LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • rj parti 5 pp. 12-15
  • Erġgħu lura “għand ir-ragħaj u l-indokratur taʼ ruħkom”

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Erġgħu lura “għand ir-ragħaj u l-indokratur taʼ ruħkom”
  • Erġaʼ lura għand Ġeħova
  • Materjal Simili
  • “Erġgħu Lura Lejja”
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova (Studju)—2020
  • Hu se jsaħħek
    Kanta mill-qalb lil Ġeħova
  • Hu Se Jsaħħek
    Għannu lil Ġeħova
  • Int Prezzjuż Ħafna għal Ġeħova!
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova (Studju)—2021
Ara Iżjed
Erġaʼ lura għand Ġeħova
rj parti 5 pp. 12-15

PARTI 5

Erġgħu lura “għand ir-​ragħaj u l-​indokratur taʼ ruħkom”

Mill-​isfidi li ssemmew f’dan il-​browxer, esperjenzajt int xi waħda minnhom? Jekk iva, m’intix waħdek. Ħafna qaddejja leali t’Alla—kemm fiż-​żmien tal-​Bibbja kif ukoll fi żmienna—kellhom sfidi simili. Bħalma huma ġew megħjunin minn Ġeħova biex jegħlbu dawn l-​isfidi, anki int tistaʼ tingħata din l-​għajnuna.

Ġeħova se jkun hemm għalik hekk kif terġaʼ lura għandu

KUN ċert li Ġeħova se jkun hemm għalik hekk kif terġaʼ lura għandu. Hu se jgħinek tkampa mal-​ansjetà, ma tibqax tħossok imweġġaʼ, u ssib il-​paċi tal-​moħħ u tal-​qalb li ġġib magħha kuxjenza nadifa. Imbagħad forsi terġaʼ tħossok imqanqal taqdi lil Ġeħova mal-​aduraturi sħabek. Is-​sitwazzjoni tiegħek se tkun bħal dik taʼ xi Kristjani tal-​ewwel seklu. Lil dawn l-​appostlu Pietru kitbilhom: “Kontu bħal nagħaġ, mitlufin; imma issa ġejtu lura għand ir-​ragħaj u l-​indokratur taʼ ruħkom.”—1 Pietru 2:25.

Li terġaʼ lura għand Ġeħova żgur li hi l-​aħjar ħaġa li tistaʼ tagħmel. Għala? Għax se tferraħ il-​qalb taʼ Ġeħova. (Proverbji 27:11) Bħalma taf, Ġeħova għandu sentimenti, allura dak li nagħmlu jeffettwah. M’għandniex xi ngħidu, Ġeħova ma jisforzaniex biex inħobbuh u naqduh. (Dewteronomju 30:19, 20) Meta nqimu lil Ġeħova għax inħobbuh, inkunu qed nuru x’hemm f’qalbna. U b’hekk, inkunu qed nagħtuh għotja prezzjuża—l-​integrità tagħna—u nferrħulu qalbu. Infatti, xejn ma jistaʼ jitqabbel mal-​ferħ li nħossu meta nagħtu lil Ġeħova l-​qima li tixraqlu.—Atti 20:35; Rivelazzjoni 4:11.

Oħt Kristjana inattiva tiġi milqugħa mill-qalb lura fil-kongregazzjoni

Iktar minn hekk, meta terġaʼ tibda tqim lil Ġeħova, se tissodisfa l-​bżonn spiritwali tiegħek. (Mattew 5:3) B’liema mod? Xi nies madwar id-​dinja jistaqsu, ‘Għala qegħdin hawn?’ Huma qed ifittxu b’ħerqa t-​tweġibiet għall-​mistoqsijiet dwar l-​iskop tal-​ħajja. Il-​bnedmin għandhom dan il-​bżonn spiritwali għax Ġeħova hekk ħalaqhom. Hu għamilna b’tali mod li nsibu sodisfazzjon f’li naqduh. Xejn ma jistaʼ jagħmilna iktar kuntenti mill-​fatt li nkunu nafu li qed inqimu lil Ġeħova għax inħobbuh!—Salm 63:1-​5.

Jekk jogħġbok kun żgur li Ġeħova jridek terġaʼ lura għandu. Kif tistaʼ tkun ċert? Aħseb ftit: Dan il-​browxer ġie ppreparat bir-​reqqa u b’ħafna talb. Inġieb għal attenzjoni tiegħek, forsi minn xi anzjan Kristjan jew xi sieħeb ieħor fit-​twemmin. Imbagħad int tqanqalt taqrah u taġixxi fi qbil mal-​messaġġ li fih. Dan kollu hu prova li Ġeħova ma nsiekx. Għall-​kuntrarju, hu qiegħed jiġbdek bil-​ħlewwa lejh.—Ġwanni 6:44.

Il-​ħsieb li Ġeħova qatt ma jinsa lill-​qaddejja tiegħu li tbiegħdu minnu jistaʼ jagħtina l-​faraġ. Oħt jisimha Donna apprezzat dan il-​ħsieb. Hi tgħid: “Jien tbegħedt mill-​verità ftit ftit, imma spiss kont nirrifletti fuq Salm 139:23, 24, li jgħid: ‘Fittex fija, O Alla, u sir af lil qalbi. Eżaminani, u sir af il-​ħsibijiet li jinkwetawni, u ara jekk hemmx fija triq mimlija wġigħ, u mexxini fit-​triq dejjiema.’ Kont naf li posti ma kienx fid-​dinja—qatt ma ħassejtni komda hemmhekk—u kont naf li l-​organizzazzjoni taʼ Ġeħova kienet il-​post fejn kelli nkun. Bdejt nara li Ġeħova qatt ma kien telaqni; kelli biss nerġaʼ lura għandu. U kemm jien kuntenta li għamilt dan!”

“Bdejt nara li Ġeħova qatt ma kien telaqni; kelli biss nerġaʼ lura għandu”

Hija x-​xewqa sinċiera tagħna li anki int terġaʼ tesperjenza “l-​ferħ taʼ Ġeħova.” (Neħemija 8:10) Qatt mhu se jiddispjaċik jekk terġaʼ lura għand Ġeħova.

Tweġibiet għall-​mistoqsijiet li għandek dwar li terġaʼ lura għand Ġeħova

MINN FEJN SE NAQBAD NIBDA?

Oħt Kristjana inattiva qed taqra l-Bibbja

Xi ħadd li għamel żmien marid fiżikament għandu mnejn ikollu jerġaʼ jaqbad ir-​rutina tiegħu taʼ kuljum bil-​mod il-​mod. Bl-​istess mod, int tistaʼ tissaħħaħ bħala Kristjan billi tipprova tieħu minn tal-​inqas ftit ikel spiritwali kuljum. Tħossx li għandek tagħmel kollox f’daqqa. Forsi tistaʼ tqattaʼ ftit minuti taqra l-​Bibbja jew tismaʼ rekording tagħha, tistudja xi ktieb minn tagħna, tfittex fuq il-​Websajt jw.org/mt, jew tara wieħed mill-​programmi li hemm fuq jw.org. Ukoll, ipprova mur laqgħa tal-​kongregazzjoni malajr kemm jistaʼ jkun. Fuq kollox, itlob lil Ġeħova għall-​għajnuna. ‘Itfaʼ l-​ansjetà kollha tiegħek fuqu, għax hu jimpurtah minnek.’—1 Pietru 5:7.

“Wara li ma bqajtx nattendi l-​laqgħat u noħroġ fil-​ministeru, bdejt insibha bi tqila anki biex nitlob. Meta rabbejt il-​kuraġġ biex nitlob, iltqajt m’anzjan mill-​kongregazzjoni lokali. Hu għenni napprezza li Ġeħova ma kienx qataʼ qalbu minni. L-​anzjan tani l-​parir biex nibda billi naqra l-​Bibbja kuljum. Meta għamilt hekk, ksibt is-​saħħa biex nerġaʼ nibda mmur il-​laqgħat. Maż-​żmien, erġajt bdejt nieħu sehem fil-​ministeru. Kemm jien ferħana li Ġeħova qatt ma qataʼ qalbu minni.”—Eeva.

IL-​KONGREGAZZJONI KIF SE TILQAGĦNI?

Tistaʼ tkun ċert li l-​membri tal-​kongregazzjoni se jagħtuk merħba mill-​qalb. Minflok ma se jikkritikawk jew jiġġudikawk, huma se juru l-​imħabba li għandhom għalik u jagħmlu kulma jistgħu biex jinkuraġġuk.—Ebrej 10:24, 25.

“Bdejt nistħi mmur is-​Sala tas-​Saltna. Bdejt nhewden dwar kif kienu se jilqgħuni l-​aħwa. Meta mort, waħda minn ħutna mdaħħlin fiż-​żmien li tiftakarni meta kont nattendi 30 sena ilu, qaltli, ‘Merħba lura, ibni!’ Dan tassew messli qalbi. Ħassejt li kont lura maʼ familti.”—Javier.

“Mort is-​Sala tas-​Saltna u qgħadt bilqiegħda fl-​aħħar ringiela sabiex ħadd ma jinduna bija. Però, ħafna bdew jagħrfuni minn meta kont nattendi bħala tifel. L-​aħwa tant laqgħuni u ħaddnuni b’affezzjoni li ħassejt paċi kbira ferm. Ħassejtni bħallikieku kont irritornajt id-​dar.”—Marco.

L-​ANZJANI KIF SE JGĦINUNI?

L-​anzjani se jittrattawk b’qalb tajba. Se jfaħħruk għax-​xewqa li għandek li terġaʼ tkebbes “l-​imħabba li kellek fil-​bidu.” (Rivelazzjoni 2:4) Huma se juru ħniena miegħek u jgħinuk tikkoreġi kwalunkwe żball li stajt għamilt, u dan se jagħmluh “bi spirtu taʼ ħlewwa.” (Galatin 6:1; Proverbji 28:13) L-​anzjani għandhom mnejn jagħmlu arranġamenti biex xi ħadd jistudja miegħek, forsi minn xi ktieb bħal Għix Ħajja Ferħana għal Dejjem! jew “Ersaq Qrib Lejn Jehovah.” Kun ċert li l-​anzjani se jfarrġuk u jappoġġawk f’kull pass li tagħmel.—Isaija 32:1, 2.

“Matul it-​tmien snin li kont inattiv, l-​anzjani baqgħu jipprovaw jgħinuni. Darba minnhom, anzjan urieni xi ritratti li kien ħa tagħna t-​tnejn. Dawn tant ġabuli memorji sbieħ li xxennaqt għall-​ferħ li kont inħoss meta kont naqdi lil Ġeħova. L-​anzjani bi mħabba għenuni nerġaʼ naqbad rutina spiritwali.”—Victor.

“Hu se jsaħħek”

Żewġ aħwa nisa qed ikantaw flimkien f’laqgħa tal-kongregazzjoni

Il-​ktieb tal-​għanjiet Kanta mill-qalb lil Ġeħova, fih għadd t’għanjiet li jmissu l-​qalb u li jistgħu jfarrġuk u jinkuraġġuk hekk kif terġaʼ ssir regolari fl-​attivitajiet spiritwali tiegħek. Pereżempju, ikkunsidra l-​kliem tal-​għanja numru 38. Din hi bbażata fuq l-​1 Pietru 5:10 u għandha t-​titlu “Hu se jsaħħek.”

  1. Mhux għalxejn Alla lilek tak il-​verità;

    Sejjaħlek minn ġod-​dlam għad-​dawl sabiħ.

    Dan kien għax f’qalbek ra kemm xtaqt int b’mod ħerqan

    Li tfittxu w tagħmel kulm’hu sew bis-​sħiħ.

    Fit-​talb wegħʼdtu li tagħmel li jrid hu;

    Kif għenek qabel jibqaʼjgħinek żgur.

  2. Lill-maħbub Ibnu, Alla tah mill-​qalb għalik;

    Tirnexxi jridek żgur, meta tqis dan.

    La ma żammx lura l-​għotja t’Ibnu tant għażiż,

    Bla dubju jagħtik saħħa b’mod kotran.

    Xi mħabba w fidi wrejt hu ma jinsiex.

    Lil dawk li huma Tiegħu jieħu ħsieb.

    (RITORNELL)

    Ta’ Alla issa inti, għax xtrak Hu b’demm Ġesù.

    Għalhekk se jissodak u jsaħħek; ċert int kun.

    Iħarsek u jmexxik kif għamel dejjem żgur hu.

    Tassew se jissodak u jsaħħek; ċert int kun.

Sing to Jehovah—⁠Vocal Renditions

Biex tismaʼ din l-​għanja u għanjiet tas-​Saltna oħrajn bl-​Ingliż, skenja l-​kodiċi jew idħol jw.org.

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja