LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • wcg kap. 14 p. 70-p. 73
  • Hi Għażlet lil Ġeħova Minflok il-Poplu Tagħha

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Hi Għażlet lil Ġeħova Minflok il-Poplu Tagħha
  • B’Kuraġġ Għix Kif Jogħġob lil Alla
  • Sottitli
  • Materjal Simili
  • Fittex Iktar:
  • Aħseb Fuq Dak li Tistaʼ Titgħallem
  • Ħu l-Ħin Biex Taħseb Dwar Dawn il-Mistoqsijiet
  • Tgħallem Iktar
  • Kienet “Dikjarata Ġusta bl-Għemejjel”
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2013
  • Raħab emmnet f’Ġeħova
    Għallem lil Uliedek
  • Raħab Tat Widen għall-Aħbarijiet
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2009
  • Raħab ħbiet l-ispiji
    Lezzjonijiet li tista’ titgħallem mill-Bibbja
Ara Iżjed
B’Kuraġġ Għix Kif Jogħġob lil Alla
wcg kap. 14 p. 70-p. 73

14 RAĦAB

Hi Għażlet lil Ġeħova Minflok il-Poplu Tagħha

Edizzjoni Stampata
Edizzjoni Stampata

F’POST sabiħ u xemxi kien hemm il-belt taʼ Ġeriko. Il-Bibbja tiddeskrivi lil Ġeriko bħala “l-belt tas-siġar tal-palm.” (Dewt. 34:3) Hemmhekk, għexet prostituta li kien jisimha Raħab. Hi kienet toqgħod f’dar mibnija fuq is-sur tal-belt, u minn hemm setgħet tara veduta sabiħa. Imma ġol-belt kulma setgħet tara kienu nies imbeżżgħin u mingħajr tama. In-nies taʼ Ġeriko kienu jafu li Ġeħova kien se jgħin in-nies tiegħu biex jirbħu l-belt u jeqridhom. U Ġeħova kellu raġunijiet tajbin biex jeqridhom.

Il-poplu t’Iżrael kien ikkampjat fil-viċin. 40 sena qabel, Ġeħova kien salva l-poplu tiegħu billi qered l-armata tal-Fargħun, meta għarraqhom fil-Baħar l-Aħmar. Apparti minn hekk, iktar tard, waqt li kienu fid-deżert, Ġeħova kien ta lill-poplu tiegħu rebħiet kbar fuq ir-rejiet b’saħħithom taʼ Siħon u Og li kienu Amurrin. U issa kienu ġejjin Ġeriko għax Ġeħova ried jikkastiga lil dan il-poplu għall-affarijiet ħżiena li kienu qed jagħmlu!

Raħab kienet taf li n-nies tal-belt kienu mill-agħar. Bħala prostituta kienet qed tgħix ħajja umiljanti, u bla dubju xtaqet li tgħix ħajja aħjar. Dak li tgħallmet dwar Ġeħova mhux talli ma beżżagħhiex, imma talli taha tama. Hi fehmet li Ġeħova kien Alla li jipproteġi lill-poplu tiegħu u li jittrattahom b’rispett. Dan kien differenti ħafna mill-allat foloz li kellhom il-Kangħanin. Hi xtaqet tersaq qrib t’Alla Ġeħova għax hu kien dejjem ġust, dejjem ipproteġa n-nies tiegħu, u ttrattahom sewwa.

Darba waħda bil-lejl, żewġt irġiel li ma kinitx tafhom ħabbtulha d-dar għax kellhom bżonn xi mkien fejn joqogħdu. Raħab malajr indunat li kienu spiji Iżraelin. Imma anki r-re taʼ Ġeriko kien semaʼ bihom. Għalhekk, bagħat l-irġiel tiegħu d-dar tagħha u ordna lil Raħab biex toħroġhom. Raħab kellha tagħmel deċiżjoni li kienet se tibdlilha ħajjitha. Kienet se tagħżel li tgħin lin-nies ħżiena tal-belt tagħha jew iżżomm ma’ Ġeħova?

Raħab kienet kuraġġuża u għażlet li żżomm maʼ Ġeħova. Hi ħbiet lill-ispiji fuq il-bejt tagħha u qalet lill-irġiel tar-re li dawn iż-żewġt irġiel telqu. Imbagħad, telgħet fuq il-bejt u qalet lill-irġiel Iżraelin għala kienet salvathom. Raħab qaltilhom: “Jien naf li Ġeħova se jagħtikom l-art.” Hi wriet fidi fl-Alla tagħhom. Imbagħad Raħab qaltilhom li n-nies taʼ Ġeriko kienu qed jibżgħu ħafna mill-Iżraelin. Dan il-kliem inkuraġġihom ħafna liż-żewġ spiji. Hi talbithom biex jieħdu ħsiebha meta Ġeħova kellu jeqred il-belt permezz tal-Iżraelin.

X’għen lil prostituta biex iżżomm fuq in-naħa taʼ Ġeħova u ma tibqax tgħix ħajja immorali?

Raħab salvat l-ispiji u huma raw li hi fdat f’Ġeħova, għalhekk huma aċċettaw li jagħmlu dak li qaltilhom. Raħab u l-familja tagħha ma kinux se jiġu maqtula. L-ispiji qalulha biex ma tgħid lil ħadd li kienu hemm. Imbagħad qalulha biex iddendel ħabel aħmar mit-tieqa tad-dar tagħha li kienet fuq is-sur. Qalulha wkoll biex meta l-Iżraelin jattakkaw il-belt, tibqaʼ fid-dar tagħha. Jekk kienet se tobdi, hi u dawk li kienu fid-dar magħha kienu se jsalvaw.

Raħab qed torbot ħabel aħmar jgħajjat mat-tieqa tad-dar tagħha.

Raħab għenet lill-ispiji jaħarbu permezz taʼ ħabel li dendlet mit-tieqa tagħha. Imbagħad, għamlet eżatt bħalma qalulha biex tagħmel. Hi dendlet ħabel aħmar mit-tieqa tagħha u ma qalet lil ħadd dwar l-ispiji. Raħab kienet vera kuraġġuża għax li kieku l-irġiel tal-belt indunaw x’kienet għamlet, x’aktarx kienu joqtluha. Hi obdiet dak li qalulha l-ispiji u żammet lil tal-familja tagħha d-dar. Meta saret taf li Ġeħova waqqaf l-ilmijiet tax-Xmara Ġordan biex ikunu jistgħu jgħaddu l-Iżraelin, bla dubju Raħab kienet iktar konvinta li ħadet deċiżjoni tajba. Hekk kif l-Iżraelin immarċjaw madwar il-belt għal sebat ijiem, żgur li n-nies taʼ Ġeriko kienu mbeżżgħin ħafna. Fl-aħħar, fis-sebaʼ jum, meta l-qassisin daqqew il-qarn u l-Iżraelin għajtu, Raħab u l-familja tagħha baqgħu miġburin flimkien fid-dar tagħha u salvaw meta waqgħu s-swar tal-belt!

Wara l-gwerra, l-ispiji ħarġu lil Raħab u l-familja tagħha barra l-belt. Id-dar tagħha kienet fuq il-parti tas-sur li ma waqax. Bħalma wiegħed Ġożwè, Raħab u l-familja tagħha ġew salvati. Wara ftit żmien, Raħab saret parti mill-poplu t’Iżrael u żżewġet Iżraeli. Mijiet taʼ snin wara, l-aktar raġel kuraġġuż li qatt għex, Ġesù Kristu, ġie mil-linja tagħha. (Mat. 1:5, 16) Kemm berikha Ġeħova lil Raħab għall-fidi u l-kuraġġ li kellha!

Aqra l-istorja mill-Bibbja:

  • Ġożwè 2:1-24; 5:1; 6:14-25

  • Lhud 11:30, 31

  • Ġakbu 2:24, 25

Biex tiddiskuti:

Raħab kif uriet kuraġġ?

Fittex Iktar:

  1. 1. Iddeskrivi kif kienet il-ħajja taʼ Raħab f’Ġeriko. (w13 11/1 12 ¶4–13 ¶1)

  2. 2. Kif nafu li l-ispiji ma qagħdux fid-dar taʼ Raħab biex jagħmlu xi ħaġa immorali? (it “Prostituta” ¶16-wcgr)

  3. 3. Fuq il-bejt taʼ Raħab għala kien hemm iz-zkuk tal-kittien? Il-kittien għal xiex kien jintuża? (it “Kittien” ¶2-4-wcgr) A

    Thanks for your interest in my photos/Moment Open via Getty Images

    Stampa A: Għalqa tal-kittien

  4. 4. Raħab għala m’għamlet xejn ħażin meta qalet lill-irġiel tar-re li l-ispiji telqu mill-belt? (w04 12/1 8 ¶6) B

    Raħab qed tagħti direzzjonijiet lil żewġt irġiel tar-re.

    Stampa B

Aħseb Fuq Dak li Tistaʼ Titgħallem

  • Raħab għala kellha bżonn il-kuraġġ biex ma tibqax prostituta u tibda taqdi lil Ġeħova mal-Iżraelin? Dawk li qed jistudjaw il-Bibbja x’jistgħu jitgħallmu mill-eżempju tagħha?

  • Il-Bibbja tgħidilna biex ma nigdbux, imma xi kultant l-għedewwa tagħna jistgħu jisforzawna biex ngħidulhom affarijiet kunfidenzjali dwar ħutna. F’sitwazzjonijiet bħal dawn, x’nistgħu nitgħallmu mill-eżempju taʼ Raħab? (Prov. 11:13; Ekk. 3:7; Ef. 4:25) Ċ

Oħt bil-manetti m’idha qed tiġi interrogata minn uffiċjal tal-ħabs li qiegħed viċin tagħha waqt li hi tibqaʼ kwieta. Hu qed jipponta lejn dokumenti fuq il-mejda waqt li suldat armat qiegħed għassa.

Stampa Ċ

Stampa Ċ

  • B’liema modi oħra tistaʼ timita l-kuraġġ li wriet Raħab?

Ħu l-Ħin Biex Taħseb Dwar Dawn il-Mistoqsijiet

  • Din l-istorja x’tgħallimni dwar Ġeħova?

  • Din l-istorja kif inhi marbuta mal-iskop taʼ Ġeħova?

  • Meta Ġeħova jirxoxta lil Raħab, x’nixtieq nistaqsiha?

Tgħallem Iktar

Mill-istorja taʼ Raħab, x’nitgħallmu dwar kif nistgħu nsalvaw meta jiġi l-jum taʼ Ġeħova?

“Fejn Għandek Tkun Meta Jiġi t-Tmiem?” (w09 5/15 6-8)

Uża din l-istorja tal-Bibbja bl-istampi biex tgħin lit-tfal tiegħek jimmaġinaw dak li ġara.

“Raħab tobdi l-istruzzjonijiet” (ijwis artiklu 11)

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1988-2026)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja