LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • jy kap. 2 p. 12-p. 13 para. 10
  • Ġesù jiġi onorat qabel ma jitwieled

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Ġesù jiġi onorat qabel ma jitwieled
  • Ġesù—It-triq, il-verità, u l-ħajja
  • Materjal Simili
  • Onorat Qabel Ma Twieled
    L-Aqwa Bniedem li Qatt Għex
  • L-anġlu Gabrijel iżur lil Marija
    Lezzjonijiet li tista’ titgħallem mill-Bibbja
  • Anġlu Jżur lil Marija
    Il-Ktieb Tiegħi taʼ Stejjer mill-Bibbja
  • “Ara! L-Ilsira ta’ Ġeħova!”
    Imita l-Fidi Tagħhom
Ara Iżjed
Ġesù—It-triq, il-verità, u l-ħajja
jy kap. 2 p. 12-p. 13 para. 10

KAPITLU 2

Ġesù jiġi onorat qabel ma jitwieled

LUQA 1:34-56

  • MARIJA ŻŻUR LILL-​QARIBA TAGĦHA ELIŻABETTA

Wara li l-​anġlu Gabrijel jgħid lill-​mara żagħżugħa Marija li se jkollha iben jismu Ġesù u li se jsaltan għal dejjem, Marija tistaqsi: “Kif jistaʼ jkun dan, ladarba mhux qed ikolli x’naqsam maʼ raġel?”—Luqa 1:34.

“L-​ispirtu qaddis jiġi fuqek,” iwieġeb Gabrijel, “u l-​qawwa mingħand l-​Iktar Għoli tgħattik bid-​dell tagħha. Għal din ir-​raġuni wkoll dak li jitwieled jissejjaħ qaddis, Bin Alla.”—Luqa 1:35.

Forsi biex jgħin lil Marija taċċetta l-​messaġġ tiegħu, Gabrijel iżid jgħid: “Ara! Il-​qariba tiegħek Eliżabetta wkoll nisslet iben, fi xjuħitha, u dan hu s-​sitt xahar tat-​tqala tagħha, dik li għaliha kienu jgħidu li ma jistax ikollha tfal; għax għal Alla l-​ebda ħaġa li jgħid m’hi impossibbli.”—Luqa 1:36, 37.

Marija taċċetta dak li qal Gabrijel, kif nistgħu naraw mit-​tweġiba tagħha. “Ara! L-​ilsira taʼ Ġeħova!” tgħid hi. “Ħa jsir minni skond dak li għedt.”—Luqa 1:38.

Meta Gabrijel jitlaq, Marija tipprepara biex tmur iżżur lil Eliżabetta, li tgħix maʼ żewġha, Żakkarija, ħdejn Ġerusalemm fl-​għoljiet tal-​Lhudija. Minn Nazaret, fejn toqgħod Marija, dan il-​vjaġġ jistaʼ jieħu madwar tlett ijiem jew erbgħa.

Marija fl-​aħħar tasal fid-​dar taʼ Żakkarija. Hekk kif tidħol, hi ssellem lill-​qariba tagħha Eliżabetta. F’dak il-​waqt, Eliżabetta timtela bl-​ispirtu qaddis, u hi tgħid lil Marija: “Imbierka int fost in-​nisa, u mbierek il-​frott taʼ ġufek! U kif għandi dan il-​privileġġ, li tiġi għandi omm il-​Mulej tiegħi? Għax, ara! Malli wasal f’widnejja l-​ħoss tat-​tislima tiegħek, it-​tarbija f’ġufi qabżet b’hena kbir.”—Luqa 1:42-​44.

Marija mbagħad turi li hi grata mill-​qalb billi twieġeb: “Ruħi tfaħħar bil-​kbir lil Ġeħova, u l-​ispirtu tiegħi ma jistax ma jithenniex b’Alla s-​Salvatur tiegħi; għax hu ħares lejn l-​istat umli taʼ l-​ilsira tiegħu. Għax, ara! Minn issa ’l quddiem il-​ġenerazzjonijiet kollha jgħiduli hienja; għax l-​Alla l-​Qawwi għamel miegħi għemejjel kbar.” Nistgħu naraw li minkejja l-​approvazzjoni li tintwera, Marija tagħti l-​unur kollu lil Alla. Hi tgħid: “Ismu hu qaddis; u minn ġenerazzjonijiet għal ġenerazzjonijiet juri l-​ħniena tiegħu maʼ dawk li jibżgħu minnu.”—Luqa 1:46-​50.

Bi kliem profetiku mnebbaħ, Marija tkompli tfaħħar lil Alla billi tgħid: “Hu wera s-​setgħa taʼ driegħu, xerred barra l-​pajjiż lil dawk li huma suppervi fl-​intenzjoni taʼ qlubhom. Niżżel lil nies taʼ poter minn fuq it-​tron u eżalta lil dawk taʼ pożizzjoni baxxa; xebbaʼ għalkollox bil-​ġid lill-​imġewħin u bagħat lill-​għonja b’idhom vojta. Għen lil Israel il-​qaddej tiegħu, biex ifakkar il-​ħniena, bħalma qal lil missirijietna, lil Abraham u lil nislu, għal dejjem.”—Luqa 1:51-​55.

Għal madwar tliet xhur, Marija toqgħod maʼ Eliżabetta, x’aktarx biex tgħinha matul dawn l-​aħħar ġimgħat tat-​tqala taʼ Eliżabetta. Kemm hi ħaġa sabiħa li dawn iż-​żewġ nisa leali, li t-​tnejn qed iġorru tarbija bl-​għajnuna t’Alla, jistgħu jkunu flimkien matul dan iż-​żmien taʼ ħajjithom!

U nnota l-​unur li ngħata Ġesù saħansitra qabel ma twieled. Eliżabetta sejħitlu “l-​Mulej tiegħi,” u t-​tarbija f’ġufha “qabżet b’hena kbir” meta waslet Marija. Dan hu differenti ferm minn kif oħrajn iktar tard jittrattaw lil Marija u t-​tifel tagħha li kien għad irid jitwieled, kif se naraw.

  • Gabrijel x’jgħid li jgħin lil Marija tifhem kif se toħroġ tqila?

  • Ġesù kif jiġi onorat qabel ma jitwieled?

  • Marija kemm iddum maʼ Eliżabetta, u għala tagħmel hekk?

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja