Għanja 142
Nippritkaw lil kull xorta taʼ bnedmin
- Lill-Alla tagħna rridu nimitaw, - U bħalu qatt ma nħarsu lejn l-uċuħ. - Hu jrid isalva lil kull tip taʼ nies; - Minn qalbu żgur kulħadd huwa milqugħ. - (KOR) - Mhux il-wiċċ jew minn fejn hu, - Imma l-qalb l’ hi taʼ valur. - Il-Kelma t’Alla għand kulħadd tinġieb. - U kull poplu hu prezzjuż, - B’hekk inxandru b’mod żeluż: - “Kull bniedem m’Alla jistaʼ jagħmel ħbieb.” 
- Inkellmu n-nies ġejjin minn fejn ġejjin, - U qatt ma nuru il-parzjalità. - Ġeħova jgħarbel dak li hemm fil-qalb - U fiha jfittex għas-sinċerità. - (KOR) - Mhux il-wiċċ jew minn fejn hu, - Imma l-qalb l’ hi taʼ valur. - Il-Kelma t’Alla għand kulħadd tinġieb. - U kull poplu hu prezzjuż, - B’hekk inxandru b’mod żeluż: - “Kull bniedem m’Alla jistaʼ jagħmel ħbieb.” 
- Dawk li jibżgħu minn Alla w jagħmlu s-sew - Żgur minn Ġeħova jkunu maħbubin. - Dan tgħallimnieh u rridu li nxandruh, - W hekk nagħmlu maʼ kull xorta taʼ bnedmin. - (KOR) - Mhux il-wiċċ jew minn fejn hu, - Imma l-qalb l’ hi taʼ valur. - Il-Kelma t’Alla għand kulħadd tinġieb. - U kull poplu hu prezzjuż, - B’hekk inxandru b’mod żeluż: - “Kull bniedem m’Alla jistaʼ jagħmel ħbieb.” 
(Ara wkoll Ġw. 12:32; Atti 10:34, 35; 1 Tim. 4:10; Titu 2:11.)