LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • yc lezzjoni 8 pp. 18-19
  • Ġosija kellu ħbieb tajbin

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Ġosija kellu ħbieb tajbin
  • Għallem lil Uliedek
  • Materjal Simili
  • Ġosija Għażel li Jagħmel Dak li Hu Tajjeb
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2009
  • Ġosija kien iħobb il-Liġi t’Alla
    Lezzjonijiet li tista’ titgħallem mill-Bibbja
  • L-Umli Ġosija Kellu l-Favur taʼ Jehovah
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2000
  • L-Aħħar Sultan Tajjeb t’Iżrael
    Il-Ktieb Tiegħi taʼ Stejjer mill-Bibbja
Ara Iżjed
Għallem lil Uliedek
yc lezzjoni 8 pp. 18-19
Is-Sultan Ġosija jismaʼ mill-ħabib tiegħu Ġeremija

LEZZJONI 8

Ġosija kellu ħbieb tajbin

Inti taħseb li hu diffiċli tagħmel dak li hu tajjeb?— Ħafna nies jaħsbu li hu diffiċli. Il-​Bibbja tgħidilna dwar tifel jismu Ġosija li kien diffiċli ħafna għalih li jagħmel dak li hu tajjeb. Imma kellu ħbieb tajbin li għenuh. Ejja nitgħallmu iktar dwar Ġosija u l-​ħbieb tiegħu.

Missier Ġosija kien Amon, is-​sultan taʼ Ġuda. Amon kien ħażin ħafna u kien iqim lill-​idoli. Meta miet missier Ġosija, Ġosija sar is-​sultan taʼ Ġuda. Imma kellu biss tmien snin! Taħseb li hu kien ħażin bħal missieru?— Le, ma kienx!

Il-profeta Sofonija jgħid lin-nies taʼ Ġuda l-messaġġ taʼ Ġeħova

Sofonija wissa lin-nies biex ma jqimux lill-idoli

Anki meta kien żgħir ħafna, Ġosija ried jobdi lil Ġeħova. Allura bħala ħbieb għażel biss lil dawk li kienu jħobbu lil Ġeħova. U dawn għenu lil Ġosija jagħmel dak li hu tajjeb. Min kienu wħud mill-​ħbieb taʼ Ġosija?

Wieħed mill-​ħbieb tiegħu kien Sofonija. Sofonija kien profeta li wissa lin-​nies taʼ Ġuda li jekk iqimu lill-​idoli kien se jiġrilhom affarijiet ħżiena. Ġosija semaʼ minn Sofonija u qiem lil Ġeħova, mhux lill-​idoli.

Ħabib ieħor taʼ Ġosija kien Ġeremija. Bejn wieħed u ieħor hu kien daqs Ġosija, u meta kienu tfal kienu jgħixu viċin taʼ xulxin. Tant kienu ħbieb tal-​qalb li meta Ġosija miet, Ġeremija kiteb għanja speċjali dwar kemm kien jimmissja lil Ġosija. Ġeremija u Ġosija għenu lil xulxin biex jagħmlu dak li hu tajjeb u biex jobdu lil Ġeħova.

Ġosija u Ġeremija għenu lil xulxin biex jagħmlu dak li hu tajjeb

X’tistaʼ titgħallem mill-​eżempju taʼ Ġosija?— Anki meta Ġosija kien għadu tifel żgħir, ried jagħmel dak li hu tajjeb. Kien jaf li l-​ħbieb tiegħu kellhom ikunu nies li jħobbu lil Ġeħova. Kun ċert li tagħżel ħbieb li jħobbu lil Ġeħova u li jistgħu jgħinuk tagħmel dak li hu tajjeb!

AQRA MILL-​BIBBJA TIEGĦEK

  • 2 Kronaki 33:21-25; 34:1, 2; 35:25

MISTOQSIJIET:

  • Min kien missier Ġosija? Għamel hu dak li hu tajjeb?

  • Ġosija x’ried jagħmel anki meta kien tifel żgħir?

  • X’kien jisimhom tnejn mill-​ħbieb taʼ Ġosija?

  • X’tistaʼ titgħallem mill-​eżempju taʼ Ġosija?

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja