Għanja 140
Il-ħajja taʼ pijunier
- Hekk kif jisbaħ jum ġdid, għalkemm għadn’ għajjenin, - Xorta mmorru inxandru - għax nobdu qegħdin lill-Ħallieq. - U fit-talb nitolbuh jgħinna nibqgħu henjin, - Għax hemm min jieqaf ftit, - w oħrajn jibqgħu mexjin tul it-triq. - (KOR) - Għalik ngħixu, O Jah. - Mill-qalb nagħżlu dit-triq. - Kulma titlob mingħandna nagħmluh. - Nissaportu fix-xogħ’l, - Kemm jekk xita jew xemx. - Dan hu mod kif kuljum ngħidu lkoll: “Inħobbuk.” 
- U fit-tmiem taʼ kull jum, meta x-xemx tinżel sew, - Għalkemm ferm għajjenin - xorta se nithennew żgur fil-qalb. - B’din il-ħajja kburin, dejjem nagħtu l-aħjar. - Ngħidu grazzi kuljum - ’l Alla għal barkiet kbar f’tagħna t-talb. - (KOR) - Għalik ngħixu, O Jah. - Mill-qalb nagħżlu dit-triq. - Kulma titlob mingħandna nagħmluh. - Nissaportu fix-xogħ’l, - Kemm jekk xita jew xemx. - Dan hu mod kif kuljum ngħidu lkoll: “Inħobbuk.” 
(Ara wkoll Ġoż. 24:15; Salm 92:2; Rum. 14:8.)