LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • lfb lezzjoni 35 p. 86
  • Ħanna titlob biex ikollha tifel

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Ħanna titlob biex ikollha tifel
  • Lezzjonijiet li tista’ titgħallem mill-Bibbja
  • Materjal Simili
  • Fetħet Qalbha m’Alla bit-Talb
    Imita l-Fidi Tagħhom
  • Kif Anna Sabet il-Paċi
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2007
  • Ħalli lil Ġeħova Jgħinek Tibqaʼ Kalm
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova (Studju)—2020
  • Tifel Żgħir Jaqdi lil Alla
    Il-Ktieb Tiegħi taʼ Stejjer mill-Bibbja
Ara Iżjed
Lezzjonijiet li tista’ titgħallem mill-Bibbja
lfb lezzjoni 35 p. 86
Ħanna tippreżenta liċ-ċkejken Samwel lil Għeli fit-tabernaklu

LEZZJONI 35

Ħanna titlob biex ikollha tifel

Raġel Iżraeli jismu Elkana kellu żewġ nisa, Ħanna u Peninna, imma hu kien iħobb l-​iktar lil Ħanna. Peninna kienet tinki lil Ħanna l-​ħin kollu għax hi kellha ħafna tfal u Ħanna ma kellhiex. Kull sena, Elkana kien jieħu lill-​familja tiegħu biex iqimu fit-​tabernaklu f’Silo. Darba waħda, meta kienu hemmhekk, hu nnota li l-​maħbuba tiegħu Ħanna kienet imdejqa ħafna. Hu qalilha: ‘Ħanna, jekk jogħġbok, tibkix. Int għandek lili u jien inħobbok.’

Ftit wara, Ħanna marret biex titlob waħedha. Waqt li kienet qed titlob lil Ġeħova biex jgħinha, hi ma setgħetx tieqaf tibki. Hi wegħditu: ‘Ġeħova, jekk tagħtini tifel, jien nagħtih lilek, u hu jaqdik tul ħajtu kollha.’

Il-Qassis il-Kbir Għeli jara lil Ħanna tibki waqt li qed titlob

Il-​Qassis il-​Kbir Għeli ra lil Ħanna tibki ħafna, u hu ħaseb li kienet fis-​sakra. Ħanna qaltlu: ‘Le, sidi, jien m’iniex fis-​sakra. Jien għandi sitwazzjoni diffiċli, u qed niftaħ qalbi maʼ Ġeħova.’ Għeli rrealizza li żbalja u qalilha: ‘Jalla Alla jagħtik dak li tixtieq.’ Ħanna ħassitha aħjar u telqet. Inqas minn sena wara, hi kellha tifel u semmietu Samwel. Tistaʼ timmaġina kemm kienet ferħana Ħanna?

Ħanna qatt ma nsiet il-​wegħda li kienet għamlet maʼ Ġeħova. Hekk kif ma baqgħetx treddaʼ lil Samwel, Ħanna ħaditu biex jibda jaqdi fit-​tabernaklu. Hi qalet lil Għeli: ‘Dan hu t-​tifel li kont tlabt biex ikolli. Jien se nagħtih lil Ġeħova biex jaqdi Lilu l-​jiem kollha taʼ ħajtu.’ Kull sena, Elkana u Ħanna kienu jmorru jaraw lil Samwel u jiħdulu libsa ġdida bla kmiem. Ġeħova ta lil Ħanna tliet subien oħra u żewġt ibniet.

“Ibqgħu itolbu, u jingħatalkom; ibqgħu fittxu, u ssibu.”—Mattew 7:7

Mistoqsijiet: Ħanna għala kienet imdejqa ħafna? Ġeħova kif bierek lil Ħanna?

1 Samwel 1:1-28; 2:1-11, 18-21

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja