LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • hf sezzjoni 2 pp. 6-8
  • Kunu leali lejn xulxin

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Kunu leali lejn xulxin
  • Il-familja tiegħek tista’ tkun ferħana
  • Sottitli
  • Materjal Simili
  • 1 AGĦTI PRIJORITÀ LIŻ-ŻWIEĠ TIEGĦEK
  • 2 ĦARES LIL QALBEK
  • Duru lejn Alla għal żwieġ hieni
    Il-familja tiegħek tista’ tkun ferħana
  • Wara l-ġurnata tat-tieġ
    Kif tibqa’ fl-imħabba t’Alla
  • Żomm l-Impenn fiż-Żwieġ Tiegħek
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2009
  • Ittratta lil Sieħbek fiż-Żwieġ bir-Rispett
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2011
Ara Iżjed
Il-familja tiegħek tista’ tkun ferħana
hf sezzjoni 2 pp. 6-8
Raġel qed jiftaħ il-bieba tal-karozza għal martu hekk kif iżommilha l-umbrella biex ma tixxarrabx

It-2 Taqsima

Kunu leali lejn xulxin

“Dak li Alla għaqqad flimkien ħa ma jifirdu ebda bniedem.”—Marku 10:9

Ġeħova jirrikjedi li aħna ngħożżu l-​lealtà. (Salm 18:25) Dan hu speċjalment importanti fiż-​żwieġ tiegħek għax fejn m’hemmx lealtà, m’hemmx fiduċja. U l-​fiduċja hi essenzjali biex l-​imħabba tikber.

Illum, il-​lealtà fiż-​żwieġ tinsab fil-​periklu. Biex tipproteġi ż-​żwieġ tiegħek, trid tkun determinat li tagħmel żewġ affarijiet.

1 AGĦTI PRIJORITÀ LIŻ-ŻWIEĠ TIEGĦEK

DAK LI TGĦID IL-BIBBJA: ‘Aċċerta ruħek minn dak li hu iktar importanti.’ (Filippin 1:10) Iż-​żwieġ tiegħek hu wieħed mill-​iktar affarijiet importanti f’ħajtek. Dan jixraqlu li jingħata prijorità.

Ġeħova jridek tiffoka fuq il-​persuna l-​oħra fiż-​żwieġ u ‘tgawdu l-​ħajja’ flimkien. (Ekkleżjasti 9:9) Hu jagħmilha ċara li qatt m’għandkom tittraskuraw lil xulxin, imma minflok it-​tnejn li intom għandkom tfittxu modi kif tferrħu lil xulxin. (1 Korintin 10:24) Agħmel lis-​sieħeb jew lis-​sieħba tiegħek tħossha bżonjuża u apprezzata.

Raġel jieħu tè lil martu; raġel jasal id-dar u jsib lil martu ssajjar

DAK LI TISTAʼ TAGĦMEL:

  • Agħmel ċert li tqattgħu ħin flimkien regolarment, billi tagħtu lil xulxin l-​attenzjoni sħiħa tagħkom

  • Taħsibx fik imma fikom it-​tnejn

Raġel u martu jqattgħu ħin flimkien f’piknik

2 ĦARES LIL QALBEK

DAK LI TGĦID IL-​BIBBJA: “Kulmin jibqaʼ jħares lejn mara biex jixtieqha jkun diġà għamel adulterju magħha f’qalbu.” (Mattew 5:28) Jekk xi ħadd jibqaʼ jaħseb dwar affarijiet immorali, sa ċertu punt, ma jkunx leali lejn iż-​żwieġ tiegħu.

Ġeħova jgħid li għandek bżonn ‘tħares lil qalbek.’ (Proverbji 4:23; Ġeremija 17:9) Biex tagħmel hekk, trid toqgħod b’sebaʼ għajnejn għal dak li tara. (Mattew 5:29, 30) Segwi l-​eżempju tal-​patrijarka Ġob, li għamel patt m’għajnejh biex qatt ma jħares b’xenqa lejn mara oħra. (Ġob 31:1) Kun determinat li qatt ma tara l-​pornografija. U kun deċiż li ma jkollok ebda relazzjoni romantika maʼ persuna li mhijiex il-​mara jew ir-​raġel tiegħek.

Raġel għandu ritratt taʼ martu fuq id-desk tax-xogħol

DAK LI TISTAʼ TAGĦMEL:

  • Ħalli lil oħrajn jaraw ċar li int leali għalkollox lejn il-​mara jew ir-​raġel tiegħek

  • Ikkunsidra s-​sentimenti tal-​persuna l-​oħra fiż-​żwieġ, u temm minnufih kwalunkwe relazzjoni li ġġegħelha tħossha skomda

AGĦMEL DAK LI TISTAʼ INT

Kun onest miegħek innifsek, u agħraf id-​dgħufijiet tiegħek. (Salm 15:2) Toqgħodx tiddejjaq titlob l-​għajnuna. (Proverbji 1:5) Jekk ikollok ħsibijiet immorali, ibqaʼ ġġildilhom. Taqtax qalbek. (Proverbji 24:16) Ġeħova se jbierek l-​isforzi tiegħek biex tibqaʼ leali lejn martek jew żewġek.

SAQSI LILEK INNIFSEK . . .

  • Kif nistaʼ nqattaʼ iktar ħin maʼ żewġi jew marti?

  • Il-​persuna l-​oħra fiż-​żwieġ hija l-​aqwa ħabiba tiegħi?

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja