LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • yc lezzjoni 1 pp. 4-5
  • Nafu sigriet li jagħmilna ferħanin

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Nafu sigriet li jagħmilna ferħanin
  • Għallem lil Uliedek
  • Materjal Simili
  • Sigriet li Tistaʼ Tgħidu lil Oħrajn
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2011
  • Werrej
    Stenbaħ!—2018
  • Sigriet li l-Kristjani Ma Jażżardawx Iżommuh Għalihom!
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1997
  • Sigriet Sagru Jinkixef
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1990
Ara Iżjed
Għallem lil Uliedek
yc lezzjoni 1 pp. 4-5
L-anġli qed jisimgħu lil Ġesù hu u jkellem lin-nies dwar is-Saltna t’Alla

LEZZJONI 1

Nafu sigriet li jagħmilna ferħanin

Ġieli xi ħadd qallek sigriet?—a Il-​Bibbja titkellem dwar sigriet speċjali msejjaħ “is-​sigriet sagru.” Huwa sagru għax ġej mingħand Alla. U jissejjaħ sigriet għax in-​nies ma kinux jafu dwaru. Anki l-​anġli riedu jkunu jafu iktar dwar dan. Tixtieq tkun taf x’inhu dan is-​sigriet?—

Inti x’taħseb li kienu qed jipprovaw isiru jafu l-anġli?

Ħafna u ħafna żmien ilu, Alla ħalaq lill-​ewwel raġel u mara. Kien jisimhom Adam u Eva. Alla tahom dar sabiħa msejħa l-​ġnien tal-​Għeden. Kieku Adam u Eva obdew lil Alla, huma u t-​tfal tagħhom setgħu għamlu d-​dinja kollha ġenna tal-​art bħal dak il-​ġnien. U setgħu għexu f’Ġenna tal-​art għal dejjem. Imma tiftakar x’għamlu Adam u Eva?—

Adam u Eva m’obdewx lil Alla, u huwa għalhekk li llum ma ngħixux f’ġenna tal-​art. Imma Alla qal li kien se jagħmel id-​dinja kollha sabiħa, u kulħadd kien se jgħix għal dejjem u jkun ferħan. Kif kien se jagħmel dan? Għal żmien twil, in-​nies ma kinux jafu. Kien sigriet.

Meta Ġesù ġie fid-​dinja, hu għallem lin-​nies iktar dwar dan is-​sigriet. Hu qal li kien dwar is-​Saltna t’Alla. Ġesù qal lin-​nies biex jitolbu ħalli din is-​Saltna tiġi. Din se tagħmel id-​dinja ġenna tal-​art sabiħa.

Tħossok ferħan inti li taf dan is-​sigriet?— Ftakar li dawk biss li jobdu lil Ġeħova se jgħixu fil-​Ġenna tal-​art. Il-​Bibbja tgħidilna ħafna stejjer dwar irġiel u nisa li obdew lil Ġeħova. Tixtieq titgħallem dwarhom?— Ejja naraw min kienu xi wħud minnhom u kif nistgħu nkunu bħalhom.

AQRA MILL-​BIBBJA TIEGĦEK

  • Marku 4:11

  • 1 Pietru 1:12

  • Ġenesi 1:26-28; 2:8, 9; 3:6, 23

  • Mattew 6:9, 10

  • Salm 37:11, 29

a F’dawn l-​istejjer, se tara marka bħal din (—) wara xi mistoqsijiet. Dan ikun ħin tajjeb biex tieqaf ftit u tħalli lil uliedek iwieġbu.

MISTOQSIJIET:

  • Id-​dinja għala mhijiex ġenna tal-​art illum?

  • Il-​Bibbja titkellem dwar liema sigriet speċjali?

  • Ġesù x’għallem dwar dan is-​sigriet?

  • X’għandek tagħmel biex tgħix fil-​Ġenna tal-​art?

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja