana: Omm u bint, koppja, ġenituri maʼ binhom

NISTGĦU VERAMENT NEMMNU DAK LI TGĦID IL-​BIBBJA?

Iva, minn tal-​inqas għal żewġ raġunijiet:

  • Alla hu l-​Ħallieq tal-​familja. Il-​Bibbja tgħid li kull familja “taf isimha” lil Alla Ġeħova. (Efesin 3:14, 15) Fi kliem ieħor, l-​arranġament tal-​familja jeżisti għax ħalqu Ġeħova. Dan għala hu importanti?

    Ikkunsidra: Jekk qed tieħu pjaċir tiekol ikla tajba u tixtieq tkun taf x’inhuma l-​ingredjenti, lil min se tistaqsi? Ovvjament, lil min ikun ippreparaha.

    Bl-​istess mod, biex insiru nafu l-​ingredjenti għal familja ferħana, nagħmlu tajjeb jekk induru lejn Ġeħova, il-​Ħallieq tal-​arranġament tal-​familja.—Ġenesi 2:18-​24.

  • Alla jimpurtah minnek. Il-​familji jkunu għaqlin jekk ifittxu l-​pariri taʼ Ġeħova, li hu jipprovdi permezz tal-​Kelma tiegħu. Għala? ‘Għax hu jimpurtah minnek.’ (1 Pietru 5:6, 7) Ġeħova jixtieqlek il-​ġid—u l-​pariri tiegħu dejjem huma tajbin!—Proverbji 3:5, 6; Isaija 48:17, 18.

AĦSEB DWAR DAN

Koppja żagħżugħa jingħataw parir mingħand anzjan Kristjan; jaqraw flimkien mill-Bibbja

Kif tistaʼ tkun raġel miżżewweġ, mara miżżewġa, jew ġenitur tajjeb?

Il-​Bibbja twieġeb din il-​mistoqsija f’EFESIN 5:1, 2 u KOLOSSIN 3:18-​21.

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja