LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • hf sezzjoni 8 pp. 26-28
  • Meta sseħħ xi traġedja

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Meta sseħħ xi traġedja
  • Il-familja tiegħek tista’ tkun ferħana
  • Sottitli
  • Materjal Simili
  • 1 STRIEĦ FUQ ĠEĦOVA
  • 2 ĦU ĦSIEB TIEGĦEK INNIFSEK U TAʼ FAMILTEK
  • 3 FITTEX L-GĦAJNUNA LI GĦANDEK BŻONN
  • Mistoqsijiet mill-​qarrejja
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova (Studju)—2017
  • Kif Tkampa ma’ Problema taʼ Saħħa li Ma Kontx Qed Tistennieha
    Iktar Suġġetti
  • Dejjem afda f’Ġeħova!
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2015
  • Ġeħova Jimpurtah mill-Poplu Tiegħu
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova (Studju)—2022
Ara Iżjed
Il-familja tiegħek tista’ tkun ferħana
hf sezzjoni 8 pp. 26-28
Raġel u martu mnikktin minħabba li tilfu t-tarbija tagħhom fil-mewt

It-8 Taqsima

Meta sseħħ xi traġedja

“Qed tithennew ħafna, għalkemm issa, għal ftit żmien, jekk għandu jkun hekk, qed titnikktu b’diversi provi.”—1 Pietru 1:6

Minkejja li tagħmel l-​aħjar li tistaʼ biex ikollok żwieġ u familja ferħana, jistgħu jinqalgħu xi affarijiet mhux mistennijin li jagħmluhielek diffiċli biex tibqaʼ ferħan. (Ekkleżjasti 9:11) Alla bi mħabba jipprovdilna għajnuna meta niffaċċjaw diffikultajiet. Jekk tapplika l-​prinċipji Skritturali li ġejjin, int u l-​familja tiegħek se tkunu tistgħu tkampaw, anki meta tħabbtu wiċċkom mal-​iktar sitwazzjonijiet diffiċli.

1 STRIEĦ FUQ ĠEĦOVA

DAK LI TGĦID IL-BIBBJA: ‘Itfaʼ l-​ansjetà kollha tiegħek fuqu, għax hu jimpurtah minnek.’ (1 Pietru 5:7) Dejjem ftakar li qatt mhu t-​tort t’Alla meta jkollok xi inkwiet. (Ġakbu 1:13) Hekk kif tersaq qrib lejh, hu se jgħinek bl-​aħjar mod possibbli. (Isaija 41:10) ‘Ferraʼ qalbek quddiemu.’—Salm 62:8.

Se ssib taʼ faraġ ukoll li taqra u tistudja l-​Bibbja kuljum. B’hekk, se tesperjenza kif Ġeħova “jfarraġna fit-​tribulazzjoni kollha tagħna.” (2 Korintin 1:3, 4; Rumani 15:4) Hu jwiegħed li jagħtik “il-​paċi t’Alla li tisboq kull ħsieb.”—Filippin 4:6, 7, 13.

Raġel f’sodda tal-isptar jitlob maʼ familtu

DAK LI TISTAʼ TAGĦMEL:

  • Itlob lil Ġeħova biex jgħinek tibqaʼ kalm u taħseb b’mod ċar

  • Ikkunsidra l-​għażliet tiegħek kollha u agħżel l-​aħjar waħda għalik

2 ĦU ĦSIEB TIEGĦEK INNIFSEK U TAʼ FAMILTEK

DAK LI TGĦID IL-​BIBBJA: “Qalb dak li għandu l-​abbiltà li jifhem tikseb l-​għarfien, u widnet l-​għorrief tipprova ssib l-​għarfien.” (Proverbji 18:15) Ikseb il-​fatti kollha. Sir af x’jeħtieġ kull membru tal-​familja tiegħek. Tkellem magħhom u ismagħhom.—Proverbji 20:5.

Xi ngħidu jekk imut xi ħadd għażiż? Toqgħodx tiddejjaq tesprimi kif qed tħossok. Ftakar li anki “Ġesù qabiżlu d-​dmugħ.” (Ġwanni 11:35; Ekkleżjasti 3:4) Li tistrieħ u torqod biżżejjed hu importanti wkoll. (Ekkleżjasti 4:6) Dan se jagħmilhielek iktar faċli biex tkampa maʼ sitwazzjoni stressanti.

DAK LI TISTAʼ TAGĦMEL:

  • Tistenniex li sseħħ xi traġedja biex tiħodha drawwa li tikkomunika maʼ familtek. B’hekk, meta jinqalgħu xi problemi, se jħossuhom komdi jitkellmu miegħek

  • Tkellem m’oħrajn li forsi għaddew minn sitwazzjoni simili

3 FITTEX L-GĦAJNUNA LI GĦANDEK BŻONN

DAK LI TGĦID IL-​BIBBJA: “Ħabib veru jħobb il-​ħin kollu; huwa ħu mwieled għal meta jkun hemm in-​niket.” (Proverbji 17:17) Ħbiebek ikunu jridu jgħinuk imma forsi ma jkunux jafu x’għandhom jagħmlu. Iżżommx lura milli tgħidilhom dak li verament għandek bżonn. (Proverbji 12:25) Ukoll, fittex għajnuna spiritwali mingħand dawk li għandhom fehma tajba tal-​Bibbja. Il-​gwida li jistgħu jagħtuk mill-​Bibbja se tgħinek.—Ġakbu 5:14.

Se ssib l-​għajnuna li għandek bżonn meta tissieħeb regolarment maʼ nies li tassew għandhom fidi f’Alla u li jafdaw fil-​wegħdi tiegħu. Se ssib faraġ kbir ukoll meta tgħin lil oħrajn li għandhom bżonn l-​inkuraġġiment. Aqsam magħhom il-​fidi li għandek f’Ġeħova u fil-​wegħdi tiegħu. Żomm ruħek okkupat billi tgħin lil nies fil-​bżonn, u tinqatax għalik waħdek imma ibqaʼ qrib taʼ dawk li jħobbuk u jimpurtahom minnek.—Proverbji 18:1; 1 Korintin 15:58.

DAK LI TISTAʼ TAGĦMEL:

  • Tkellem maʼ ħabib tal-​qalb u ħallih jgħinek

  • Kun speċifiku u onest dwar dak li għandek bżonn

TIFFOKAX BISS FUQ IT-TRAĠEDJA

Anki jekk tħoss li ma tiflaħx għal iktar, żomm moħħok iffokat fuq Alla. Matul it-​tribulazzjonijiet tiegħu, Ġob qal: “Ħa jkompli jkun imbierek isem Ġeħova.” (Ġob 1:21, 22) Bħal Ġob, poġġi l-​isem taʼ Ġeħova u r-​rieda tiegħu qabel l-​inkwiet tiegħek. Meta l-​affarijiet ma jiġux kif tkun tixtieq int, taqtax qalbek. Afda lil Alla għalkollox. “‘Jien naf il-​ħsibijiet li qed naħseb dwarkom,’ hija l-​kelma taʼ Ġeħova, ‘ħsibijiet taʼ paċi, mhux taʼ ħsara, sabiex nagħtikom futur u tama.’”—Ġeremija 29:11.

SAQSI LILEK INNIFSEK . . .

  • Lil Ġeħova nafdah għalkollox, anki f’affarijiet żgħar?

  • Liema raġunijiet għandi biex nirringrazzja lil Ġeħova kuljum għat-​tjubija tiegħu?

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja