LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • lmd lezzjoni 11
  • Għallem b’Mod Sempliċi

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Għallem b’Mod Sempliċi
  • L-Imħabba Tgħinek Tagħmel Dixxipli
  • Sottitli
  • Materjal Simili
  • Dak li Għamel Ġesù
  • X’Nitgħallmu minn Ġesù?
  • Imita lil Ġesù
  • Għin lill-Istudent tal-Bibbja Tiegħek Isir Dixxiplu Mgħammed
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova (Studju)—2021
  • Kif Tagħmel Studju tal-Bibbja bil-Ktieb “Għix Ħajja Ferħana għal Dejjem!”
    L-Imħabba Tgħinek Tagħmel Dixxipli
  • Oqgħod Attent għall-“Arti tat-Tagħlim” Tiegħek
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2008
  • Kun Preparat Sew Biex Tgħallem
    Il-Ministeru tas-Saltna—2009
Ara Iżjed
L-Imħabba Tgħinek Tagħmel Dixxipli
lmd lezzjoni 11

AGĦMEL DIXXIPLI

Ġesù qed jgħallem grupp taʼ nies fejn l-ilma. Hemm ukoll l-għasafar qed itiru u l-fjuri.

Mt. 6:​25-27

LEZZJONI 11

Għallem b’Mod Sempliċi

Prinċipju: “[Uża] kliem li jinftiehem faċilment.”—1 Kor. 14:9.

Dak li Għamel Ġesù

Ġesù qed jgħallem grupp taʼ nies fejn l-ilma. Hemm ukoll l-għasafar qed itiru u l-fjuri.

VIDJOW: B’Eżempju Ġesù Juri Kemm Ġeħova Jimpurtah Minna

1. Ara l-VIDJOW jew aqra Mattew 6:​25-27. Imbagħad aħseb sew dwar il-mistoqsijiet li ġejjin:

  1. a. Ġesù liema eżempju uża biex jurina kemm Ġeħova jimpurtah minna?

  2. b. Għalkemm Ġesù kien jaf ħafna dettalji dwar l-għasafar, liema dettall sempliċi semma? Dan għala kien mod tajjeb kif jgħallem?

X’Nitgħallmu minn Ġesù?

2. Meta ngħallmu b’mod sempliċi, in-nies se jiftakru dak li ngħallmuhom u se jaffettwahom.

Imita lil Ġesù

3. Titkellimx ħafna. Minflok ma ssemmi dak kollu li taf dwar is-suġġett, iffoka fuq il-materjal li qed tistudja. Meta ssaqsi mistoqsija, stenna bil-paċenzja għat-tweġiba. Jekk ma jkunx jaf it-tweġiba jew jgħid xi ħaġa kontra dak li tgħid il-Bibbja, uża iktar mistoqsijiet biex tgħinu jifhem. Meta l-istudent jifhem il-punt għaddi għall-punt li jmiss.

4. Uża dak li jaf l-istudent biex tgħallmu affarijiet ġodda. Pereżempju, qabel tibda l-lezzjoni dwar l-irxoxt tistaʼ ssemmi fil-qosor dak li diġà tgħallem dwar il-kundizzjoni tal-mejtin.

5. Uża l-eżempji sew. Qabel tuża eżempju staqsi lilek innifsek:

  1. a. ‘L-eżempju li se nuża sempliċi?’

  2. b. ‘L-istudent se jifhmu mill-ewwel?’

  3. ċ. ‘L-istudent se jifhem il-punt jew l-eżempju biss?’

ARA WKOLL

Mt. 11:25; Ġw. 16:12; 1 Kor. 2:1

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja