Introduzzjoni għal sezzjoni 9
Din is-sezzjoni tgħallimna dwar uħud żgħar fl-età, profeti, u slaten li wrew fidi kbira f’Ġeħova. Fis-Sirja, tifla żgħira Iżraelija kellha fidi li l-profeta taʼ Ġeħova setaʼ jfejjaq lil Nagħman. Il-profeta Eliżew kien konvint li Ġeħova kien se jipproteġih mill-armata tal-għadu. Il-Qassis il-Kbir Ġeħojada rriskja ħajtu biex jipproteġi liċ-ċkejken Ġeħogħas minn nanntu Għatalija, li kienet kattiva. Is-Sultan Ħeżekija wera fidi li Ġeħova kien se jsalva lil Ġerusalemm, u ma beżax minn dak li kienu se jagħmlulhom l-Assirjani. Is-Sultan Ġosija neħħa l-idolatrija mill-art, irranġa t-tempju, u għen lill-poplu jdur lura lejn il-qima vera.