GĦANJA 161
Nitgħaxxaq li Nobdik
- 1. Meta Kristu telaʼ mill-ilma, - Inti għedt: ‘Dan Ibni l-prezzjuż.’ - Ftakar kulma int kont għallimtu, - U biex jobdi kien żeluż. - Hu rrifjuta kull tentazzjoni; - Issaporta bʼlealtà. - Kien għalija l-aqwa eżempju; - Baqaʼ sod fil-verità. - (RITORNELL) - O kemm nitgħaxxaq li nobdik! - Unur u glorja rrid nagħtik. - O kbir Sultan, se nwiegħdek dan: - Jien għal dejjem se naqdik. - O kemm nitgħaxxaq li nobdik! - Jien bʼlealtà nittama fik. - Int tħobbni żgur, imħabbtek tfur, - U tifħir kuljum nagħtik. - Inħobb nobdik. 
- 2. Issa sirt ħabibi, Ġeħova, - Tajtni tama verʼ għall-futur. - M’hemmx għalfejn li nibqaʼ ninkwieta; - Dak li tgħid jitwettaq żgur. - Tajtni skop mill-isbaħ għal ħajti; - Dan l-iskop ma ninsa qatt. - Maʼ oħrajn se nfaħħar lil ismek; - Se nipprietka lil kulħadd. - (RITORNELL) - O kemm nitgħaxxaq li nobdik! - Unur u glorja rrid nagħtik. - O kbir Sultan, se nwiegħdek dan: - Jien għal dejjem se naqdik. - O kemm nitgħaxxaq li nobdik! - Jien bʼlealtà nittama fik. - Int tħobbni żgur, imħabbtek tfur, - U tifħir kuljum nagħtik. - Inħobb nobdik. - O kemm inħobb nobdik! 
(Ara wkoll Slm. 40:3, 10.)