LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • lff lezzjoni 46
  • Għala Għandek Tiddedika Lilek Innifsek u Titgħammed?

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Għala Għandek Tiddedika Lilek Innifsek u Titgħammed?
  • Għix Ħajja Ferħana għal Dejjem!—Il-Bibbja Turik Kif
  • Sottitli
  • Materjal Simili
  • TGĦALLEM IŻJED
  • XI DDISKUTEJNA?
  • ARA IŻJED
  • Lest Biex Tiddedika Lilek Innifsek lil Ġeħova?
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova (Studju)—2024
  • Għandi niddedika ħajti lil Alla u nitgħammed?
    X’nistgħu nitgħallmu mill-Bibbja?
  • Lest Int Biex Titgħammed?
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova (Studju)—2020
  • Lest Biex Titgħammed?
    Għix Ħajja Ferħana għal Dejjem!—Il-Bibbja Turik Kif
Ara Iżjed
Għix Ħajja Ferħana għal Dejjem!—Il-Bibbja Turik Kif
lff lezzjoni 46
Lezzjoni 46. Raġel qed jitlob waħdu.

LEZZJONI 46

Għala Għandek Tiddedika Lilek Innifsek u Titgħammed?

Edizzjoni Stampata
Edizzjoni Stampata
Edizzjoni Stampata

Meta tiddedika lilek innifsek, inti twiegħed lil Ġeħova f’talba li se taqdi lilu biss u li l-​iżjed ħaġa importanti f’ħajtek hi dak li jixtieq hu. (Salm 40:8) Wara dan, inti titgħammed. B’hekk tkun qed turi lil oħrajn li ddedikajt lilek innifsek lil Ġeħova. Din hi l-​iżjed deċiżjoni importanti li nagħmlu. X’jistaʼ jgħinek biex tieħu din id-​deċiżjoni importanti?

1. Persuna għala tiddedika lilha nfisha?

Aħna niddedikaw lilna nfusna lil Ġeħova għax inħobbuh. (1 Ġwanni 4:​10, 19) Il-​Bibbja tgħidilna: “Ħobb lil Ġeħova Alla tiegħek b’qalbek kollha u b’ruħek kollha u b’moħħok kollu u b’saħħtek kollha.” (Marku 12:30) Aħna nuru li nħobbu lil Alla b’dak li ngħidu u anki b’dak li nagħmlu. Koppja li jħobbu lil xulxin jiżżewġu. Bl-​istess mod, aħna niddedikaw lilna nfusna lil Ġeħova u nitgħammdu għax inħobbuh.

2. Ġeħova kif ibierek lix-​Xhieda mgħammdin?

Meta titgħammed, issir parti mill-​familja taʼ Ġeħova. Se tkun tistaʼ tara iżjed kemm iħobbok u se ssir iżjed ħabib tiegħu. (Aqra Malakija 3:​16-​18.) Ġeħova se jsir bħal missier għalik u se tkun parti minn familja t’aħwa madwar id-​dinja li jħobbu lil Ġeħova u lilek. (Aqra Marku 10:​29, 30.) Imma għandek bżonn tagħmel xi affarijiet qabel titgħammed. Trid titgħallem dwar Ġeħova, issir tħobbu, u jkollok il-​fidi f’Ġesù. Imbagħad, tiddedika lilek innifsek lil Ġeħova. Jekk tagħmel dawn l-​affarijiet u titgħammed, se tkun tistaʼ tgħix għal dejjem. Il-​Kelma t’Alla tgħid: ‘Il-​magħmudija issa qed issalva lilkom ukoll.’​—1 Pietru 3:​21.

TGĦALLEM IŻJED

Sir af għala hu importanti li tiddedika lilek innifsek lil Ġeħova u titgħammed.

3. Kulħadd irid jiddeċiedi lil min se jaqdi

Ħafna Iżraelin fi żmien il-​Bibbja ħasbu li setgħu jaqdu lil Ġeħova u lill-​alla falz Bagħal. Ġeħova bagħat lill-​profeta Elija biex jurihom li qed jagħmlu ħażin. Aqra l-​1 Slaten 18:​21, u mbagħad iddiskuti:

  • L-​Iżraelin x’kellhom jiddeċiedu?

Aħna, bħall-​Iżraelin, irridu nagħżlu lil min se naqdu. Aqra Luqa 16:​13, u mbagħad iddiskuti:

  • Għala ma nistgħux naqdu lil Ġeħova u fl-​istess ħin lil xi ħadd ieħor jew lil xi ħaġa oħra?

  • Kif nuru lil Ġeħova li rridu naqdu lilu biss?

4. Immedita fuq kemm Ġeħova jħobbok

Grupp taʼ Stampi: Raġel jaħseb fuq x’tah Alla. 1. L-​imħabba bħalma omm tħobb it-​tarbija tagħha. 2. Ikel tajjeb bħal ħafna frott u ħaxix. 3. Il-​Bibbja. 4. Is-​sagrifiċċju taʼ Ġesù.

Ġeħova tana ħafna affarijiet sbieħ. Aħna x’nistgħu ntuh? Ara l-​VIDJOW.

VIDJOW: Ippreżenta l-​għotjiet tiegħek lil Alla (3:​04)

Ġeħova kif juri li jħobbok? Aqra Salm 104:​14, 15 u l-​1 Ġwanni 4:​9, 10, u mbagħad iddiskuti:

  • Mill-​affarijiet li tak Ġeħova liema l-​iktar li tapprezza?

  • Meta taħseb dwar l-​affarijiet li tak Ġeħova, kif tħossok dwaru?

Meta xi ħadd itina rigal li jogħġobna ħafna, inkunu rridu nuruh kemm napprezzawh. Aqra Dewteronomju 16:​17, u mbagħad iddiskuti:

  • Meta taħseb dwar l-​affarijiet kollha li Ġeħova għamel għalik, xi tħoss li għandek ittih?

5. Ġeħova se jbierkek ħafna meta tiddedika lilek innifsek

Ħafna nies jaħsbu li huma se jkunu ferħanin jekk ikunu famużi, ikollhom xogħol tajjeb jew il-​flus. Imma dan vera? Ara l-​VIDJOW, u mbagħad iddiskuti.

VIDJOW: Kont Ngħix għall-​Futbol (5:​45)

Grupp taʼ Stampi: Stampi mill-​vidjow ‘Kont Ngħix għall-​Futbol.’ 1. Andrey jerġaʼ jibda jistudja l-​Bibbja. 2. Andrey jipprietka mat-​tifla tiegħu.
  • Għalkemm il-​futboler fil-​vidjow kien jieħu pjaċir jilgħab, għala ddeċieda li jieqaf?

  • Hu ddeċieda li jagħti l-​aħjar lil Ġeħova, mhux il-​futbol. Taħseb li d-​deċiżjoni tiegħu kienet tajba? Għala taħseb hekk?

Qabel ma l-​appostlu Pawlu sar Kristjan, hu kien qed jistudja biex ikollu xogħol tajjeb ħafna. Hu kien qed jistudja l-​liġi tal-​Lhud ma’ wieħed mill-​aħjar teachers li kien hemm. Imma hu telaq kollox biex isir Kristjan. Pawlu qatt iddispjaċieh? Aqra Filippin 3:​8, u mbagħad iddiskuti:

  • Pawlu għala qal li dak li kien jagħmel qabel ma sar Kristjan kien “qabda skart”?

  • Xi rċieva minflok?

  • Ħajtek kif se tkun aħjar, meta taqdi lil Ġeħova jew meta tagħmel affarijiet oħra?

Grupp taʼ Stampi: 1. Il-​Fariżew Sawl li kien kburi. Iktar tard sar jismu Pawlu. 2. L-​appostlu Pawlu jikteb ittra lill-​Kristjani oħra.

Meta Pawlu sar Kristjan, hu rċieva ħafna iktar mill-​affarijiet li ddeċieda li jħalli warajh

ĦAFNA JGĦIDU: “Naf li din hi l-​verità, imma għadni mhux lest biex nitgħammed.”

  • Għala taħseb li jagħmel sens li tiddedika ħajtek lil Ġeħova?

XI DDISKUTEJNA?

Aħna niddedikaw lilna nfusna lil Ġeħova u nitgħammdu għax inħobbuh.

X’Tgħallimt

  • Ġeħova għala jixraqlu li nħobbuh u naqduh b’qalbna kollha?

  • Ġeħova kif ibierek lix-​Xhieda mgħammdin?

  • Int tixtieq tiddedika lilek innifsek lil Ġeħova?

Ipprova Dan

ARA IŻJED

Ara kif kantanta u raġel li kien jilgħab l-​American football għażlu li jiddedikaw lilhom infushom lil Ġeħova.

Iż-​żgħażagħ jistaqsu​—X’se nagħmel b’ħajti?​—Meta nħares lura (6:​54)

Ara raġunijiet oħra għala għandek tiddedika lilek innifsek.

“Għala Għandek Tiddedika Lilek Innifsek lil Ġeħova?” (It-​Torri tal-​Għassa, 15 taʼ Jannar 2010)

Meta tara l-​vidjow bil-​mużika, innota kemm huma ferħanin dawk li ddedikaw lilhom infushom lil Ġeħova.

I Give My Life to You (4:​30)

Fl-​istorja “Għal Ħafna Snin Saqsejt, ‘Għala Qegħdin Hawn?’” innota x’għen lil mara taħseb x’inhu l-​iżjed importanti.

“Il-​Bibbja Tbiddel il-​Ħajjiet” (Artiklu minn Torri tal-​Għassa)

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja