LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • lff lezzjoni 11
  • Kif Se Tibbenefika l-Iżjed Meta Taqra l-Bibbja?

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Kif Se Tibbenefika l-Iżjed Meta Taqra l-Bibbja?
  • Għix Ħajja Ferħana għal Dejjem!—Il-Bibbja Turik Kif
  • Sottitli
  • Materjal Simili
  • TGĦALLEM IŻJED
  • XI DDISKUTEJNA?
  • ARA IŻJED
  • Nibbenefikaw mill-Qari taʼ Kuljum tal-Bibbja
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1995
  • Agħmel Ħiltek fil-Qari
    Ibbenefika mill-Edukazzjoni tal-Iskola tal-Ministeru Teokratiku
  • Kif Nistaʼ Nagħmel il-Qari tal-Bibbja Iktar taʼ Gost?
    Stenbaħ!—2001
  • Il-Qari tal-Bibbja—Taʼ Siwi u Pjaċevoli
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2000
Ara Iżjed
Għix Ħajja Ferħana għal Dejjem!—Il-Bibbja Turik Kif
lff lezzjoni 11
Lezzjoni 11. Mara taqra l-Bibbja wara li lestiet tonxor il-ħwejjeġ.

LEZZJONI 11

Kif Se Tibbenefika l-​Iżjed Meta Taqra l-​Bibbja?

Edizzjoni Stampata
Edizzjoni Stampata
Edizzjoni Stampata

Ġieli ridt tibda proġett kbir imma ħassejt li kien diffiċli wisq? Forsi kellek taqsam il-​proġett f’biċċiet żgħar biex ikun iżjed faċli għalik. Dan hu l-​istess meta tiġi biex taqra l-​Bibbja. Forsi ssaqsi, ‘Minn fejn se nibda?’ F’din il-​lezzjoni se niddiskutu xi punti sempliċi li se jgħinuk tieħu pjaċir taqra l-​Bibbja u tistudjaha.

1. Għala għandna naqraw il-​Bibbja b’mod regolari?

Xi ħadd li b’mod regolari jaqra l-​Bibbja, jiġifieri “l-​liġi taʼ Ġeħova,” se jkun ferħan u jkollu ħajja aħjar. (Aqra Salm 1:​1-​3.) Tistaʼ forsi tibda billi taqra għal ftit minuti kuljum. Iktar ma ssir taf il-​Bibbja, iktar se tieħu pjaċir taqraha.

2. Xi trid tagħmel biex tibbenefika mill-​Bibbja?

Biex nibbenefikaw minn dak li qed naqraw, hemm bżonn li nieqfu u nimmeditaw. Għalhekk, irridu naqrawha u ‘nimmeditaw fuqha.’ (Ġożwè 1:8) Int u taqra, saqsi dawn it-​tip taʼ mistoqsijiet: ‘Dan x’qed jgħidli dwar Alla Ġeħova? Kif nistaʼ nuża dak li qed naqra fil-​ħajja taʼ kuljum? Kif nistaʼ nuża dawn il-​versi biex ngħin lil oħrajn?’

3. Meta jkun l-​aħjar għalik biex taqra l-​Bibbja?

Issibha diffiċli biex twarrab il-​ħin għall-​qari tal-​Bibbja? Ħafna jsibuha diffiċli. ‘Uża l-​ħin bl-​aħjar mod.’ (Efesin 5:16) Dan tistaʼ tagħmlu billi twarrab xi ħin kuljum biex taqra l-​Bibbja. Xi nies jippreferu kmieni filgħodu. Oħrajn jippreferu iżjed tard, forsi waqt il-​brejk. Terġaʼ oħrajn jippreferu filgħaxija qabel jorqdu. Xi jkun l-​aħjar għalik?

TGĦALLEM IŻJED

Sir af kif tistaʼ tagħmel il-​qari tal-​Bibbja tiegħek iktar interessanti. Tgħallem kif tipprepara sew għall-​istudju tal-​Bibbja. Meta tipprepara se titgħallem iżjed.

Grupp taʼ Stampi: Tifel maż-żmien jitgħallem jiekol il-ħaxix. 1. It-tifel jilgħab bl-ikel. 2. Iżjed tard it-tifel jiekol il-ħaxix. 3. Meta jikber it-tifel jieħu pjaċir jiekol il-ħaxix.

Bħalma tistaʼ tibda tieħu pjaċir tiekol affarijiet differenti, tistaʼ tibda tieħu pjaċir taqra l-Bibbja

4. Kif tistaʼ tieħu pjaċir taqra l-​Bibbja?

Forsi ma jkunx faċli għalik biex tibda taqra l-​Bibbja. Imma tistaʼ tibda tieħu pjaċir taqraha, bħalma tistaʼ tibda tieħu pjaċir tiekol affarijiet li qatt ma pprovajt qabel. Aqra l-​1 Pietru 2:​2, u mbagħad iddiskuti:

  • Jekk taqra l-​Bibbja kuljum, għala taħseb li se tieħu pjaċir taqraha?

Ara l-​VIDJOW biex tara kif xi nies bdew jieħdu pjaċir jaqraw il-​Bibbja. Imbagħad iddiskuti l-​mistoqsijiet li ġejjin.

VIDJOW: Żgħażagħ jitgħallmu jħobbu l-​Kelma t’Alla (5:​33)

  • Fil-​vidjow, iż-​żgħażagħ x’sabu li kien qed itellifhom milli jaqraw il-​Bibbja?

  • X’għenhom biex jibqgħu jaqraw il-​Bibbja b’mod regolari?

  • X’għamlu biex jieħdu pjaċir iżjed jaqraw il-​Bibbja?

Ideat li jistgħu jgħinuk:

  • Agħżel Bibbja b’lingwa moderna u li tistaʼ toqgħod fuqha. Ipprova aqra t-​Traduzzjoni tad-​Dinja l-​Ġdida.

  • Ibda aqra l-​iżjed rakkonti li jogħġbuk. Biex tgħinek, ara ċ-​ċart “Ideat Biex Taqra l-​Bibbja Kuljum.”

  • Ħu nota taʼ xi qrajt. Uża ċ-​ċart “Fejn Wasalt Biex Naqra l-​Bibbja Kollha” f’dan il-​ktieb.

  • Uża l-​app tal-​JW Library®. Din l-​app tistaʼ tużaha fuq il-​mowbajl jew tablet. Tkun fejn tkun, tistaʼ tużaha biex taqra jew tismaʼ l-​Bibbja b’lingwi differenti.

  • Uża l-​ktieb Gwida għall-​istudju tal-​Kelma t’Alla. Fih hemm mapep u ċarts li jistgħu jgħinuk tieħu pjaċir taqra l-​Bibbja iżjed.

5. Ipprepara għall-​istudju tal-​Bibbja tiegħek

Aqra Salm 119:​34, u mbagħad iddiskuti:

  • Għala hu tajjeb li titlob qabel taqra l-​Bibbja jew tipprepara għall-​istudju tal-​Bibbja tiegħek?

X’tistaʼ tagħmel biex tibbenefika iżjed mill-​istudju tal-​Bibbja? Int u tipprepara l-​lezzjoni, ipprova dan:

  1. Aqra l-​paragrafi kollha li hemm fil-​bidu tal-​lezzjoni.

  2. Fittex u aqra l-​iskritturi. Ipprova ara kif jaqblu mal-​paragrafu.

  3. Immarka l-​kliem li jwieġbu l-​mistoqsijiet. Dan se jgħinek tiddiskuti l-​lezzjoni maʼ min qed tistudja.

Grupp taʼ Stampi: Mara qed tipprepara għall-istudju tal-Bibbja tagħha. A. Taqra l-ewwel paġna tal-lezzjoni. B. Taqra l-iskritturi li hemm fil-paragrafi mill-Bibbja. C. Timmarka l-iżjed kliem u sentenzi importanti tal-lezzjoni.

Kont taf?

Bħala Xhieda taʼ Ġeħova użajna ħafna Bibbji differenti. Imma l-​iżjed li nużaw hi t-​Traduzzjoni tad-​Dinja l-​Ġdida ta’ l-​Iskrittura Mqaddsa għax hi taʼ min joqgħod fuqha, ċara u tuża l-​isem t’Alla.​—Ara l-​artiklu fuq jw.org “Ix-​Xhieda taʼ Ġeħova għandhom il-​Bibbja tagħhom stess?”

ĦAFNA JGĦIDU: “Li tistudja u taqra l-​Bibbja hu diffiċli ħafna. Inkun għajjien wisq u m’għandix ċans biex nistudjaha.”

  • Inti x’taħseb?

XI DDISKUTEJNA?

Biex tibbenefika iżjed mill-​Bibbja, sib ħin biex taqraha, itlob biex tifhem li qed taqra, u pprepara għall-​istudju tal-​Bibbja.

X’Tgħallimt

  • X’se jgħinek tibbenefika l-​iżjed mill-​Bibbja?

  • Meta jkun tajjeb għalik biex taqra u tistudja l-​Bibbja?

  • Għala hu worth it li tipprepara għall-​istudju tal-​Bibbja?

Ipprova Dan

ARA IŻJED

Ara xi ideat li jistgħu jgħinuk biex tibbenefika iżjed mill-​qari tal-​Bibbja.

“Kif tibbenefika iktar mill-​qari tal-​Bibbja” (It-​Torri tal-​Għassa Nru. 1 2017)

Tliet suġġerimenti biex taqra l-​Bibbja.

“Il-​Bibbja kif tistaʼ tgħinni?​—L-​1 parti: Skopri x’hemm fil-​Bibbja tiegħek” (Artiklu fuq jw.org)

Sir af kif tistaʼ tieħu pjaċir taqra l-​Bibbja.

“Il-​Bibbja kif tistaʼ tgħinni?​—It-​2 parti: Kif tieħu pjaċir taqra l-​Bibbja” (Artiklu fuq jw.org)

Ara kif jistaʼ jgħinek dak li qalu xi nies li ilhom jaqraw il-​Bibbja.

Studju Personali Effettiv (2:​06)

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja