LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • w90 10/1 pp. 3-4
  • Il-Bniedem X’Qed Jagħmel lill-Art?

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Il-Bniedem X’Qed Jagħmel lill-Art?
  • It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1990
  • Sottitli
  • Materjal Simili
  • Il-​Foresti
  • L-​Oċejani
  • L-​Ilma tax-​Xorb
  • Prattiċi tal-​Biedja
  • Hawn Wisq Vetturi
  • Isalva lill-Art Minn Rovina
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1990
  • Il-Foresti
    Stenbaħ!—2023
  • L-Oċeani
    Stenbaħ!—2023
  • Werrej
    Stenbaħ!—2023
Ara Iżjed
It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1990
w90 10/1 pp. 3-4

Il-​Bniedem X’Qed Jagħmel lill-​Art?

TLIET MITT sena ilu, il-​bniedem kien igħix bil-​wisq iktar qrib tan-​natura. Fil-​biċċa l-​kbira, hu ma kienx imhedded minn tibdiliet magħmulin mill-​bniedem fl-​ambjent globali bil-​mod li hu llum. Ir-​revoluzzjoni industrijali kienet għadha ma bdietx. Ma kienx hemm “power stations,” fabbriki, karozzi, jew sorsi oħra taʼ tniġġis li jinfirex maʼ kullimkien. Il-​ħsieb taʼ li l-​bniedem jirrovina l-​art kollha setaʼ kien iebes għalih biex jimmaġinah.

Iżda, saħansitra f’dak iż-​żmien, twissija dwar rovina globali kienet qed tiċċirkola maʼ kullimkien. Dik it-​twissija kienet tinsab fl-​aħħar ktieb tal-​Bibbja, u hija bassret żmien meta Alla kellu jindaħal fl-​affarijiet tal-​bniedem biex ‘iġib f’rovina lil dawk li qed jirrovinaw l-​art.’—Rivelazzjoni 11:17, 18.

Kemm hu taʼ faraġ għal dawk kollha li huma kkonċernati dwar l-​immaniġġar ħażin tal-​art mill-​bniedem modern li jkunu jafu li l-​Ħallieq taʼ din il-​pjaneta tal-​għaġeb tagħna se jsalvaha mir-​rovina!‘Imma,’ forsi inti taħseb, ‘huwa tassew li aħna wasalna f’sitwazzjoni hekk kritika li meħtieġ intervent minn Alla?’ Sewwa, ikkunsidra xi ftit mill-​fatti u ġġudika għalik innifsek.

Il-​Foresti

Il-​foresti jsebbħu l-​art u jipprovdu ikel u kenn għal diversi miljuni taʼ speċi differenti. Hekk kif is-​siġar jikbru u jimmanifatturaw l-​ikel, huma jwettqu servizzi oħra vitali, bħalma hu li jixorbu l-​“carbon dioxide” u jitfgħu ’l barra l-​ossiġenu prezzjuż. B’hekk, in-​National Geographic igħid, “joffru antidotu wieħed għas-​sħana tal-​globu li qed thedded il-​ħajja fuq l-​art kif nafuha aħna.”

Imma l-​bniedem qed jirrovina l-​wirt tiegħu taʼ foresti. Il-​foresti fl-​Amerka taʼ fuq u fl-​Ewropa qed imutu minħabba t-​tniġġis. U l-​ħtiġijiet taʼ ġnus industrijali qed jeqirdu waħda minn kull għaxra tal-​foresti tropikali. Gazzetta Afrikana spjegat li fl-​1989, “66 miljun metru kubu [taʼ injam tropikali kienu] mistennija li jiġu esportati—48 fil-​mija lejn il-​Ġappun, 40 fil-​mija lejn l-​Ewropa.”

Ukoll, f’xi artijiet, il-​bdiewa jaħarqu l-​foresti biex joħolqu art li tinħadem. Malajr il-​ħamrija fraġli tal-​foresta ssir eżawrita, u l-​bdiewa jridu jaħarqu iktar foresti. Huwa stmat li f’dan is-​seklu biss, kważi nofs il-​foresti tad-​dinja sparixxew.

L-​Oċejani

L-​oċejani tal-​art għandhom ukoll sehem vitali f’li jnaddfu l-​atmosfera, u l-​attivitajiet tal-​bniedem qed jirrovinawhom. Kwantitajiet vasti taʼ “carbon dioxide” qed jinxtorbu mill-​oċejani. Imbagħad, il-​ħaxix tal-​baħar jixrob il-​“carbon dioxide” u jitfaʼ ’l barra l-​ossiġenu. Dr. George Small jispjega l-​importanza taʼ dan iċ-​ċiklu taʼ ħajja: “70 fil-​mija tal-​ossiġenu miżjud mal-​atmosfera kull sena jiġi mill-​ħxejjex tal-​baħar.” Iżda, xi xjenzati jwissu li l-​ħxejjex tal-​baħar jistgħu jiġu b’mod serju eżawriti minħabba t-​tnaqqis tal-​“ozone” fl-​atmosfera, li huwa mifhum li qed jiġi kkaġunat mill-​bniedem.

Ukoll, il-​bniedem jarmi żibel, żejt, u saħansitra skart taʼ tossiċi fl-​oċejan. Waqt li xi pajjiżi jaqblu li jillimitaw l-​iskart li jħallu jiġi mitfugħ fil-​baħar, xi wħud jirrifjutaw. Pajjiż wieħed tal-​Punent saħansitra jirriserva d-​dritt li jarmi skart nukleari fil-​baħar. L-​esploratur famuż tal-​oċejani Jacques Cousteau jwissi: “Irridu nsalvaw l-​oċejani jekk irridu nsalvaw l-​umanità.”

L-​Ilma tax-​Xorb

Il-​bniedem qed jirrovina saħansitra l-​ilma tax-​xorb tiegħu! F’pajjiżi fqar, miljuni taʼ nies imutu kull sena minħabba ilma kkontaminat. Fi ġnus iktar sinjuri, is-​sorsi taʼ ilma huma kkontaminati minn, fost affarijiet oħra, fertilizzanti u pestiċidi li jinżlu fix-​xmajjar u jitħalltu mal-​ilma taʼ taħt l-​art. Fl-​1986 il-​produzzjoni dinjija taʼ pestiċidi kienet 2.3 miljun tunnellata, u r-​rata taʼ żjieda hija rrapportata li hi 12 fil-​mija kull sena.

Sors ieħor taʼ tniġġis huwa l-​miżbli kimiċi. “It-​tankijiet tal-​metall li fihom il-​kimiċi,”jispjega s-​Scientific American, “m’huma xejn inqas minn bombi tal-​ħin li se jisplodu meta jittieklu bis-​sadid.” Dan it-​tip taʼ tniġġis, iżid il-​ġurnal, qed jiġri “mad-​dinja kollha f’eluf taʼ miżbli taʼ skart kimiku.”

Ir-riżultat? Mal-​art kollha, dawk li darba kienu xmajjar puri qed jiġu mibdulin fi drenaġġi industrijali. Huwa stmat li 20 miljun Ewropew jixorbu ilma mir-​Rhine, iżda din ix-​xmara hija tant imniġġsa li t-​tajn li jittieħed mill-​qiegħ tagħha huwa perikoluż wisq biex jintuża bħala rdim!

Prattiċi tal-​Biedja

B’mod allarmanti, il-​bniedem qed jirrovina saħansitra l-​art tajba għall-​biedja tiegħu. Fl-​Istati Uniti biss, 20 fil-​mija tal-​art li hi mwarrba għas-​saqwi ġiet imħassra, skond is-​Scientific American. Għala? Għaliex li ssaqqi żżejjed iżid wisq melħ lill-​ħamrija. Ħafna pajjiżi rrovinaw ħafna art imprezzabbli b’dan il-​mod. “L-​art qiegħda issa tispiċċa bla produzzjoni minħabba s-​salinizzazzjoni daqskemm qed ikollha produzzjoni minħabba proġetti ġodda taʼ irrigazzjoni,” jistqarr The Earth Report. Problema mifruxa oħra hi li qed jiragħuha żżejjed, li jistaʼ jkun qed jikkontribwixxi għat-​tifrix tad-​deżerti.

Hawn Wisq Vetturi

Biżżejjed dwar l-​art u l-​ilma tal-​pjaneta tagħna. Imma xi ngħidu dwar l-​arja tagħha? Din ukoll qed tiġi rrovinata, u dawk li għandhom tort huma ħafna. Biex insemmu biss wieħed, ikkunsidra l-​karozza. Li ġejjin huma twissijiet minn tliet ġurnali xjentifiċi influwenti: “Il-​vetturi jiġġeneraw iktar tniġġis tal-​arja minn kull attività umana oħra.” (New Scientist) “Hemm bħalissa 500 miljun karozza rreġistrati fuq il-​pjaneta . . . Biex timla t-​tankijiet tagħhom trid tuża madwar terz tal-​produzzjoni taʼ żejt tad-​dinja.... Il-​għadd taʼ karozzi qed jiżdied iktar bil-​ħeffa mill-​popolazzjoni.” (Scientific American) “Il-​petrol [pitrolju] f’kull fażi taʼ produzzjoni, użu u rimi huwa sors kbir taʼ degradazzjoni u mard tal-​ambjent.”—The Ecologist.

Iva, il-​pjaneta tagħna qed tiġi abbużata, irrovinata. L-​ibħra tagħha, l-​ilma tax-​xorb tagħha, l-​art li tinħadem tagħha, u saħansitra l-​atmosfera tagħha qed jiġu mniġġsin b’mod enormi. Żgur li dan biss għandu jissuġġerixxi li ż-​żmien huwa qrib biex Alla jintervjeni u ‘jġib f’rovina lil dawk li qed jirrovinaw l-​art.’ (Rivelazzjoni 11:18) Madankollu, hemm iktar modi, saħansitra agħar, li bihom l-​art qed tiġi rrovinata. Ejjew biss naraw x’inhuma.

[Kumment f’paġna 4]

“Irridu nsalvaw l-​oċejani jekk irridu nsalvaw l-​umanità.”

—Jacques Cousteau

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja