LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • yc lezzjoni 6 pp. 14-15
  • David ma beżax

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • David ma beżax
  • Għallem lil Uliedek
  • Materjal Simili
  • David u Gulija
    Lezzjonijiet li tista’ titgħallem mill-Bibbja
  • “Il-battalja hi taʼ Ġeħova”
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova (Pubbliku)—2016
  • David u Gulija
    Il-Ktieb Tiegħi taʼ Stejjer mill-Bibbja
  • “Għallimni Nagħmel ir-Rieda Tiegħek”
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2012
Ara Iżjed
Għallem lil Uliedek
yc lezzjoni 6 pp. 14-15

LEZZJONI 6

David ma beżax

Inti x’tagħmel meta tibżaʼ?— Forsi tmur għand ommok u missierek għall-​għajnuna. Imma hemm xi ħadd ieħor li jistaʼ jgħinek ukoll. M’hemm ħadd b’saħħtu daqsu. Taf min hu?— Iva, hu Alla Ġeħova. Issa ejja nitkellmu dwar żagħżugħ fil-​Bibbja jismu David. Hu kien jaf li Ġeħova dejjem kien se jgħinu, allura ma beżax.

Minn meta David kien tarbija, il-​ġenituri tiegħu għallmuh biex iħobb lil Ġeħova. Dan għen lil David biex ma jibżax anki meta ġrawlu xi affarijiet tal-​biżaʼ. Hu kien jaf li Ġeħova kien il-​Ħabib tiegħu u li Hu kien se jgħinu. Darba waħda, meta David kien qed jieħu ħsieb in-​nagħaġ, mar iljun kbir u ħataf nagħġa! Taf x’għamel David? Ġera wara l-​iljun u milli jidher qatlu mingħajr arma! U mbagħad meta ors attakka lin-​nagħaġ, David qatlu wkoll! Min taħseb li għenu lil David?— Iva, kien Ġeħova.

Kien hemm darba oħra meta David kien kuraġġuż ħafna. L-​Iżraelin kienu qed jiġġieldu kontra nies li kienu msejħin Filistin. Wieħed mis-​suldati Filistin kien raġel twil ħafna, kien ġgant! Hu kien jismu Gulija. Dan il-​ġgant kien qed jidħaq bis-​suldati Iżraelin u b’Ġeħova. Gulija sfida lis-​suldati Iżraelin biex imorru jiġġildulu. Imma l-​Iżraelin kollha kienu beżgħanin wisq biex jiġġieldu kontrih. Meta David semaʼ b’dan, hu qal lil Gulija: ‘Jien se niġġilidlek! Ġeħova se jgħinni, u se nirbaħlek!’ Taħseb li David kien kuraġġuż?— Iva, kien kuraġġuż ħafna. Tixtieq tkun taf x’ġara wara dan?

David qabad l-​iżbandola tiegħu u ħames ġebliet lixxi, u ħareġ biex jiġġieled lill-​ġgant. Gulija beda jidħaq b’David meta ra kemm kien żgħir. Imma David qallu: ‘Inti ġej lejja b’sejf, imma jien ġej għandek bl-​isem taʼ Ġeħova!’ Imbagħad poġġa ġebla fl-​iżbandola tiegħu, ġera lejn Gulija, u waddabhielu bis-​saħħa. Il-​ġebla laqtet lil Gulija bejn għajnejh! Il-​ġgant waqaʼ mal-​art mejjet! Il-​Filistin tant beżgħu li kollha telqu jiġru. Żagħżugħ bħal David kif setaʼ jirbaħ lil ġgant?— Ġeħova għenu, u Ġeħova kien ħafna iktar b’saħħtu minn dak il-​ġgant!

David joqtol lil Gulija

David ma beżax għax kien jaf li Ġeħova kien se jgħinu

X’tistaʼ titgħallem mill-​istorja taʼ David?— M’hemm ħadd iktar b’saħħtu minn Ġeħova. U hu l-​Ħabib tiegħek. Allura meta terġaʼ tħossok beżgħan, ftakar, Ġeħova jistaʼ jgħinek tkun kuraġġuż!

AQRA MILL-​BIBBJA TIEGĦEK

  • Salm 56:3, 4

  • 1 Samwel 17:20-54

MISTOQSIJIET:

  • David x’għamel meta ljun u ors attakkaw lin-​nagħaġ tiegħu?

  • Meta Gulija qagħad jidħaq b’Ġeħova, David x’qallu?

  • David kif rebaħ lil Gulija?

  • David għala ma beżax mill-​iljun, l-​ors, u l-​ġgant?

  • X’tistaʼ titgħallem mill-​istorja taʼ David?

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja