GĦANJA 106
Nikkultivaw il-kwalità tal-imħabba
Edizzjoni Stampata
1. Lejn Alla nersqu f’talb b’umiltà,
Biex tiegħu nuru kull kwalità.
L-imħabba żgur l-akbar hi fost dawn,
Bl-ispirtu tiegħu nikkultivaw.
Kull għerf, talent, kuraġġ, ħafna xogħ’l
Ma jiswa xejn jekk ma tħobbx ukoll.
Nitolbu għal din l-imħabba lkoll;
Li nuru b’kliemna w b’għemilna wkoll.
2. L-imħabba ma tiġbidx lejha biss,
F’ħaddieħor taħseb hi, kif imiss.
Din ma thewdinx fuq kull ħsieb ħażin,
Però iġġib maħfra kif mgħallmin.
L-imħabba tgħatti n-nuqqasijiet;
Iġġorr għalkollox it-tagħbijiet.
Fl-inkwiet, l-imħabba tinsiex, fil-fatt,
Għax tiflaħ kollox; ma tbatti qatt.
(Ara wkoll Ġw. 21:17; 1 Kor. 13:13; Gal. 6:2.)