LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • od kap. 15 pp. 157-161
  • Nibbenefikaw minn sottomissjoni teokratika

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Nibbenefikaw minn sottomissjoni teokratika
  • Organizzati biex Nagħmlu r-Rieda ta’ Ġeħova
  • Sottitli
  • Materjal Simili
  • ASPETTI TAʼ SOTTOMISSJONI TEOKRATIKA
  • X’Teħtieġ Minna s-Sottomissjoni Lejn Alla
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1993
  • Sottomissjoni Lejn Alla—Għala u Minn Min?
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1993
  • Xi Jfisser li Tkun il-Kap tad-Dar?
    Stenbaħ!—2004
  • L-Awtorità taʼ Min Għandek Int Tirrikonoxxi?
    Għarfien Li Jwassal Għall-Ħajja Taʼ Dejjem
Ara Iżjed
Organizzati biex Nagħmlu r-Rieda ta’ Ġeħova
od kap. 15 pp. 157-161

KAPITLU 15

Nibbenefikaw minn sottomissjoni teokratika

IS-​SOTTOMISSJONI lejn Alla, is-​Sovran Universali, hi essenzjali jekk irridu nkunu organizzati biex nagħmlu r-​rieda taʼ Ġeħova. Aħna nirrikonoxxu l-​istat taʼ kap taʼ Ibnu fuq il-​kongregazzjoni Kristjana u wkoll nosservaw il-​prinċipju tal-​istat taʼ kap f’aspetti oħra tal-​ħajja. Sottomissjoni teokratika bħal din tibbenefika lil kull min hu konċernat.

2 L-​idea taʼ sottomissjoni lejn l-​awtorità ġiet introdotta lill-​bnedmin fil-​ġnien tal-​Għeden. Tagħmel parti mill-​kmandi t’Alla li nsibu f’​Ġenesi 1:28 u 2:16, 17. Ħlejjaq inferjuri kellhom ikunu sottomessi lejn il-​bnedmin, u Adam u Eva kellhom jissottomettu ruħhom lejn ir-​rieda u l-​awtorità t’Alla. L-​ubbidjenza lejn din l-​awtorità divina kienet se tirriżulta fil-​paċi u l-​ordni. Il-​prinċipju tal-​istat taʼ kap jiġi enfasizzat iktar tard fl-​1 Korintin 11:3. L-​appostlu Pawlu kiteb: “Irridkom tkunu tafu li l-​kap taʼ kull raġel hu l-​Kristu; u l-​kap tal-​mara hu r-​raġel; u l-​kap tal-​Kristu hu Alla.” Dan jindika li f’dan l-​arranġament, kulħadd hu sottomess lejn kap ħlief Ġeħova.

3 Il-​biċċa l-​kbira min-​nies illum ma jirrikonoxxux jew ma josservawx il-​prinċipju tal-​istat taʼ kap. Għala? L-​inkwiet beda fl-​Għeden meta l-​ġenituri tal-​umanità għażlu apposta li ma jibqgħux taħt l-​istat taʼ kap sovran t’Alla. (Ġen. 3:4, 5) Madankollu, ma kisbux libertà ikbar. Minflok, saru suġġettati għal ħliqa spirtu mill-​agħar, Satana x-​Xitan. L-​ewwel irvell biegħed lill-​bnedmin minn Alla. (Kol. 1:21) B’hekk, il-​maġġuranza tal-​bnedmin illum għadhom taħt il-​qawwa tal-​Ħażin.—1 Ġw. 5:19.

4 Billi tgħallimna l-​verità tal-​Kelma t’Alla u aġixxejna fuqha, ħriġna minn taħt l-​influwenza taʼ Satana. Bħala Xhieda dedikati u mgħammdin, naċċettaw lil Ġeħova bħala s-​Sovran taʼ ħajjitna. Naqblu mas-​Sultan David, li rrikonoxxa lil Ġeħova bħala “Kap fuq kulħadd.” (1 Kron. 29:11) Iva, aħna nistqarru umilment: “Kunu afu li Ġeħova hu Alla. Hu li għamilna, u mhux aħna nfusna. Aħna l-​poplu tiegħu u n-​nagħaġ tal-​mergħa tiegħu.” (Salm 100:3) Aħna nirrikonoxxu li Ġeħova hu grandjuż u li jixraqlu s-​sottomissjoni totali tagħna, ladarba hu ħalaq kollox. (Riv. 4:11) Bħala ministri tal-​Alla l-​veru, aħna nsegwu lil Ġesù Kristu, li waqqaf l-​eżempju perfett taʼ sottomissjoni lejn Alla.

5 X’tgħallem Ġesù minn dak li sofra meta kien fuq l-​art? Ebrej 5:8 jgħid: “Għalkemm kien Iben, tgħallem l-​ubbidjenza minn dak li sofra.” Iva, Ġesù baqaʼ sottomess lealment lejn Missieru tas-​sema, anki meta ffaċċja l-​provi. Iżjed minn hekk, Ġesù m’għamel xejn minn rajh. Ma tkellimx minnu nnifsu; lanqas ma fittex il-​glorja tiegħu stess. (Ġw. 5:19, 30; 6:38; 7:16-​18) Matul il-​ministeru tiegħu, hu tgħaxxaq jagħmel ir-​rieda taʼ Missieru, avolja dan ġablu oppożizzjoni u persekuzzjoni. (Ġw. 15:20) Minkejja dan, Ġesù wera sottomissjoni lejn Alla. Hu “umilja ruħu” saħansitra sal-​“mewt fuq zokk tat-​tortura.” Il-​frott tas-​sottomissjoni sħiħa tiegħu lejn Ġeħova kien premjanti b’ħafna modi, għax irriżulta fis-​salvazzjoni eterna għall-​bnedmin, eżaltazzjoni għalih innifsu, u glorja għal Missieru.—Flp. 2:5-​11; Ebr. 5:9.

ASPETTI TAʼ SOTTOMISSJONI TEOKRATIKA

6 Meta nissottomettu ruħna lejn Alla billi nagħmlu r-​rieda tiegħu, niskansaw ħafna mill-​ansjetajiet u l-​frustrazzjonijiet li jiġu fuq dawk li jirrifjutaw li jissottomettu ruħhom lejn is-​sovranità taʼ Ġeħova. L-​avversarju tagħna, ix-​Xitan, il-​ħin kollu jipprova jiblagħna. Se nesperjenzaw ħelsien minn dan il-​ħażin jekk nieħdu waqfa kontrih u numiljaw ruħna quddiem Ġeħova f’sottomissjoni minn rajna.—Mt. 6:10, 13; 1 Pt. 5:6-​9.

7 Fil-​kongregazzjoni Kristjana, aħna nirrikonoxxu l-​istat taʼ kap taʼ Kristu u l-​awtorità li hu ta lill-​“ilsir leali u għaqli.” Dan jeffettwa l-​attitudni u l-​kondotta tagħna lejn xulxin. Is-​sottomissjoni lejn Alla fil-​kongregazzjoni se tqanqalna nkunu ubbidjenti lejn il-​Kelma t’Alla fl-​aspetti kollha tal-​qima tagħna. Din l-​ubbidjenza tinkludi l-​ministeru tagħna, l-​attendenza għal u l-​parteċipazzjoni tagħna fil-​laqgħat, ir-​relazzjoni tagħna mal-​anzjani, u l-​kooperazzjoni tagħna mal-​arranġamenti organizzazzjonali.—Mt. 24:45-​47; 28:19, 20; Ebr. 10:24, 25; 13:7, 17.

8 Is-​sottomissjoni tagħna lejn Alla tikkontribwixxi għall-​paċi, is-​sigurtà, u l-​ordni tal-​kongregazzjoni Kristjana. Il-​kwalitajiet taʼ Ġeħova huma riflessi fis-​sudditi tiegħu. (1 Kor. 14:33, 40) L-​esperjenza tagħna stess mal-​organizzazzjoni taʼ Ġeħova wasslet biex tqanqalna nesprimu sentimenti bħal dawk tas-​Sultan David. Wara li ra l-​kuntrast li kien hemm bejn il-​qaddejja taʼ Ġeħova u dawk mill-​agħar, David esklama bil-​ferħ: “Hieni l-​poplu li Alla tiegħu hu Ġeħova!”—Salm 144:15.

9 Fl-​arranġament taż-​żwieġ u l-​istruttura tal-​familja, “il-​kap tal-​mara hu r-​raġel.” Fl-​istess ħin, l-​irġiel għandhom ikunu sottomessi lejn Kristu, waqt li l-​kap taʼ Kristu hu Alla. (1 Kor. 11:3) In-​nisa għandhom ikunu sottomessi lejn żwieġhom, u t-​tfal lejn il-​ġenituri tagħhom. (Efes. 5:22-​24; 6:1) Ikun hemm il-​paċi meta kull membru tal-​familja jsegwi l-​prinċipju tal-​istat taʼ kap.

10 Raġel miżżewweġ għandu jeżerċita l-​istat taʼ kap bi mħabba, billi jimita lil Kristu. (Efes. 5:25-​29) Meta ma jabbużax mill-​istat taʼ kap jew ma jabbandunahx, il-​mara u t-​tfal jieħdu pjaċir ikunu sottomessi lejh. L-​irwol tal-​mara miżżewġa hu dak taʼ waħda li tgħin, jew komplement. (Ġen. 2:18) Billi tappoġġa u tirrispetta lil żewġha bil-​paċenzja, hi tikseb il-​favur tiegħu u ġġib tifħir lil Alla. (1 Pt. 3:1-​4) Meta l-​irġiel u n-​nisa miżżewġin isegwu l-​pariri tal-​Bibbja dwar l-​istat taʼ kap, jagħtu eżempju lil uliedhom f’li jkunu sottomessi lejn Alla.

Is-​sottomissjoni teokratika teffettwa l-​aspetti kollha tal-​ħajja

11 Li nkunu sottomessi lejn Alla jeffettwa wkoll il-​ħarsa tagħna lejn “l-​awtoritajiet superjuri,” li “tqiegħdu fil-​pożizzjonijiet relattivi tagħhom minn Alla.” (Rum. 13:1-​7) Bħala ċittadini li jobdu l-​liġijiet, il-​Kristjani jħallsu t-​taxxi, jagħtu lura “lil Ċesari dak li hu taʼ Ċesari, imma lil Alla dak li hu t’Alla.” (Mt. 22:21) Barra minn hekk, l-​arranġamenti biex jinħadem it-​territorju kollu huma skont il-​liġijiet li japplikaw tal-​protezzjoni tad-​data. Billi aħna sottomessi u ubbidjenti lejn l-​awtoritajiet stabbiliti kif xieraq f’dak kollu li ma jmurx kontra l-​liġi ġusta taʼ Ġeħova, nistgħu nidderieġu l-​isforzi u l-​enerġija tagħna lejn ix-​xogħol tal-​ippritkar.—Mk. 13:10; Atti 5:29.

12 Is-​sottomissjoni teokratika teffettwa l-​aspetti kollha tal-​ħajja. Bl-​għajnejn tal-​fidi, naraw il-​jum meta l-​umanità kollha tkun sottomessa lejn Alla Ġeħova. (1 Kor. 15:27, 28) Kemm se jkunu mberkin dawk li bil-​ferħ jirrikonoxxu s-​sovranità taʼ Ġeħova u li jibqgħu sottomessi lejh għall-​eternità kollha!

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja