LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • lmd lezzjoni 5
  • Uri Rispett

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Uri Rispett
  • L-Imħabba Tgħinek Tagħmel Dixxipli
  • Sottitli
  • Materjal Simili
  • Dak li Għamel Pawlu
  • X’Nitgħallmu minn Pawlu?
  • Imita lil Pawlu
  • Fittxu ’l Alla u Ssibuh
    Nagħtu Xhieda bid-Dettall Dwar is-Saltna t’Alla
  • Kun Umli
    L-Imħabba Tgħinek Tagħmel Dixxipli
  • Int Kif Tqis in-Nies fit-Territorju Tiegħek?
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova (Studju)—2020
  • “Kompli Agħti Ruħek . . . għat-Tagħlim”
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2010
Ara Iżjed
L-Imħabba Tgħinek Tagħmel Dixxipli
lmd lezzjoni 5

IBDA KONVERSAZZJONI

L-appostlu Pawlu qed jirraġuna maʼ xi nies f’Ateni.

Atti 17:​22, 23

LEZZJONI 5

Uri Rispett

Prinċipju: “Ħa jkun kliemkom dejjem kollu ħlewwa.”—Kol. 4:6.

Dak li Għamel Pawlu

L-appostlu Pawlu qed jirraġuna maʼ xi nies f’Ateni.

VIDJOW: Pawlu Jipprietka lin-Nies t’Ateni

1. Ara l-VIDJOW jew aqra Atti 17:​22, 23. Imbagħad aħseb sew dwar il-mistoqsijiet li ġejjin:

  1. Pawlu kif ħassu meta ra l-affarijiet li bdew jagħmlu n-nies t’Ateni minħabba r-reliġjonijiet foloz?—Ara Atti 17:16.

  2. Minflok ma ħadha kontra n-nies t’Ateni, Pawlu kif wera rispett u uża dak li kienu jemmnu biex jagħtihom xhieda?

X’Nitgħallmu minn Pawlu?

2. X’aktarx in-nies se jkunu iktar lesti li jisimgħuna meta noqogħdu attenti x’ngħidu, kif ngħiduh, u meta ngħiduh.

Imita lil Pawlu

3. Aħseb sew x’se tgħid. Pereżempju, meta titkellem maʼ xi ħadd li mhux Kristjan, jaf ikollok bżonn tbiddel il-mod kif tintroduċi l-Bibbja jew tirreferi għal Ġesù.

4. Tikkoreġix lill-persuna mill-ewwel. Ħalliha tesprimi ruħha. Jekk tgħid xi ħaġa kontra dak li tgħallem il-Bibbja, targumentax magħha. (Ġak. 1:19) Meta tismagħha, inti se tkun taf x’temmen u għala temmen hekk.—Prov. 20:5.

5. Meta jkun possibbli aqbel mal-persuna u faħħarha. Hi jaf sinċerament taħseb li dak li temmen hu veru. Ipprova tkellem fuq affarijiet li taqblu fuqhom, imbagħad bil-mod għinha tifhem dak li tgħallem il-Bibbja.

ARA WKOLL

Prov. 25:15; 2 Tim. 2:​23-26; 1 Pt. 3:15

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja