LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • yc lezzjoni 9 pp. 20-21
  • Ġeremija ma waqafx jitkellem dwar Ġeħova

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Ġeremija ma waqafx jitkellem dwar Ġeħova
  • Għallem lil Uliedek
  • Materjal Simili
  • Ġeħova jibgħat lil Ġeremija jipprietka
    Lezzjonijiet li tista’ titgħallem mill-Bibbja
  • “Jien Poġġejtlek Kliemi f’Fommok”
    Il-Kelma t’Alla Għalina Permezz taʼ Ġeremija
  • “Ma Nistax Noqgħod Sieket”
    Il-Kelma t’Alla Għalina Permezz taʼ Ġeremija
  • “Int Għidilhom Din il-​Kelma”
    Il-Kelma t’Alla Għalina Permezz taʼ Ġeremija
Ara Iżjed
Għallem lil Uliedek
yc lezzjoni 9 pp. 20-21

LEZZJONI 9

Ġeremija ma waqafx jitkellem dwar Ġeħova

Ġeremija mdawwar b’nies irrabjati

In-nies għala huma rrabjati maʼ Ġeremija?

Ġeremija jittellaʼ minn ħofra fonda mimlija tajn

Ġeħova salva lil Ġeremija

Kultant in-​nies jidħqu bina jew jirrabjaw magħna meta nkellmuhom dwar Ġeħova. Dan jistaʼ jġegħelna nkunu rridu nieqfu nitkellmu dwar Alla. Inti ġieli ħassejtek hekk?— Il-​Bibbja tgħidilna dwar żagħżugħ li kien iħobb lil Ġeħova imma li kważi waqaf jitkellem dwaru. Kien jismu Ġeremija. Ejja nitgħallmu iktar dwaru.

Meta Ġeremija kien żagħżugħ, Ġeħova qallu li kellu jwissi lin-​nies biex ma jibqgħux jagħmlu affarijiet ħżiena. Dan kien diffiċli ħafna għal Ġeremija u beżaʼ. Hu qal lil Ġeħova: ‘Ma nafx x’naqbad ngħid. Għadni tifel.’ Imma Ġeħova qallu: ‘Tibżax. Se ngħinek jien.’

Allura Ġeremija beda jwissi lin-​nies li jekk ma jinbidlux kienu se jiġu kkastigati. Taħseb li n-​nies għamlu dak li qal Ġeremija?— Le. Huma daħqu bih jew irrabjaw ħafna miegħu. Xi wħud anki riedu joqtluh! Kif taħseb li ħassu Ġeremija?— Beżaʼ u qal: ‘Mhux se nibqaʼ nitkellem dwar Ġeħova.’ Imma veru qataʼ qalbu?— Le. Tant ħabb lil Ġeħova li ma setax jieqaf jitkellem dwaru. U minħabba li Ġeremija ma qatax qalbu, Ġeħova pproteġieh.

Pereżempju, darba xi rġiel ħżiena waddbu lil Ġeremija f’ħofra fonda mimlija tajn. Ma kellux ikel jew ilma. Dawk l-​irġiel riedu jħallu lil Ġeremija hemmhekk biex imut. Imma bl-​għajnuna taʼ Ġeħova, hu ħarab!

X’tistaʼ titgħallem mill-​eżempju taʼ Ġeremija?— Għalkemm kultant beżaʼ, hu ma waqafx jitkellem dwar Ġeħova. Meta titkellem dwar Ġeħova, in-​nies forsi jidħqu bik jew jirrabjaw miegħek. Forsi tibda tistħi jew anki tibżaʼ. Imma tiqafx titkellem dwar Ġeħova. Hu dejjem se jgħinek, bħalma għen lil Ġeremija.

AQRA MILL-​BIBBJA TIEGĦEK

  • Ġeremija 1:4-8; 20:7-9; 26:8-19, 24; 38:6-13

MISTOQSIJIET:

  • Ġeħova x’qallu biex jagħmel lil Ġeremija?

  • Ġeremija għala kważi waqaf jitkellem dwar Ġeħova?

  • Ġeħova kif għen lil Ġeremija?

  • X’tgħallimt mill-​eżempju taʼ Ġeremija?

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja