LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • w91 6/15 pp. 6-11
  • Il-Karru Ċelestjali taʼ Jehovah Għaddej Imħarrek

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Il-Karru Ċelestjali taʼ Jehovah Għaddej Imħarrek
  • It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1991
  • Sottitli
  • Materjal Simili
  • Erbaʼ Ħlejjaq Ħajjin
  • Roti Ġewwa Roti
  • Ir-​Rikkieb Glorjuż tal-​Karru
  • X’Iffigura l-​Karru
  • Maħtur bħala Għassies
  • Nitħarrku mal-​Karru Ċelestjali
  • Żomm il-Pass mal-Karru Ċelestjali taʼ Jehovah
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1991
  • Organizzati biex nagħmlu r-rieda taʼ Ġeħova
    Organizzati biex Nagħmlu r-Rieda ta’ Ġeħova
  • Punti Prinċipali mill-Ktieb t’Eżekjel—I
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2007
  • ‘Aċċertaw Ruħkom Minn Dak li Hu Iktar Importanti’
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2013
Ara Iżjed
It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1991
w91 6/15 pp. 6-11

Il-Karru Ċelestjali taʼ Jehovah Għaddej Imħarrek

“Inkwantu għar-​roti, lilhom ġie mgħajjat f’widnejja, ‘O ħidma tar-​roti!’”​—EŻEKJEL 10:13.

1. Jehovah liema metodu taʼ trasport għandu?

F’DAWN il-​jiem taʼ ajruplani tal-​jet ilellxu, il-​mexxejja dinjin jistgħu jħossu li laħqu l-​quċċata f’dik li hi effiċjenza fl-​ivvjaġġar. Iżda, 2,600 sena ilu, Alla Jehovah żvela li hu għandu metodu superlattiv taʼ trasport, li bħalu ebda inġinier ma qatt ra. Huwa karru kbir ferm li jbeżżgħak! Tidher stramba li l-​Ħallieq tal-​univers jirkeb f’mezz taʼ trasport li qisu karru? Le, għax il-​mezz taʼ trasport ċelestjali taʼ Jehovah huwa differenti ferm minn kull mezz ieħor li jistaʼ jpaspar il-​bniedem.

2. Eżekjel kapitlu 1 kif ipinġih il-​karru ċelestjali taʼ Jehovah, u l-​profeta lejn min jiġbed l-​attenzjoni tagħna l-​ewwel?

2 F’kapitlu 1 tal-​profezija taʼ Eżekjel, Jehovah huwa ffigurat bħala li riekeb fuq mezz taʼ trasport kolossali u ċelestjali. Dan il-​karru b’erbaʼ roti li jqanqal il-​biżaʼ jitħarrek minnu nnifsu u jistaʼ jagħmel affarijiet tal-​għaġeb. Eżekjel ra dan il-​karru tas-​sema f’viżjoni fis-​sena 613 Q.E.K., meta kien ħdejn wieħed mill-​kanali taʼ Babilonja tal-​qedem. Il-​profeta l-​ewwel jiġbdilna l-​attenzjoni lejn dawk li jattendu mal-​karru ċelestjali taʼ Jehovah. Hekk kif naqraw, ejjew nippruvaw inġibu quddiem għajnejna dak li ra Eżekjel.

Erbaʼ Ħlejjaq Ħajjin

3. X’inhu indikat mill-​erbaʼ wċuh taʼ kull wieħed mill-​erbaʼ kerubini?

3 Eżekjel jirrapporta: “Jien bdejt nara, u, ħares! kien hemm riħ tempestuż ġej mit-​Tramuntana, sħaba kbira ferm u nar imriegħed, u kellu dija madwaru kollu . . . U minn ġo nofsu kien hemm ix-​xebh taʼ erbaʼ ħlejjaq ħajjin.” (Eżekjel 1:4, 5) Kull waħda minn dawn l-​erbaʼ ħlejjaq ħajjin, jew kerubini, kellha erbaʼ ġwienaħ u erbaʼ wċuh. Kellhom wiċċ taʼ ljun, li jindika 1-ġustizzja taʼ Jehovah; wiċċ taʼ barri, li jirrappreżenta l-​qawwa t’Alla; u wiċċ taʼ ajkla, li jissinjifika l-​għerf Tiegħu. Kellhom ukoll wiċċ taʼ bniedem, li jindika l-​imħabba taʼ Jehovah.—Dewteronomju 32:4; Ġob 12:13; Isaija 40:26; Eżekjel 1:10; 1 Ġwann 4:8.

4. Il-​kerubini għala kellhom erbaʼ wċuh, u l-​kerubini bħal liema ħaġa kienu f’dik li hi veloċità?

4 Kull kerubin kellu wiċċ li jħares lejn waħda mill-​erbaʼ direzzjonijiet. B’hekk, il-​kerubini setgħu minnufih ibiddlu l-​korsa u jsegwu l-​wiċċ li kien iħares lejn id-​direzzjoni mixtieqa. Imma dawk il-​kerubini bħal liema ħaġa kienu rigward veloċità? Ħeqq, setgħu jitħarrku b’veloċità taʼ sajjetta! (Eżekjel 1:14) Ebda mezz taʼ trasport magħmul mill-​bniedem ma qatt laħaq dik il-​veloċità.

5. Eżekjel kif iddeskriva r-​roti tal-​karru u ċ-​ċrieki tagħhom?

5 F’daqqa waħda, ir-​roti tal-​karru jidħlu fl-​istampa. Kemm m’humiex tas-​soltu! Versi 16 u 18 igħidu: “Id-​dehra tagħhom u l-​istruttura tagħhom kienu sewwa sew bħal meta rota ġiet li tkun f’nofs rota. U nkwantu għaċ-​ċrieki tagħhom, kienu tant għoljin li kkaġunaw il-​biżaʼ; u ċ-​ċrieki tagħhom kienu mimlijin għajnejn madwar l-​erbgħa li huma.” Rota maġenb kull kerubin kien ifisser erbaʼ roti f’erbaʼ postijiet relatati. Ir-​roti kienu jiddu bħal krisoltu, ħaġra trasparenti taʼ kulur isfar jew aħdar li tiddi. Dan iżid dawl u sbuħija maʼ din il-​viżjoni glorjuża. Ladarba ċ-​ċrieki tar-​roti kienu “mimlijin għajnejn madwar,” ma kinux sejrin bil-​għama fi kwalunkwe direzzjoni li tiġi. U r-​roti kienu għoljin immens, u b’hekk setgħu jilħqu distanza kbira ħafna b’sempliċement dawra waħda fuq il-​fus tagħhom. Huma, bħall-​erbaʼ kerubini, setgħu jitħarrku b’ħeffa taʼ sajjetta.

Roti Ġewwa Roti

6. (a) Kif kien li l-​karru kellu roti ġewwa roti? (b) Ir-​roti qabblu d-​direzzjoni tal-​moviment tagħhom maʼ liema ħaġa?

6 Xi ħaġa oħra kienet mhux tas-​soltu. Kull rota kellha rota ġo fiha—rota bl-​istess dijametru u mqiegħda salib fir-​rota l-​oħra. B’dan il-​mod biss setaʼ jingħad dwar ir-​roti li ‘kienu jimxu fuq l-​erbaʼ ġnub rispettivi tagħhom.’ (Vers 17) Minnufih, ir-​roti setgħu jbiddlu d-​direzzjoni għax kien hemm ġenb tar-​rota li jħares lejn kull direzzjoni. Ir-​roti qabblu d-​direzzjoni tal-​moviment tagħhom maʼ dak tal-​erbaʼ kerubini. Fuq l-​erbaʼ roti, l-​armatura tal-​karru t’Alla setgħet timxi fuq sisien inviżibbli simili għal dak li jgħidulu hovercraft li jinżamm maqtugħ fl-​ajru permezz taʼ saff taʼ arja hekk kif igħaddi minn fuq l-​ilma.

7. Ir-​roti minn liema sors ħadu l-​qawwa tagħhom?

7 Ir-​roti minfejn ħadu din il-​qawwa biex jaqblu mal-​movimenti kollha tal-​erbaʼ kerubini? Mill-​ispirtu qaddis t’Alla li Jistaʼ Kollox. Vers 20 igħid: “Kulfejn l-​ispirtu fettillu jmur, huma kienu jmorru . . . L-​ispirtu tal-​ħlejqa ħajja kien fir-​roti.” L-​istess forza attiva u inviżibbli t’Alla li kienet fil-​kerubini kienet f’dawk ir-​roti.

8. Liema isem ingħata lir-​roti, u għala?

8 Ir-​roti ssir referenza għalihom bit-​terminu “ħidmet ir-​rota.” (Eżekjel 10:13) Dan l-​isem milli jidher intgħażel skond dak li tagħmel kull rota. Iddur jew tvenven. Il-​għoti taʼ isem lil din il-​parti tal-​karru ċelestjali b’isem bħal dan jiġbed l-​attenzjoni lejn il-​veloċità li biha jitħarrek il-​karru ċelestjali. Għalkemm ir-​roti tiegħu venvnu b’tant veloċità, dejjem setgħu jaraw fejn sejrin sforz il-​milja taʼ għajnejn tagħhom.

9. Eżekjel kif iddeskriva lil dak li kien hemm ’il fuq mill-​erbaʼ roti tal-​karru li jitħarrku bil-​ħeffa?

9 Imma issa ħalli nħarsu ’l fuq minn dawk l-​erbaʼ roti għoljin tal-​biżaʼ u taʼ ħeffa kbira u naraw x’hemm hemm fuq. Vers 22 taʼ Eżekjel kapitlu 1 igħid: “Fuq irjus il-​ħlejjaq ħajjin kien hemm ix-​xebh taʼ firxa bħad-​dija taʼ silġ li jqanqal il-​biżaʼ, mifruxa fuq irjushom ’il fuq.” Il-​firxa, għalkemm solida, kienet tlellex, “bħad-​dija taʼ silġ li jqanqal il-​biżaʼ.” Kienet tlellex bħal eluf taʼ djamanti hekk kif tolqothom ix-​xemx. Xena li tqanqal il-​biżaʼ tabilħaqq!

Ir-​Rikkieb Glorjuż tal-​Karru

10. (a) It-​tron u l-​Wieħed fuq it-​tron kif inhuma deskritti? (b) X’inhu indikat mill-​fatt li r-​Rikkieb tal-​karru huwa mgeżwer fil-​glorja?

10 B’mod evidenti, il-​karru jieqaf sabiex ir-​Rikkieb taʼ fuqu jitkellem maʼ Eżekjel. Fuq il-​firxa, hemm xi ħaġa qisha tron, li kellha d-​dehra taż-​żaffir, jew ikħal skur. Fuq it-​tron, hemm xi ħadd li d-​dehra Tiegħu hi bħal taʼ bniedem tal-​art. Il-​forma umana setgħet tgħin l-​aħjar lil Eżekjel biex japprezza lil din il-​manifestazzjoni divina. Imma dik il-​forma umana hija mgeżwra fil-​glorja, biex b’hekk iddiet bħall-​ambra, li hija taħlita metallika tal-​fidda u tad-​deheb. Xi sbuħija li tkexkxek! Mill-​qadd taʼ din il-​forma bħal taʼ bniedem, din il-​glorja eleganti kienet testendi kemm ’il fuq kif ukoll ’l isfel. Il-​forma kollha kemm hi b’hekk hija mdawra bil-​glorja. Dan jindika li Jehovah huwa glorjuż b’tali mod li ma tistax tiddeskrivih. Iktar minn hekk, ir-​Rikkieb tal-​karru huwa akkumpanjat b’qawsalla sabiħa. X’kalma u trankwillità li jiġu wara l-​maltempata tikkomunika d-​dehra taʼ qawsalla! Billi għandu dik l-​attitudni kalma, Jehovah iżomm l-​attributi tiegħu taʼ għerf, ġustizzja, qawwa, u mħabba f’bilanċ perfett.

11. Eżekjel kif kien effettwat mill-​viżjoni tal-​karru u t-​tron taʼ Jehovah?

11 Il-​karru taʼ Jehovah kif ukoll it-​tron tiegħu huma ċċirkondati b’dawl u kuluri sbieħ. X’kuntrast maʼ Satana, il-​prinċep tad-​dlam u tal-​okkult! U Eżekjel kif ġie effettwat minn dan kollu? “Malli rajtha,” jgħid hu, “imbagħad jien waqajt għal wiċċi, u bdejt nismaʼ l-​leħen taʼ wieħed li qed jitkellem.”—Eżekjel 1:28.

X’Iffigura l-​Karru

12. X’inhu ffigurat mill-​karru ċelestjali taʼ Jehovah?

12 X’naraw iffigurat minn dan il-​karru ċelestjali? L-​organizzazzjoni ċelestjali, jew tas-​sema, taʼ Alla Jehovah. Hija fformata mill-​ħlejjaq spirti qaddisa kollha tiegħu fil-​qasam inviżibbli—serafini, kerubini, u anġli. Ladarba Jehovah huwa dak Alla l-​Iktar Għoli, il-​ħlejjaq spirti tiegħu kollha huma suġġetti lejh, u hu jirkeb fuqhom fis-​sens li jiddomina fuqhom b’mod li huwa taʼ ġid għalihom u jużahom skond il-​għan tiegħu.—Salm 103:20.

13. (a) Għala jistaʼ jingħad li Jehovah jirkeb fuq l-​organizzazzjoni tiegħu? (b) Il-​viżjoni tal-​karru b’erbaʼ roti li qed jitħarrek taʼ Jehovah kif jeffettwa lilek?

13 Jehovah jirkeb fuq din l-​organizzazzjoni bħal li kieku fuq karru, billi jagħmilha titħarrek lejn fejn l-​ispirtu tiegħu jġigħelha titħarrek. Hi mhix qed tiġri bl-​addoċċ, bla kontroll jew superviżjoni intelliġenti. Alla mhux qed iħalli lil din l-​organizzazzjoni tmur lejn kwalunkwe direzzjoni li jfettlilha. Minflok, hi ssegwi d-​direzzjonijiet tiegħu. Flimkien, kulħadd qed jitħarrek ’il quddiem fil-​għaqda għat-​twettieq sħiħ tal-​oġġettivi t’Alla. X’organizzazzjoni meraviljuża tas-​sema tiġi rrivelata permezz taʼ din il-​viżjoni tal-​karru ċelestjali b’erbaʼ roti li qed jitħarrek taʼ Jehovah! Fi qbil maʼ dan, l-​organizzazzjoni taʼ Jehovah hija rrappreżentata bħala li hija kwadra b’erbaʼ rkejjen, f’bilanċ perfett.

Maħtur bħala Għassies

14. Il-​profeta Eżekjel jagħti stampa taʼ min?

14 Imma min huwa ffigurat mill-​profeta Eżekjel? Mill-​fatti tal-​istorja, huwa evidenti li l-​ġemgħa taʼ Xhieda taʼ Jehovah midlukin bl-​ispirtu ġiet assoċjata mal-​karru ċelestjali. B’hekk, Eżekjel tabilħaqq jagħti stampa tal-​fdal midlukin tax-​Xhieda taʼ Jehovah mis-​sena 1919 ’il hawn. Spiritwalment, l-​organizzazzjoni tas-​sema taʼ Jehovah ġiet f’kuntatt mal-​fdal midlukin f’dik is-​sena, sabiex tqajjimhom bħala Xhieda taʼ Jehovah għad-​dinja kollha. (Qabbel Rivelazzjoni 11:1-12.) Dik l-​organizzazzjoni bħal karru kienet għaddejja mħarrka f’dak iż-​żmien, saħansitra bħalma hi llum. Fil-​fatt, ir-​roti tal-​progress tagħha qegħdin iduru bil-​għaġla iktar minn qatt qabel. Jehovah bil-​ħeffa jirkeb ’il quddiem!

15. Il-​leħen tar-​Rikkieb tal-​karru ċelestjali x’igħid, u Eżekjel liema inkarigu jirċievi?

15 Eżekjel xtaq ikun jaf għala dan il-​karru ċelestjali kien ġie quddiemu u waqaf. Hu sar jaf hekk kif leħen ġie għandu minn dak il-​Wieħed li kien bil-​qiegħda fuq il-​karru. Megħlub bl-​emozzjoni b’dan l-​ispettaklu li jqanqal il-​biżaʼ, Eżekjel ħa pożizzjoni taʼ turija taʼ qima. Ismaʼ hekk kif leħen ir-​Rikkieb tal-​karru ċelestjali jgħid: “Bin il-​bniedem, qum fuq riġlejk biex inkun nistaʼ nkellmek.” (Eżekjel 2:1) Jehovah imbagħad jinkariga lil Eżekjel biex ikun għassies u sabiex iwissi lid-​dar ribelluża taʼ Iżrael. Saħansitra huwa inkarigat biex jitkellem għan-​nom t’Alla. L-​isem taʼ Eżekjel ifisser “Alla Jsaħħaħ.” Hekk hu kif Alla saħħaħ lill-​klassi taʼ Eżekjel u bagħathom ’il quddiem, billi ħatarhom bħala għassies għall-​Kristjaneżmu.

16, 17. (a) Il-​viżjoni tal-​karru ċelestjali kif ibbenefikat lil Eżekjel? (b) Fi żmienna, il-​fatt li l-​viżjoni tal-​karru ċelestjali ġiet mifhuma kif effettwa lill-​klassi taʼ Eżekjel u lill-​folla l-​kbira?

16 Il-​viżjoni tal-​karru ċelestjali mhux biss belhitu u ġegħlitu jaħseb lill-​profeta Eżekjel, imma ppreparatu wkoll għall-​kariga tiegħu bħala għassies biex isemmaʼ t-​twissija dwar il-​qerda li kienet ġejja fuq Ġerusalemm. L-​istess kien minnu llum mill-​klassi tal-​għassies. Il-​fatt li huma fehmu l-​viżjoni tal-​karru ċelestjali mħarrek taʼ Jehovah kellu effett kbir ħafna fuq il-​fdal midlukin. Fl-​1931 huma tgħallmu iktar dwar il-​viżjoni taʼ Eżekjel, kif irrivelata f’Vindication, l-​Ewwel Ktieb. Huma tant imtlew b’apprezzament reali f’dak iż-​zmien li mill-​ħarġa tal-​15 t’Ottubru, 1931, sa dik tal-​ewwel t’Awissu, 1950, id-​disinn tal-​ewwel faċċata taʼ The Watchtower kien iġorr fir-​rokna taʼ fuq tan-​naħa tal-​lemin dehra minn artist tal-​viżjoni taʼ Eżekjel dwar il-​karru ċelestjali. B’hekk, il-​klassi taʼ Eżekjel aġixxiet skond il-​kariga li ngħatatilhom, u huma kienu qegħdin iservu bħala għassies, billi jsemmgħu t-​twissija divina. Iż-​żmien għall-​qerda bin-​nar tal-​Kristjaneżmu minn Jehovah bil-​qiegħda fuq il-​karru ċelestjali tiegħu qatt ma kien daqshekk qrib!

17 Illum, “folla kbira” taʼ nies li huma bħal ngħaġ huma mseħbin mal-​fdal midlukin. (Rivelazzjoni 7:9) Flimkien, huma qed isemmgħu t-​twissija tal-​qerda li ġejja fuq il-​Kristjaneżmu u fuq din is-​sistema djabolika taʼ affarijiet kollha kemm hi. Dak ix-​xogħol taʼ twissija qed isir bil-​ħeffa, u kif inhu indikat minn Rivelazzjoni 14:6, 7, l-​anġli qed jappoġġjawh.

Nitħarrku mal-​Karru Ċelestjali

18. X’irid isir biex niksbu l-​appoġġ kontinwu tal-​anġli, u għal liema ħaġa għandna nkunu sensittivi?

18 L-​anġli sottomessi jitħarrku f’għaqda bħala parti mill-​organizzazzjoni tas-​sema t’Alla fil-​waqt li jassistu lill-​qaddejja taʼ Jehovah fuq l-​art f’li jwettqu l-​inkarigu tagħhom taʼ li jiddikjaraw twissijiet taʼ ġudizzju divin. Jekk aħna nixtiequ nkomplu fil-​protezzjoni u l-​gwida taʼ dawn il-​qaddejja anġeliċi setgħana t’Alla, aħna wkoll irridu nitħarrku f’għaqda u nżommu l-​pass mal-​ħidma simbolika tar-​roti. Iktar minn hekk, bħala parti mill-​organizzazzjoni viżibbli taʼ Jehovah li qed titħarrek pass pass mal-​karru ċelestjali tiegħu, aħna rridu nkunu sensittivi għall-​iggwidar tal-​ispirtu t’Alla. (Qabbel Filippin 2:13.) Jekk aħna Xhieda taʼ Jehovah, irridu nitħarrku fl-​istess direzzjoni tal-​karru ċelestjali. Żgur li ma rridux naħdmu fi skopijiet taʼ konflitt miegħu. Meta niġu mogħtijin direzzjoni inkwantu għall-​mod kif għandna nimxu, għandna nsegwuha. B’hekk, il-​kongregazzjoni ma tkunx mifruda.—1 Korintin 1:10.

19. (a) Sewwa sew bħalma r-​roti tal-​karru ċelestjali għandhom għajnejn madwarhom kollha, in-​nies taʼ Jehovah għal liema ħaġa jridu joqogħdu attenti? (b) X’għandha tkun il-​korsa taʼ azzjoni tagħna f’dawn iż-​żminijiet taʼ taqlib?

19 Il-​għajnejn mad-​dawra kollha tar-​roti tal-​karru t’Alla jindikaw attenzjoni. Sewwa sew bħalma l-​organizzazzjoni tas-​sema hija attenta, hekk ukoll aħna rridu nkunu attenti biex nappoġġjaw lill-​organizzazzjoni taʼ Jehovah fuq l-​art. Fuq livell tal-​kongregazzjoni, nistgħu nuru dak l-​appoġġ billi nikkooperaw mal-​anzjani lokali. (Ebrej 13:17) U f’dawn iż-​żminijiet taʼ taqlib, il-​Kristjani għandhom bżonn li jżommu qrib ħafna mal-​organizzazzjoni taʼ Jehovah. Ma rridux nagħtu l-​interpretazzjonijiet tagħna dwar dak li qed jiġri, għax allura ma nkunux qed nitħarrku mal-​karru ċelestjali taʼ Jehovah. Ejjew dejjem insaqsu lilna nfusna, ‘Il-​karru ċelestjali lejn fejn jitħarrek?’ Jekk aħna nitħarrku ’l quddiem mal-​organizzazzjoni viżibbli t’Alla, inkunu qegħdin nitħarrku wkoll mal-​organizzazzjoni inviżibbli.

20. L-​appostlu Pawlu liema parir mill-​aħjar jagħti f’​Filippin 3:13-16?

20 F’dan ir-​rigward, Pawlu kiteb: “Aħwa, jien ma nqisx diġà lili nnifsi bħala li qbadtha; imma hemm ħaġa waħda dwarha: Billi ninsa l-​affarijiet taʼ wara u niġġebbed ’il quddiem lejn l-​affarijiet li hemm quddiemi, jien qed niġri ’l isfel wara l-​mira għall-​premju tas-​sejħa ’l fuq t’Alla permezz taʼ Kristu Ġesù. Ejjew, allura, daqs kemm hemm fostna li huma maturi, inkunu taʼ din l-​attitudni mentali; u jekk intom inklinati mentalment b’mod ieħor f’xi ħaġa, Alla se jirrivela l-​attitudni t’hawn fuq lilkom. Hu x’inhu, wasalna fejn wasalna fil-​progress tagħna, ejjew inkomplu mexjin bl-​ordni f’din l-​istess rutina.”—Filippin 3:13-16.

21. Billi nsegwu liema rutina huwa possibbli li nagħmlu avvanz spiritwali mal-​organizzazzjoni t’Alla?

21 Hawnhekk il-​kelma “rutina” ma tfissirx xi gandott ħażin li ma nistgħux ninqalgħu minnu. Il-​qaddejja taʼ Jehovah għandhom rutina mill-​aħjar li permezz tagħha jagħmlu progress spiritwali. Hija rutina taʼ li jieħdu sehem fi studju tal-​Bibbja persunali, li jattendu l-​laqgħat tal-​kongregazzjoni, li jkunu regulari fl-​ippridkar tal-​aħbar tajba tas-​Saltna, u li jirriflettu l-​kwalitajiet tal-​organizzazzjoni tas-​sema t’Alla. Rutina bħal din se tagħmilhom kapaċi jżommu l-​pass mal-​iggwidar tal-​organizzazzjoni bħal karru ċelestjali taʼ Jehovah. Billi nipperseveraw b’din il-​manjiera, aħna se niksbu l-​mira tagħna, kemm jekk hi l-​premju taʼ ħajja immortali fis-​smewwiet u kemm jekk hi ħajja taʼ dejjem f’ġenna tal-​art.

22. (a) Biex il-​fdal midlukin u l-​folla l-​kbira taʼ ngħaġ oħra jkunu organizzati b’mod magħqud x’irid isir? (b) X’mhux se jaħrablu lil Jehovah?

22 Bħalma jindika Ġwann 10:16, in-​“ngħaġ oħra” u l-​klassi taʼ Eżekjel kellhom ikunu organizzati u magħqudin. B’hekk, huwa essenzjali li kulħadd fl-​organizzazzjoni taʼ Jehovah jifhem it-​tifsir sħiħ u s-​sinjifikat tal-​viżjoni li tinsab f’Eżekjel kapitlu 1 jekk irid jitħarrek fi qbil mal-​karru ċelestjali t’Alla. Il-​viżjoni tiegħu tgħinna napprezzaw li aħna għandna nitħarrku f’armonija mal-​organizzazzjoni t’Alla, viżibbli u inviżibbli. Żomm f’moħħok, ukoll, li għajnejn Jehovah “qed iżebbġu madwar l-​art kollha biex juri s-​saħħa tiegħu għan-​nom taʼ dawk li qalbhom hija sħiħa lejh.” (2 Kronaki 16:9) Lanqas ħaġa waħda ma tiskappa lil Jehovah, speċjalment fejn għandu x’jaqsam il-​għan tiegħu li jivvindika lilu nnifsu bħala s-​Sovran Universali.

23. Bil-​karru ċelestjali taʼ Jehovah dejjem miexi ’l quddiem, x’irridu nagħmlu aħna?

23 Il-​karru ċelestjali taʼ Jehovah ċertament li qed jitħarrek illum. Dalwaqt kollox se jinġieb fi glorja f’armonija mal-​Wieħed glorjuż li jirkeb dak il-​karru—kollox għall-​ivvindikar tiegħu bħala l-​Mulej Sovran tal-​univers. Is-​serafini, il-​kerubini, u l-​anġli tiegħu qegħdin jappoġġjawna fix-​xogħol kbir tagħna taʼ ppridkar mad-​dinja kollha. Ejjew nitħarrku ’l quddiem, allura, mal-​organizzazzjoni tas-​sema taʼ Jehovah. Imma kif nistgħu nżommu l-​pass mal-​karru ċelestjali li qed jitħarrek b’pass imgħaġġel ħafna?

Kif Kont Twieġeb?

◻ Liema kwalitajiet huma rrappreżentati mill-​erbaʼ ħlejjaq ħajjin li ra Eżekjel?

◻ Il-​karru ċelestjali taʼ Jehovah jagħti stampa taʼ liema ħaġa?

◻ Eżekjel, il-​profeta t’Alla, jagħti stampa taʼ min?

◻ Il-​fatt li l-​karru ċelestjali taʼ Jehovah ġie mifhum kif effettwa lill-​klassi taʼ Eżekjel u lill-​folla l-​kbira?

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja