LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • jy kap. 73 p. 172-p. 173 para. 1
  • Samaritan juri li tassew iħobb lil proxxmu

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Samaritan juri li tassew iħobb lil proxxmu
  • Ġesù—It-triq, il-verità, u l-ħajja
  • Materjal Simili
  • Samaritan taʼ Qalb Tajba
    L-Aqwa Bniedem li Qatt Għex
  • Samaritan taʼ Qalb Tajba
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1990
  • Nitgħallmu Nuru Qalb Tajba
    Tgħallem mill-Għalliem il-Kbir
  • Samaritan Jagħti Prova li Hu Proxxmu Tajjeb
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1998
Ara Iżjed
Ġesù—It-triq, il-verità, u l-ħajja
jy kap. 73 p. 172-p. 173 para. 1

KAPITLU 73

Samaritan juri li tassew iħobb lil proxxmu

LUQA 10:25-​37

  • KIF TIRET IL-​ĦAJJA TAʼ DEJJEM

  • SAMARITAN QALBU TAJBA

Waqt li Ġesù għadu viċin Ġerusalemm, diversi Lhud imorru għandu. Xi wħud iridu jitgħallmu minnu u oħrajn iridu jgħadduh minn prova. Wieħed minnhom, espert fil-​Liġi, jagħmillu din il-​mistoqsija: “Għalliem, xi rrid nagħmel biex niret il-​ħajja taʼ dejjem?”—Luqa 10:25.

Ġesù jinduna li r-​raġel mhuwiex sempliċement qed jistaqsi għal informazzjoni. Hu forsi qed jipprova jġiegħel lil Ġesù jwieġeb b’tali mod li joffendi lil-​Lhud. Ġesù jinduna li dan ir-​raġel diġà għandu ħarsa deċiża lejn dan is-​suġġett. Allura b’mod għaqli jwieġeb b’tali mod li jġiegħel lir-​raġel jikxef kif jaħsibha hu.

Ġesù jistaqsi: “X’hemm miktub fil-​Liġi? Kif taqraha?” Dan ir-​raġel studja l-​Liġi t’Alla, allura jibbaża t-​tweġiba tiegħu fuqha. Hu jikkwota minn Dewteronomju 6:5 u Levitiku 19:18 billi jgħid: “‘Ħobb lil Ġeħova Alla tiegħek b’qalbek kollha u b’ruħek kollha u b’saħħtek kollha u b’moħħok kollu,’ u, ‘lill-​proxxmu tiegħek bħalek innifsek.’” (Luqa 10:26, 27) Hija din ir-​risposta?

Ġesù jgħid lir-​raġel: “Tajjeb wiġibt; ‘ibqaʼ agħmel dan u tikseb il-​ħajja.’” Imma d-​diskussjoni ma tispiċċax hemm. Ir-​raġel mhuwiex kuntent b’din it-​tweġiba; hu ‘jrid juri li hu raġel sewwa,’ biex ikollu konferma li l-​ħarsa tiegħu hi korretta u b’hekk ikun ġustifikat bil-​mod kif jittratta lil oħrajn. Allura jistaqsi: “Min tassew hu l-​proxxmu tiegħi?” (Luqa 10:28, 29) Din il-​mistoqsija li tidher sempliċi fiha ħafna x’tomgħod. F’liema sens?

Il-​Lhud jemmnu li l-​kelma “proxxmu” tapplika biss għal dawk li jsegwu t-​tradizzjonijiet Lhud, u forsi jidher li Levitiku 19:18 jappoġġa dan. Infatti, xi ħadd Lhudi forsi jsostni li saħansitra jmur “kontra l-​liġi” li tissieħeb maʼ xi ħadd mhux Lhudi. (Atti 10:28) B’hekk, dan ir-​raġel u forsi xi wħud mid-​dixxipli taʼ Ġesù stess iqisu lilhom infushom ġusti jekk jittrattaw lil-​Lhud sħabhom bil-​qalb tajba. Imma jistgħu jittrattaw lil xi ħadd mhux Lhudi bl-​aħrax, għax jaħsbu li hu mhuwiex verament “proxxmu” tagħhom.

Ġesù kif jistaʼ jikkoreġi din il-​ħarsa mingħajr ma joffendi lil dan ir-​raġel u lil-​Lhud oħrajn? Dan jagħmlu billi jirrakkonta storja: “Wieħed raġel kien nieżel minn Ġerusalemm lejn Ġeriko u waqaʼ f’idejn il-​ħallelin, li neżżgħuh, sawtuh u telqu, u ħallewh nofsu mejjet.” Ġesù jkompli: “B’kumbinazzjoni, minn dik it-​triq kien nieżel qassis, imma, meta rah, qasam għan-​naħa l-​oħra. Bl-​istess mod, wieħed Levita wkoll, meta wasal fuq il-​post u rah, qasam għan-​naħa l-​oħra. Imma wieħed Samaritan li kien għaddej minn dik it-​triq wasal ħdejh u, malli rah, ħassu mqanqal u tħassru.”—Luqa 10:30-​33.

Ir-​raġel li Ġesù qed jirrakkontalu l-​istorja żgur li jaf li ħafna qassisin u Leviti li jgħinu fit-​tempju jgħixu Ġeriko. Biex imorru lura d-​dar, iridu jgħaddu minn triq taʼ xi 23 kilometru. Din it-​triq tistaʼ tkun perikoluża għax ikun hemm il-​ħallelin jistaħbew fiha. Jekk qassis u Levita jsibu lil xi Lhudi ieħor fil-​bżonn, m’għandhomx huma jgħinuh? Fl-​istorja tiegħu, Ġesù jgħid li ħadd minnhom ma jgħinu. Imma dak li għenu kien Samaritan, raġel minn poplu li l-​Lhud jobogħdu.—Ġwanni 8:48.

Is-​Samaritan kif għen lil-​Lhudi mweġġaʼ? Ġesù jkompli jgħid: “Resaq lejh u nfaxxalu l-​ġrieħi, wara li ferraʼ ż-​żejt u l-​inbid fuqhom. Imbagħad tellgħu fuq il-​bhima tiegħu, ħadu f’lukanda, u ħa ħsiebu. U l-​għada ħareġ żewġ dinari, tahom lil tal-​lukanda, u qallu, ‘Ħu ħsiebu, u dak li tonfoq minbarra dan, irroddhulek meta nerġaʼ niġi hawnhekk.’”—Luqa 10:34, 35.

Wara li jlesti l-​istorja, l-​Għalliem tas-​Sengħa, Ġesù, jistaqsi lir-​raġel din il-​mistoqsija li tqanqal il-​ħsieb: “Minn dawn it-​tlieta, min jidhirlek int li għamilha taʼ proxxmu għar-​raġel li waqaʼ f’idejn il-​ħallelin?” Forsi r-​raġel ma jħossux komdu jgħidlu “s-​Samaritan,” allura jgħid: “Dak li aġixxa bil-​ħniena miegħu.” Ġesù mbagħad jagħmel it-​tagħlima tal-​istorja tiegħu ċara daqs il-​kristall billi jħeġġeġ: “Mur u agħmel l-​istess int ukoll.”—Luqa 10:36, 37.

X’metodu taʼ tagħlim effettiv! Li kieku Ġesù qabad u qal lir-​raġel li anki nies mhux Lhud huma l-​proxxmu tiegħu, ir-​raġel u l-​Lhud l-​oħra li kienu qed jisimgħu kienu se jaċċettaw dan? X’aktarx li le. Madankollu, billi jirrakkonta storja sempliċi, b’dettalji li s-​semmiegħa jistgħu jifhmu, it-​tweġiba għall-​mistoqsija, “Min tassew hu l-​proxxmu tiegħi?” tidher ovvja. L-​individwu li juri mħabba u qalb tajba kif tikkmanda l-​Iskrittura juri li hu proxxmu li tassew iħobb.

  • X’tistaʼ tkun ir-​raġuni għala wieħed raġel jistaqsi lil Ġesù dwar kif jistaʼ jikseb il-​ħajja taʼ dejjem?

  • Il-​Lhud min jemmnu li hu l-​proxxmu tagħhom, u għala?

  • Ġesù kif juri b’mod ċar min hu l-​proxxmu tagħna?

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja