LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • w91 5/1 p. 3
  • Onora lil Jehovah—Għala u Kif?

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Onora lil Jehovah—Għala u Kif?
  • It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1991
  • Sottitli
  • Materjal Simili
  • Xi Jfisser li Tagħti Unur
  • Għala Jehovah Jixraqlu Unur
  • Kif Tonora lil Jehovah
  • Onora lil Bnedmin taʼ Kull Xorta
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1991
  • Agħti unur lil min jistħoqqlu
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova (Studju)—2017
  • Onora lil Oħrajn
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1999
  • Tkun Minn taʼ Quddiem Biex Tonora lil Sħabek fit-Twemmin?
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2010
Ara Iżjed
It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1991
w91 5/1 p. 3

Onora lil Jehovah—Għala u Kif?

“Lil dawk li jonoraw lili jien se nonorahom, u dawk li jistmerruni ma tantx se nqishom.”—1 SAMWEL 2:30.

1. Lil min jingħataw il-​premjijiet Nobel famużi mad-​dinja, u ħafna kif iħarsu lejhom?

KULL sena erbaʼ istituzzjonijiet Skandinavi jagħtu premjijiet Nobel lil dawk li ‘ġabu l-​akbar benefiċċju għall-​umanità matul is-​sena taʼ qabel.’ Il-​premjijiet jingħataw għal twettieq b’suċċess f’sitt aspetti differenti taʼ sforz. Premju Nobel huwa meqjus minn ħafna bħala l-​aqwa unur li jistaʼ jingħata lil xi bniedem.

2. Dawk li jagħtu l-​premjijiet Nobel lil min iħallu barra, u għala Hu b’mod speċjali jixraqlu unur?

2 Waqt li ma hemm xejn ħazin f’li tagħti unur lil bnedmin li jixirqilhom, dawk li jagħtu dawn l-​unuri qatt jaħsbu li jonoraw lill-​akbar Benefattur tal-​bnedmin? Dan il-​Benefattur hu dak li ta benefiċċji mingħajr għadd lill-​bnedmin minn mindu ħalaq lill-​ewwel raġel u mara xi 6,000 sena ilu. In-​nuqqas spiss taʼ li jingħata unur lilu jistaʼ jfakkarna fil-​kliem taʼ Eliħu, il-​ħabib taʼ Ġob tal-​qedem, li osserva: “Iżda ħadd ma qal, ‘Fejn hu Alla l-​Ħallieq Grandjuż tiegħi, Dak li qed jagħmel melodiji bil-​lejl?’” (Ġob 35:10) Il-​Benefattur il-​kbir tagħna jkompli jagħmel ‘it-​tajjeb, billi jagħti x-​xita mis-​sema u staġuni mimlijin frott, billi jimla lill-​qlub għalkollox bl-​ikel u l-​ferħ.’ (Atti 14:16, 17; Mattew 5:45) Jehovah huwa tabilħaqq Dak li Jagħti “kull għotja tajba u kull rigal perfett.”—Ġakbu 1:17.

Xi Jfisser li Tagħti Unur

3. Liema huma l-​kelmiet prinċipali bl-​Ebrajk u bil-​Grieg li jiġu tradotti “unur,” u x’inhuma t-​tifsiriet tagħhom?

3 Il-​kelma prinċipali Ebrajka għal unur, ka.vohdh’, litteralment tfisser “toqol.” Mela wieħed li jingħata unur hu meqjus bħala li jiflaħ, impressjonanti, jew isarraf xi ħaġa. B’mod sinjifikanti, din il-​kelma Ebrajka, ka·vohdh’, hija spiss tradotta wkoll fl-​Iskrittura bħala “glorja,” li jkompli jindika kemm hu meqjus li hu impressjonanti u importanti dak li jiġi onorat. Kelma oħra Ebrajka, yeqar’, mogħtija bħala “unur” fl-​Iskrittura, hi mogħtija wkoll bħala “prezzjuż” jew “affarijiet prezzjużi.” Mela fl-​Iskrittura Ebrajka, il-​kelma unur għandha x’taqsam maʼ glorja u maʼ dak li hu prezzjuż. Il-​kelma Griega tradotta “unur” fil-​Bibbja hi ti.me’, u din ukoll għandha s-​sens taʼ stima, valur, xi ħaġa prezzjuża.

4, 5. (a) X’ifisser li tagħti unur lil xi individwu? (b) Liema sitwazzjoni rrakkontata f’Ester 6:l-9 tagħti stampa taʼ x’inhu involut f’li tagħti unur?

4 B’hekk wieħed jonora lil ieħor billi jurih rispett profond u stima. Bħala tixbieha, ikkunsidra s-​sitwazzjoni rrakkontata fil-​Bibbja rigward il-​Lhudi leali Mordekaj. Darba minnhom Mordekaj kien kixef komplott kontra l-​ħajja tas-​Sultan Aħażwerus tal-​Persja tal-​qedem. Iktar tard, matul lejl wieħed meta s-​sultan ma setax jorqod, inġibdet l-​attenzjoni tas-​sultan lejn l-​azzjoni taʼ Mordekaj. Mela hu staqsa lill-​qaddejja tieġħu: “Liema unur u ħaġa kbira ntgħamlet lil Mordekaj għal dan?” Huma wieġbu: “Xejn ma ntgħamel miegħu.” X’affarijiet dawn! Mordekaj kien salva l-​ħajja tas-​sultan, iżda s-​sultan kien naqas li juri apprezzament.—Ester 6:1-3.

5 Għalhekk, f’ħin opportun, Aħażwerus staqsa lill-​Prim Ministru tiegħu, Ħaman, kif l-​aħjar li jonora lil wieħed li s-​sultan għandu pjaċir bih. Immedjatament Ħaman irraġuna f’qalbu: “B’min hu s-​sultan ferħan biex jagħtih unur iktar milli bija?” Mela Ħaman qal li dak li jkun għandu jiġi mlibbes “ilbies irjali” u jirkeb “żiemel li fuqu s-​sultan jirkeb.” Hu kkonkluda: “Iridu jgagħluh jirkeb fuq iż-​żiemel fil-​pjazza pubblika tal-​belt, u jridu jgħajtu quddiemu, ‘Dan hu kif jintgħamel lir-​raġel li fl-​unur tiegħu feraħ is-​sultan.’” (Ester 6:4-9) Wieħed onorat hekk ikun stmat ferm mill-​poplu kollu.

Għala Jehovah Jixraqlu Unur

6. (a) Min fuq l-​oħrajn kollha jixraqlu l-​unur tagħna? (b) Il-​kelma “grandjuż” għala hi deskrizzjoni li tixraq lil Jehovah?

6 Matul l-​istorja kien hemm bnedmin li ngħataw unur, spiss għax kien jixirqilhom. (Atti 12:21-23) Iżda min fuq l-​oħrajn kollha jixraqlu unur? Tabilħaqq, huwa Alla Jehovah, m’għandniex xi ngħidu! Hu jixraqlu l-​unur tagħna għaliex hu pożittivament grandjuż. Spiss jiġi applikat għalih it-​terminu “grandjuż.” Huwa l-​Wieħed Grandjuż il-​Ħallieq Grandjuż, il-​Kreatur Grandjuż, is-​Sultan Grandjuż, il-​Għalliem Grandjuż, is-​Sid Grandjuż. (Salm 48:2; Ekkleżjasti 12:1; Isaija 30:20; 42:5; 54:5; Ħosea 12:14) Hu grandjuż fil-​maestà, dinjituż, elevat, nobbli, illustri, u jqanqal il-​biżaʼ. Lil Jehovah ma tistaʼ tqabblu maʼ xejn, ħadd ma hu daqsu, ħadd ma jisbqu. Hu nnifsu jixhed għal dak il-​fatt, billi jgħid: “Ma min se xxebbhuni jew tagħmluni ugwali jew tqabbluni biex nistgħu nixbhu lil xulxin?”—Isaija 46:5.

7. F’tal-inqas kemm modi differenti jistaʼ jingħad li Alla Jehovah hu uniku, u għala jistaʼ jingħad li m’hawnx bħalu f’dik li hi awtorità?

7 Alla Jehovah hu inkomparabbli tal-​inqas f’sebaʼ modi distinti, li jagħtu raġunijiet speċifiċi għala għandna nonorawh. L-​ewwelnett, Alla Jehovah jixraqlu l-​aqwa unur għaliex ma hemm ħadd li hu daqsu fl-​awtorità. Il-​Mulej Jehovah hu s-​Sovran Universali—huwa suprem. Hu l-​Imħallef, il-​Leġislatur, u s-​Sultan tagħna. Kulmin hemm fis-​sema u fuq l-​art irid jagħti kont lilu; iżda hu ma jrid jagħti kont lil ħadd. Sewwa hu deskritt bħala “kbir, setgħani u jqanqal il-​biżaʼ.”—Dewteronomju 10:17; Isaija 33:22; Danjel 4:35.

8. Għala jistaʼ jingħad li Jehovah ma jilħqu ħadd (a) rigward il-​pożizzjoni tiegħu? (b) rigward l-​eżistenza eterna tiegħu?

8 It-​tieni, Alla Jehovah jixraqlu l-​aqwa unur għaliex ma hawnx bħalu inkwantu għall-​pożizzjoni tiegħu. Hu “l-​Wieħed Għoli u ’L Fuq Ferm,” l-​Iktar Għoli. Hu għoli immens iktar mill-​ħlejjaq kollha tal-​art tiegħu, b’mod li ma tistax timmaġinah! (Isaija 40:15; 57:15; Salm 83:18) It-​tielet, Alla Jehovah għandu jkun onorat iktar minn kulħadd għaliex hu bla tarf rigward l-​eżistenza eterna tiegħu. Hu biss qatt ma kellu bidu, billi kien minn dejjem u jibqaʼ għal dejjem.—Salm 90:2; 1 Timotew 1:17.

9. Jehovah b’liema mod ma hawnx bħalu (a) rigward il-​glorja tiegħu? (b) rigward l-​attributi bażiċi tiegħu?

9 Ir-​rabaʼ, Alla Jehovah jixraqlu l-​aqwa unur minħabba l-​grandjożita tal-​glorja persunali tiegħu. Hu “l-​Missier tad-​dwal tas-​sema.” Persuntu hi tant brillanti li ebda bniedem ma jistaʼ jarah u jibqaʼ ħaj. Verament iqanqal il-​biżaʼ. (Ġakbu 1:17; Eżodu 33:22; Salm 24:10) Il-​ħames, lil Alla Jehovah nafulu l-​aqwa unur minħabba l-​attributi meraviljużi tiegħu. Hu omnipotenti, infinit fil-​qawwa; jaf kollox, infinit fil-​għerf; hu assolutament perfett fil-​ġustizzja; u l-​ġabra nfisha tal-​imħabba.—Ġob 37:23; Proverbji 3:19; Danjel 4:37; 1 Ġwann 4:8.

10. Jehovah kif inhu li m’hawnx min hu bħalu (a) rigward xogħlijiet taʼ ħolqien u dak li Hu jippossjedi? (b) rigward l-​isem u l-​fama tiegħu?

10 Is-​sitta, Alla Jehovah jixraqlu l-​aqwa unur possibbli għax-​xogħlijiet tal-​ħolqien kbar tiegħu. Bħala l-​Ħallieq tal-​affarijiet kollha li hemm fis-​smewwiet u fuq l-​art, hu fl-​istess ħin is-​Sid il-​Kbir tal-​affarijiet kollha. Naqraw f’​Salm 89:11: “Is-​sema hi tiegħek, l-​art ukoll hi tiegħek.” Is-​sebaʼ Alla tagħna Jehovah jixraqlu unur fuq kull ħaddieħor għaliex hu m’hawnx bħalu, m’hawnx daqsu inkwantu għall-​isem u l-​fama tiegħu. Hu biss iġorr l-​isem Jehovah, li jfisser “Hu Jġiegħel li Jsir.”—Ara Ġenesi 2:4, nota taʼ taħt.

Kif Tonora lil Jehovah

11. (a) Liema huma xi modi li bihom nistgħu nonoraw lil Jehovah? (b) Kif nistgħu nuru li tassew qegħdin nonoraw lil Jehovah billi nafdaw fih?

11 Meta nqisu l-​kwalitàjiet kollha taʼ Jehovah, kif nistgħu nonorawh? Kif se naraw, nistgħu nonorawh billi nuru biżaʼ u reverenza lejh, billi nobduh, billi nagħrfu lilu fil-​mogħdijiet kollha tagħna, billi nagħmlu għotjiet, billi nimitawh, u billi nagħmlulu petizzjonijiet. Nistgħu wkoll nonorawh billi npoġġu fidi fih, billi nafdaw fih, jiġri x’jiġri. “Afda f’Jehovah b’qalbek kollha,” aħna mħeġġin. Mela nonoraw lil Alla Jehovah billi noqogħdu fuq kliemu. Per eżempju, hu jgħid: “Tibżax, għax jien miegħek. Tħarisx ċass [bil-biżaʼ], għax jien Alla tiegħek. Jien se nsaħħek. Tassew se ngħinek.” (Proverbji 3:5; Isaija 41:10) Billi tonqos li tafda fih kompletament tkun qed tiddiżonorah.

12. X’parti għandhom l-​ubbidjenza u l-​biżaʼ f’li nonoraw lil Jehovah?

12 Mod li għandu x’jaqsam mill-​qrib taʼ li nonoraw lil Alla Jehovah hu billi nobduh. U vitali għall-​ubbidjenza hija l-​biżaʼ t’Alla, iva, l-​biżaʼ li ma nogħġbux lil Alla. Biex juru r-​relazzjoni bejn li tibżaʼ u li tobdi hemm il-​kelmiet taʼ Jehovah lil Abraham wara li Abraham b’ubbidjenza pprova jissagrifika lil Iżakk, ibnu. “Issa naf li int tibżaʼ minn Alla,” qal Jehovah. (Ġenesi 22:12) Meta kien qed jiddiskuti x’jafu l-​ulied lill-​ġenituri, l-​appostlu Pawlu wkoll wera li l-​ubbidjenza u l-​unur jimxu id f’id. (Efesin 6:1-3) Mela billi nobdu l-​kmandamenti t’Alla, li m’humiex tqal, nonoraw lil Jehovah. Bla dubju, billi ma tobdix lil Alla Jehovah tkun qed tiddiżonorah.—1 Ġwann 5:3.

13. Billi nonoraw lil Alla se jagħmel li jkollna liema attitudni mentali rigward l-​attivitajiet u l-​pjanijiet tagħna?

13 Iktar minn hekk, nistgħu nġibu unur xieraq lil Alla Jehovah billi nagħtu kas il-​parir fi Proverbji 3:6: “Fil-​mogħdijiet tiegħek kollha ħu nota tiegħu [iva, għarfu], u hu nnifsu se jagħmel il-​passaġġi tiegħek dritti.” Id-​dixxiplu Ġakbu jagħtina parir tajjeb fuq din il-​linja. Minflok ma nissoktaw b’mod kunfidenti fina nfusna minn jum għal jum, billi nafdaw fl-​abbiltajiet tagħna stess, għandna ngħidu: “Jekk Jehovah irid, se ngħixu u wkoll nagħmlu din jew dik.” (Ġakbu 4:15) Snin ilu kienet id-​drawwa tal-​Istudenti Internazzjonali tal-​Bibbja li jżidu maʼ kull stqarrija li għandha x’taqsam mal-​futur iż-​żewġ ittri fil-​qosor D.V., għal Deo volente, li tfisser “jekk Alla jrid.”

14. (a) Liema attitudni relatata mal-​isforzi tagħna rridu nieħdu jekk se nonoraw lil Alla? (b) Liema attitudni tidher f’konnessjoni mal-​ippubblikar taʼ letteraturi tal-​Watch Tower Society?

14 Nonoraw ukoll lil Alla Jehovah billi nuru attitudni umli, billi nagħtu kredtu lil Alla għal kull suċċess li nistgħu ngawdu. L-​appostlu Pawlu b’mod xieraq osserva rigward il-​ministeru tiegħu: “Jien ħawwilt, Apollos saqqa, imma Alla baqaʼ jkabbarha; tant li la hu xi ħaġa dak li jħawwel u lanqas dak li jsaqqi, imma Alla li jkabbarha.” (1 Korintin 3:6, 7) Verament, Pawlu kien ikkonċernat li jġib unur xieraq lil Alla, u mhux lilu nnifsu jew lil xi bniedem ieħor. B’hekk, illum, il-​pubblikazzjonijiet tal-​Watch Tower Society ma jidentifikawx lil dawk li jiktbuhom, u l-​kittieba jevitaw milli jħallu lil oħrajn ikunu jafu huma x’ikkontribwew. B’dan il-​mod, l-​attenzjoni hija ffokata fuq l-​informazzjoni, li hi intiża biex tonora lil Jehovah, u mhux lil xi bniedem.

15. Liema esperjenza tagħti stampa tad-​diffikulta li xi nies għandhom biex jifhmu l-​modestja tax-​Xhieda taʼ Jehovah?

15 Din il-​politika taʼ li niffokaw l-​attenzjoni fuq Jehovah, biex b’hekk nonoraw lilu, tissorprendi lil xi wħud. Ftit taʼ snin ilu, waqt li kienu qed ilestu s-​sistema taʼ amplifikazzjoni għal taħdida pubblika fis-​Central Park taʼ New York City, ix-​Xhieda kienu qed idoqqu wieħed mit-​tapes tal-​Kingdom Melodies bħala prova għas-​sistema. Koppja lebsin pulit staqsew lil wieħed mix-​Xhieda x’mużika kienet dik. Billi ħaseb li kienu Xhieda, hu wieġeb: “Dik Kingdom Melodies No. 4.” “Iva, imma min ikkomponieha dik il-​mużika?” staqsew huma. Ix-​Xhud wieġeb: “O, il-​kompożitur hu anonimu.” Il-​koppja rrispondew: “Nies li jikkomponu dik ix-​xorta taʼ mużika ma jagħmlux dan anonimament.” Ix-​Xhud wieġeb: “Imma x-​Xhieda taʼ Jehovah iva.” Iva, huma jagħmlu hekk biex l-​unur kollu jmur għal Alla Jehovah!

16. B’liema diversi modi nistgħu nużaw leħinna biex inġibu unur lil Alla Jehovah?

16 Mod ieħor taʼ kif nonoraw lil Jehovah hu billi nużaw xofftejna biex nagħtu xiehda dwaru. Jekk verament jimportana minn li nġibu unur lilu, allura se nkunu kuxjenzjużi f’li nxerrdu l-​aħbar tajba tas-​Saltna. Dan nistgħu nagħmluh billi mmorru minn dar għal dar u b’kull metodu ieħor li hu disponibbli għalina, bla ma nittraskuraw opportunitajiet biex nagħtu xiehda informali. (Ġwann 4:6-26; Atti 5:42; 20:20) Flimkien maʼ dan, għandna opportunitajiet biex nonoraw lil Alla b’leħinna fil-​laqgħat tal-​kongregazzjoni tagħna, kemm billi nikkummentaw u kemm billi nieħdu sehem f’li nkantaw mill-​qalb il-​għanjiet tas-​Saltna tagħna. (Ebrej 2:12; 10:24, 25) Fil-​konverżazzjoni tagħna taʼ kuljum, nistgħu wkoll nonoraw lil Alla Jehovah b’xofftejna. Bi ftit sforz, nistgħu nimmanuvraw il-​konverżazzjoni f’linji spiritwali li jibnu, u dan se jirriżulta f’li nġibu unur lil Alla Jehovah.—Salm 145:2.

17. (a) X’importanza għandha l-​kondotta tajba fuq li aħna nonoraw lil Jehovah? (b) X’effett għandha l-​kondotta ħażina?

17 Tajjeb kemm hu tajjeb li nonoraw lil Alla Jehovah b’xofftejna, huwa neċessarju wkoll li nonorawh bil-​kondotta tagħna. Ġesù kkundanna lil dawk li, waqt li kienu jonoraw lil Alla b’xofftejhom, qlubhom kienu mbegħdin ferm Minnu. (Mark 7:6) Kondotta ħażina żgur li ġġib diżunur lil Alla Jehovah. Per eżempju, f’​Rumani 2:23, 24, naqraw: “Int, li tiftaħar bil-​liġi, tiddiżonora int lil Alla bil-​ksur tiegħek tal-​Ligi? Għax ‘l-​isem t’Alla qed jidgħu bih minħabba fikom fost il-​ġnus.’” F’dawn l-​aħhar snin bosta eluf ġew maqtugħin mis-​sħubija mill-​kongregazzjonijiet tan-​nies taʼ Jehovah. X’aktarx li saħansitra numri akbar li ħadu sehem f’kondotta diżonorabbli ma nqatgħux mis-​sħubija għaliex urew attitudni taʼ ndiema vera. Dawn in-​nies kollha kienu qed jonoraw lil Jehovah b’xofftejhom, imma naqsu li jagħmlu hekk bil-​kondotta tagħhom.

18. (a) Liema tħassib għandhom ikollhom ċerti wħud li huma ffavoriti bil-​kbir jekk iridu jagħtu unur xieraq lil Jehovah? (b) Is-​sitwazzjoni taʼ xi qassisin fi żmien Malakija kif tagħti stampa tal-​ħtieġa għal tħassib?

18 Dawk li huma okkupati ħafna f’aspetti differenti taʼ serviżz full-time—kemm jekk hu f’xi dar Bethel, jew fix-​xogħol missjunarju jew taʼ vvjaġġar, jew bħala pijunieri—huma ffavoriti bil-​kbir inkwantu għall-​opportunitajiet tagħhom f’li jikkontribwixxu għall-​unur taʼ Jehovah. Tagħhom huwa l-​obbligu li jagħtu l-​aħjar tagħhom fi kwalunkwe xogħol li jiġu nkarigati bih, billi huma ‘fidili f’dak li hu l-​inqas kif ukoll fil-​ħafna.’ (Luqa 16:10) F’xi modi l-​pożizzjoni onorabbli tagħhom ingħatat stampa tagħha, għalkemm mhux tipika, mill-​qassisin u l-​Leviti taʼ Iżrael tal-​qedem. Madankollu, minħabba t-​traskuraġni taʼ xi qassisin fi żmien Malakija, Jehovah qalilhom: “Jekk jien missier, fejn hu l-​unur lejja? U jekk jien sid grandjuż, fejn hu l-​biżaʼ minni?” (Malakija 1:6) Dawk il-​qassisin kienu qed jistmerru l-​isem t’Alla billi joffru bħala sagrifiċċji lil annimali għomja, zopop u morda. Jekk dawk bi privileġġi speċjali taʼ servizz illum ma jistinkawx biex jagħtu l-​aħjarnett tagħhom, huma b’mod speċjali jistaʼ jkun jixirqilhom il-​kritika li Alla Jehovah ta lil dawk il-​qassisin. Huma jkunu qed jonqsu milli jonoraw lil Alla.

19. (a) Bħalma hu nnotat fi Proverbji 3:9, x’inhu mod ieħor taʼ kif nonoraw lil Jehovah? (b) Liema hu mod vitali ieħor taʼ kif nonoraw lil Jehovah?

19 Mod ieħor li bih nistgħu nonoraw lil Alla Jehovah huwa b’kontribuzzjonijiet taʼ flus għax-​xogħol taʼ ppridkar mad-​dinja kollha li hu awtorizza. “Onora lil Jehovah bl-​affarijiet taʼ valur tiegħek u bl-​ewwel frott taʼ dak kollu li int tipproduċi,” aħna mħeġġin. (Proverbji 3:9) Il-​privileġġ taʼ li nagħmlu kontribuzzjonijiet bħal dawn huwa opportunità li nonoraw lil Alla Jehovah li ħadd ma għandu jittraskura. Nistgħu wkoll nonoraw lil Alla Jehovah fit-​talb tagħna, billi nfaħħruh u nirringrazzjawh. (1 Kronaki 29: 10-13) Fil-​fatt, għaliex niġu għandu bl-​umiltà u b’rispett profond, ir-​resqa tagħna lejn Alla bit-​talb tagħtih unur.

20. (a) Min soltu jingħata unur min-​nies tad-​dinja, u kif? (b) Billi nagħtu kas liema kmand nistgħu aħna nonoraw iktar lil Jehovah?

20 Illum ħafna nies, m’mod partikulari ż-​żgħazagħ, jonoraw lil dawk li jammiraw billi jimitawhom—billi jitkellmu bħalhom u jaġixxu bħalhom. Spiss il-​persuni li lilhom jimitaw huma eroj sportivi jew stilel fid-​dinja tad-​divertiment. B’kuntrast, bħala Kristjani, aħna nonoraw lil Alla Jehovah billi nippruvaw nimitaw Lilu. L-​appostlu Pawlu ħeġġiġna biex nagħmlu hekk, billi kiteb: “Siru imitaturi t’Alla, bħala tfal maħbubin, u ibqgħu mexjin fl-​imħabba.” (Efesin 5:1, 2) Iva, billi nistinkaw biex nimitaw lil Jehovah, nonorawh.

21. (a) X’se jgħammarna biex nagħtu lil Jehovah glorja u unur? (b) X’inhuma l-​premjijiet li jagħti Jehovah lil dawk li jonorawh?

21 Verament, hemm ħafna modi li bihom nistgħu u għandna nagħtu glorja u unur lil Alla. Ejjew qatt ma ninsew li billi niġu mitmugħin regolarment bil-​Kelma tiegħu u billi nsiru dejjem iktar midħla tiegħu, se nkunu iktar nistgħu nonorawh. X’inhuma l-​premjijiet talli nagħmlu hekk? “Lil dawk li jonoraw lili,” jgħid Jehovah, “jien se nonorahom.” (1 Samwel 2:30) Jehovah sejjer eventwalment jonora lill-​adoraturi tiegħu billi jagħtihom ħajja taʼ dejjem fil-​hena, jew fis-​sema bħala ħakkiema bi sħab maʼ Ibnu, Ġesù Kristu, jew fuq il-​Ġenna tal-​art.

Tiftakar?

◻ Il-​bnedmin lil min ġeneralment jonoraw, u lil min spiss jonqsu li jonoraw?

◻ X’ifisser li tonora lil xi ħadd, u dan b’liema modi jistaʼ jsir?

◻ Liema huma xi wħud mir-​raġunijiet bażiċi għala Alla Jehovah jixraqlu kull unur?

◻ Liema huma xi modi taʼ kif nistgħu nonoraw lil Jehovah?

◻ Jehovah b’liema modi jippremja lil dawk li jonorawh?

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja