Introduzzjoni għal sezzjoni 4
Din is-sezzjoni tlaqqagħna maʼ Ġużeppi, Ġob, Mosè, u l-Iżraelin. Ilkoll issaportew ħafna waqt l-attakki tax-Xitan. Xi wħud minnhom ġew trattati ħażin, mitfugħin il-ħabs, kienu lsiera, u anke batew minħabba l-mewt f’daqqa tal-maħbubin tagħhom. Minkejja dan, Ġeħova pproteġiehom b’diversi modi. Jekk int ġenitur, għin lil bintek jew lil ibnek biex jifhem kif dawn il-qaddejja taʼ Ġeħova ma tilfux il-fidi minkejja li sofrew affarijiet mill-agħar.
Ġeħova bagħat l-Għaxar Kastigi biex juri li hu iktar setgħan mill-allat kollha tal-Eġittu. Għinhom jaraw kif Ġeħova pproteġa lill-poplu tiegħu fil-passat u kif jagħmel dan anke llum.